Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Mistoqsijiet komuni

Daħla

Kif ikolli aċċess għall-atti legali tal-BĊE?

It-taqsima tal-BĊE fuq l-EUR-Lex hija l-punt ewlieni ta’ dħul għall-atti legali kollha tal-BĊE, u hija aċċessibbli permezz tal-links diretti fuq il-websajt tal-BĊE u l-websajt ta’ superviżjoni bankarja tal-BĊE kif ukoll permezz tat-tab Ibbrawżja skont l-istituzzjonijiet tal-UE fuq il-websajt EUR-Lex. Tista’ ssib ukoll atti legali tal-BĊE billi tuża l-funzjonijiet ta’ tfittxija standard tal-EUR-Lex.

X’hemm inkluż fit-taqsima tal-BĊE fuq l-EUR-Lex?

L-atti legali kollha tal-BĊE ppubblikati mill-1998 u l-atti legali kollha tal-Istitut Monetarju Ewropew ippubblikati bejn l-1994 u l-1997 huma disponibbli fid-database, inklużi l-opinjonijiet u l-ittri kollha tal-UE u dawk nazzjonali relatati mal-funzjoni konsultattiva tal-BĊE, Memoranda ta’ Ftehim, ftehimiet, u d-dokumenti legali l-oħra kollha tal-BĊE. Barra minn hekk, id-database fiha l-ġurisprudenza kollha rilevanti għall-BĊE.

Kif inhi strutturata t-taqsima tal-BĊE fl-EUR-Lex?

Il-paġna web tal-bidu tat-taqsima tal-BĊE fl-EUR-Lex tippreżenta dan li ġej:

  1. funzjoni “Ibbrawżja skont is-suġġett”
  2. tliet tipi differenti ta’ funzjoni ta' tiftix, speċifikament “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE”, “Tiftixa avvanzata”, u “Sib dokument” u “Fittex kawża”
  3. funzjoni ta’ “Navigazzjoni viżwali” li tipprovdi statistika dwar atti legali tal-BĊE u aċċess dirett għal ġabriet iddefiniti minn qabel
  4. funzjoni “Ippubblikati reċentement” li tpprovdi ħarsa ġenerali tal-atti legali tal-BĊE l-iktar riċenti
  5. portal “Superviżjoni bankarja Ewropea” li tagħti aċċess għall-atti legali kollha tal-BĊE u l-ġurisprudenza fil-qasam tas-superviżjoni bankarja

Ibbrawżja skont is-suġġett

Kif taħdem il-funzjoni bbrawżja skont is-suġġett?

L-atti legali kollha tal-BĊE huma kklassifikati skont is-suġġetti u huma disponibbli permezz tal-ibbrawżjar skont il-friegħi tas-suġġett. Biex issib l-atti kollha relatati ma’ suġġett speċifiku, għandek bżonn biss li tagħżel suġġett u mbagħad tiffoka t-tfittxija tiegħek billi tagħżel is-subtema rilevanti. Meta tikklikkja fuq is-sinjal plus tespandi s-suġġett ewlieni f'subtemi, u meta tikklikkja l-lenti ħdejn suġġett tagħmel tfittxija għall-atti legali kollha kklassifikati taħt dak is-suġġett.

Kif nista’ nsib l-atti legali kollha adottati fil-qafas Ġenerali tal-qafas tal-istrumenti tal-politika Monetarja?

Fil-friegħi tat-tfittxija skont is-suġġett, ikklikkja fuq “Operazzjonijiet tal-politika monetarja” imbagħad fuq “Strumenti tal-politika monetarja”. Dan se juri s-subtemi, fosthom il-“Qafas Ġenerali”. Meta tikklikkja fuq il-lenti ħdejn "Qafas ġenerali", tara lista tal-atti legali kollha tal-BĊE adottati fi ħdan din is-subtema li tista' mbagħad tirfina aktar kif meħtieġ.

Tfixxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE

Kif taħdem it-“Tfittxija rapida”?

Il-funzjoni “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE” hija mfassla b’mod partikolari għal tiftix ta’ kliem ewlieni u tirrestrinġi r-riżultati tat-tiftix għal dokumenti fis-subdominju tal-BĊE – għall-kuntrarju tat-tfittxija rapida ġenerali tal-EUR-Lex li tfittex fid-dominju kollu tal-EUR-Lex. Ir-riżultati minn din it-tfittxija rapida tal-BĊE jinkludu t-tipi kollha ta’ dokumenti tal-BĊE, inklużi dokumenti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE. Benefiċċju minn din it-tfittxija rapida huwa li tfittex ukoll fil-metadata tad-dokument, u tagħtik riżultat ta’ tfittxija aktar komprensiv.

Kif nista’ nsib l-opinjonijiet kollha tal-BĊE dwar abbozz ta’ leġislazzjoni nazzjonali li tikkonċerna stat membru speċifiku?

Mur fit-“Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE” u ikteb l-isem tal-pajjiż ikkonċernat. Fil-lista tar-riżultati, tista’ tirfina l-mistoqsija tiegħek billi tagħżel "Opinjoni dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali" taħt “Skont it-tip tal-att”.

Tiftixa avvanzata

Kif taħdem it-“Tfittxija avvanzata”?

L-istess bħal “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE", il-funzjoni "Tfittxija Avvanzata" tirrestrinġi r-riżultati tat-tiftix għal dokumenti fis-subdominju tal-BĊE fl-EUR-Lex. Madankollu, it-tfittxija avvanzata tagħtik aktar għażliet biex tirfina t-tfittxija skont il-preferenzi tiegħek, eż. data, tip ta’ dokument u awtur, u tippermettilek ukoll li tgħaqqad għażliet differenti. Għall-kuntrarju tat-tfittxija rapida, tfittxija bit-test fi ħdan il-funzjoni tat-tfittxija avvanzata ma tfittix fil-metadejta tad-dokument

Meta nfittex atti legali vinkolanti tal-BĊE dwar ċertu suġġett, insib bosta opinjonijiet tal-BĊE fost ir-riżultati tat-tfittxija. Kif nista’ neskludi opinjonijiet mil-lista tar-riżultati?

Mur fi “Tiftixa avvanzata”. F’“Referenza tad-Dokument - Tip”, ikklikkja fuq "+" u agħżel biss dawk it-tipi ta’ atti legali li tixtieq tara. Jekk qed tfittex atti legali vinkolanti, agħżel: regolament, iż-żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet (DEC u DEC_ENTSCHEID), u linja gwida.

Sib dokument

Kif jaħdem “Sib dokument”?

Il-funzjoni "Sib dokument" tippermettilek issib malajr att legali speċifiku billi tittajpja n-numru tad-dokument. Ir-riżultati tat-tfittxija huma ristretti għal atti u strumenti legali tal-BĊE, ittri relatati mad-dmir ta’ konsultazzjoni, memoranda ta’ ftehim u ftehimiet, għall-kuntrarju tal-għażliet ta’ tfittxija rapida u avvanzata li jfittxu fit-tipi kollha ta’ dokumenti tal-BĊE (inklużi dokumenti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE).

Hawnhekk, tista’ tfittex ukoll għal atti legali adottati f’ċerta sena, għal ċertu tip ta’ att legali, jew billi tuża taħlita ta’ dawk il-kriterji (bħal-linji gwida kollha tal-BĊE adottati fl-2019).

Kif nista’ nsib l-opinjonijiet kollha tal-BĊE dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE?

Permezz tal-kaxxa “Sib dokument”, agħżel “Opinjoni” mill-menu drop-down li fih it-tipi differenti ta’ att legali tal-BĊE. Fit-tieqa tax-xellug fil-paġna tar-riżultati, irfina t-talba billi tikklikkja “Opinjoni” taħt “Skont it-tip tal-att”. Dan jeskludi opinjonijiet dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll corrigenda relatati.

Sib kawża tal-qorti

Kif jaħdem “Fittex kawża”?

Il-funzjoni “Fittex kawża” tippermettilek issib malajr dokument speċifiku relatat mal-qorti billi tittajpja n-numru tal-kawża tal-qorti. Ir-riżultati tat-tfittxija huma ristretti għal dokumenti f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE, għall-kuntrarju tal-għażliet ta’ tfittxija rapida u avvanzata li jfittxu fit-tipi kollha ta’ dokumenti tal-BĊE. Tista’ ssib sentenzi u ordnijiet f’kawżi tal-qorti rilevanti għall-BĊE. Dawn jinkludu l-kawżi kollha tal-qorti fejn il-BĊE huwa parti, kif ukoll każijiet oħra tal-qorti li huma jew ikklassifikati taħt “Politika ekonomika u monetarja” fid-Direttorju tal-ġurisprudenza tal-EUR-Lex jew li jiċċitaw ċerti atti legali rilevanti għall-kompiti ta’ superviżjoni bankarja tal-BĊE.

Tista’ tfittex ukoll il-kawżi kollha tal-qorti minn sena partikolari jew, billi tħalli l-oqsma kollha vojta u tagħfas il-lenti, il-kawżi kollha tal-qorti rilevanti għall-BĊE.

Navigazzjoni viżwali

Kif taħdem in-“Navigazzjoni viżwali”?

Meta tikklikkja fuq it-tab “Navigazzjoni viżwali” fil-menu tax-xellug jew xi waħda mill-graffs murija fuq il-paġna web tal-bidu tieħdok fis-subpaġna tan-navigazzjoni viżwali. Hemmhekk tista’ titgħallem aktar dwar atti legali tal-BĊE billi tara statistika skont is-sena, is-suġġett u t-tip ta’ att. Meta tikklikkja fuq bar f'waħda mill-graffs, issib ġabra tal-atti legali kollha sottostanti dik il-bar. Atti legali bażi biss (esklużi emendi jew corrigenda) huma ppreżentati f’tali ġabriet.

Ippubblikati reċentement

Kif jaħdem “Ippubblikati reċentement”

L-atti legali tal-BĊE ppubblikati l-aktar reċentement fuq l-EUR-Lex jidhru fid-dehra “Ippubblikati reċentement”. Għal ħarsa ġenerali sħiħa tal-atti legali kollha tal-BĊE ppubblikati fuq l-EUR-Lex, uża “Tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE” mingħajr xejn fil-qasam tat-tfittxija u mbagħad ikklikkja “issortja skont id-data tad-dokument" biex tikseb l-iktar riżultat reċenti fil-quċċata.

Il-funzjoni "Ippubblikati reċentement" turi biss atti legali tal-BĊE?

Iva, il-funzjoni "Ippubblikat reċentement" fit-taqsima tal-BĊE turi biss atti legali ppubblikati mill-BĊE, esklużi kwalunkwe dokumenti relatati ma’ kawżi tal-qorti.

Tfittxija effettiva għal dokumenti tal-BĊE fl-EUR-Lex

Kif insib akar informazzjoni dwar dokumenti fl-EUR-Lex?

Meta tara kwalunkwe dokument fuq l-EUR-Lex, it-tab tal-informazzjoni dwar id-dokument huwa disponibbli fuq in-naħa tax-xellug. Meta tikklikkjah tiftaħ il-paġna ta’ informazzjoni tad-dokument fejn tara l-informazzjoni u l-metadata kollha relatati mad-dokument, inklużi d-dati rilevanti, il-klassifikazzjonijiet u d-dokumenti relatati bħal emendi u verżjonijiet ikkonsolidati.

X’inhi d-differenza bejn il-funzjonalitajiet tat-tfittxija disponibbli?

Id-differenza tinsab fis-subdominji u l-input li l-funzjonalitajiet tat-tfittxija huma ddisinjati biex jimmaniġġaw. It-tfittxija rapida fid-dokumenti tal-BĊE hija mfassla għal tfittxijiet ta’ kliem ewlieni u tidher fid-dominju kollu tal-BĊE. Il-funzjoni tfittxija avvanzata tidher ukoll fid-dominju tal-BĊE iżda tipprovdi aktar opportunitajiet biex tirfina t-tfittxija: pereżempju billi tillimita t-tfittxija tiegħek għal atti legali biss fis-seħħ jew teskludi l-corrigenda. Il-kaxxi tat-tfittxija speċifiċi (Sib dokument, Fittex kawża) huma ddisinjati għal tfittxijiet preċiżi u jfittxu fid-dominju tal-BĊE għal atti legali u kawżi tal-qorti biss, rispettivament.

Kif nista’ nfittex verżjonijiet ikkonsolidati ta’ atti legali?

Fil-lista tar-riżultati, mur fl-atti legali bażi relevanti (mhux emendi jew corrigenda) u kklikkja fuq id-data ħdejn “Verżjoni kkonsolidata kurrenti”. Meta tikklikkja fuq “Uri l-verżjonijiet kollha” issib il-verżjonijiet ikkonsolidati kollha li ġew prodotti, li jinkorporaw emendi preċedenti.

Verżjonijiet ikkonsolidati huma prodotti b'ċertu dewmien, u għalhekk jista’ jiġri li verżjoni ikkonsolidata li tinkorpora l-aktar emendi reċenti tkun għadha ma ġietx prodotta.

Kif nista’ nsib l-emendi kollha ta’ att legali?

Agħmel tfittxija “Sib dokument” billi tuża n-numru ta’ referenza tal-att legali. Fil-lista tar-riżultati tat-tfittxija, iftaħ l-att legali rilevanti u mbagħad ikklikkja fuq “Informazzjoni dwar id-Dokument” fuq in-naħa tax-xellug ta’ fejn jidher id-dokument. Hemmhekk tkun tista’ tara l-informazzjoni kollha dwar emendi għall-att.

Lista tal-atti legali kollha li jemendaw b’links attivi tista’ tinstab ukoll fl-ewwel paġna tal-“Verżjoni kkonsolidata kurrenti”.

Huwa possibbli li ssir tfittxija f’test ta’ dokumenti PDF?

Le, bħalissa mhux possibbli li ssir tfittxija testwali fid-dokumenti PDF fl-EUR-Lex.

Nista’ nara d-dokumenti ta’ ħidma tekniċi li huma parti minn ċerti opinjonijiet tal-abbozzi ta' liġijiet tal-UE?

Iva, għall-opinjonijiet tal-UE fejn jeżistu dokumenti ta’ ħidma tekniċi bħal dawn, jista’ jkollok aċċess għalihom billi tikklikkja fuq il-verżjoni Ingliża DOC taħt “Lingwi, formati u link għal ĠU”.

It-tfittxija turi r-riżultati biss fil-lingwa tat-tfittxija jew tfittex fost il-lingwi kollha?

It-tfittxija turi r-riżultati fil-lingwa tat-tfittxija biss.

Ikolli aċċess għal aktar informazzjoni jekk noħloq kont tal-utent?

Le, l-atti legali kollha fuq l-EUR-Lex huma aċċessibbli għall-utenti kollha kemm jekk għandhom kont tal-utent kif ukoll jekk le. Għalhekk, il-ħolqien ta’ kont tal-EUR-Lex ma jagħtikx aċċess għal aktar informazzjoni, iżda pjuttost jagħtik aċċess għal funzjonalitajiet aktar avvanzati (eż. tissejvja t-tfittxija tiegħek). Jekk jogħġbok ara l-Paġna ta’ reġistrazzjoni għal aktar informazzjoni dwar il-ħolqien ta’ kont fuq l-EUR-Lex.

Informazzjoni addizzjonali fuq l-EUR-Lex

Fejn nista’ nsir naf aktar dwar l-EUR-Lex?

Jekk tixtieq titgħallem aktar dwar l-EUR-Lex b’mod ġenerali, jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn ir-riżorsi li ġejjin:

Għad għandi mistoqsijiet relatati mat-taqsima tal-BĊE fil-EUR-Lex. Lil min nista’ nikkuntattja għall-għajnuna?

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-atti legali tal-BĊE kif ippreżentati fit-taqsima tal-BĊE dwar EUR-Lex, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-BĊE permezz ta’ DG-LKMT@ecb.europa.eu.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima