EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32000O0007

Il-Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Awissu 2000 dwar l-istrumenti tal-politika monetarja u l-proċedura ta' l-Ewrosistema (BĊE/2000/7)

ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1–82 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 001 P. 268 - 274
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 18 - 24
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 18 - 24

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2000/776/oj

32000O0007



Official Journal L 310 , 11/12/2000 P. 0001 - 0082


Il-Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tal-31 ta' Awissu 2000

dwar l-istrumenti tal-politika monetarja u l-proċedura ta' l-Ewrosistema

(BĊE/2000/7)

(2000/776/BĊE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat") u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(2) u ta' l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "l-Istatut"), flimkien ma' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20,

Billi:

(1) Billi l-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi l-ħtieġa li jiġu definiti l-istrumenti li għandhom jintużaw mill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro skond it-Trattat (rispettivament l-BĊNi u l-Istati Membri li jipparteċipaw) u l-Bank entrali Ewropew (Ewrosistema) bl-implimentazzjoni ta' dik il-politika b'mod li jkun uniformi fl-Istati Membri li jipparteċipaw.

(2) L-BĊE huwa vestit bl-awtorità li jistabbilixxi il-Linji Gwida meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' politika monetarja waħdanija u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skond dawk il-Linji Gwida.

(3) Skond l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-Linji Gwida għall-BĊE jiffurmaw parti integrali tal-Komunità,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħdanija għall-Ewrosistema

Il-politika monetarja waħdanija għandha tkun implimentata skond il-prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji speċifikati fl-Annessi I u II ta' din il-Linja Gwida. L-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri kollha addattati biex iwettqu l-operazzjonijiet tal-politika monetarja skond il-prinċipji, strumenti, proċeduri u kriterji speċifikati fl-Annessi I u II li jinsabu ma' din il-Linja Gwida.

L-Artikolu 2

Verifika

L-BĊNi għandhom jibgħatu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li bihom għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida lill-BĊE sal-15 ta' Ottubru 2000 l-aktar tard.

L-Artikolu 3

Disposizzjonijiet finali

1. Din il-Linja Gwida hija ndirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001.

3. Din il-Linja Gwida hija ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, il-31 ta'Awissu 2000.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-POLITKA MONETARJA WAĦDANIJA FIT-TIELET STADJU

Dokumentazzjoni ġenerali dwar strumenti u proċeduri tal-politika monetarja Ewrosistema

Novembru 2000

See: Guideline of the European Central Bank ECB/2002/2, ĠU L 185, tat- 15.7.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS II

FATTURI MINIMI KOMUNI ADDIZZJONALI

I. Fatturi minimi komuni addizzjonali applikabbli għall-arranġamenti kollha ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja

1. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mil-BĊN għandhom jassiguraw li termini standard jew kondizzjonijiet tiegħu jkunu applikabbli għal operazzjonijiet ta' politika monetarja.

2. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikabbli mill-BĊN għandhom jassiguraw li l-BĊNi ikunu kapaċi li jimplimentaw kull emenda għall-qafas tal-politika monetarja mingħajr dewmien żejjed. Disposizzjoni għandha ssir biex l-avviż ta' dawk il-bidliet ikun komunikat, b'ċertezza dwar il-mument li fih ikollhom effett legali, lill-kontropartijiet.

3. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jistipulaw li l-ħlasiiet kollha li jirrelataw ma' operazzjonijiet ta' politika monetarja (minbarra ħlas f'munita barranija f'patti ta' ftehim dwar skambji ta' kambju) għandhom ikunu fl-euro.

4. Jekk ikun meħtieġ li jiġu kostitwiti l-operazzjonijiet kollha taħt il-ftehim bħala arranġament wieħed kuntrattwali u/jew li jiġi kostitwit il-ftehim bħala ftehim omm sabiex ikun permess l-għeluq effettiv u l-innettjar tat-terminazzjoni, dik id-disposizzjoni għandha tkun ikluża.

5. L-arrangamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jasiguraw lil, b'relazzjoni ma' l-BĊN u l-Kontropartijiet, regoli addattati u mhux ambigwi li jirrelataw ma' l-użu ta' formoli (inkluża l-konferma ta' termini ta' transazzjonijiet), u dawk li jġorru d-data u l-mezzi u l-modi speċifiċi ta' komunikazzjoni għandhom ikun jaħdmu.

6. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikabbli mill-BĊN ta' l-anqas għandhom jipprovu każi ta' nuqqas li ma jkunux materjalment differenti minn dan li ġej:

(a) tittieħed deċiżjoni mill-ġudizzjarju kompetenti jew awtorità oħra għall-implimentazzjoni b'relazzjoni għall-Kontroparti ta' proċedura għaż-żarmar tal-Kontroparti jew il-ħatra ta' likwidatur jew uffiċjal analogu fuq il-Kontroparti jew xi proċedura oħra analoga; jew

(b) tittieħed deċiżjoni mill-ġudizzjarju kompetenti jew awtorità oħra għall-implimentazzjoni b'relazzjoni għall-Kontroparti ta' miżura ta' riorganizzazzjoni jew proċedura analoga oħra maħsuba li tissalvagwardja jew trodd lura is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kontroparti u li tiġi evitata li tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-(a); jew

(ċ) dikjarazzjoni mill-Kontroparti bil-miktub dwar l-inabilità tagħha li tħallas id-djun tagħha kollha jew parti minnhom jew li tħares l-obbligi tagħha li joħorġu b'ralazzjoni ma' operazzjonijiet ta' politika monetarja, jew ftehim volontarju ġenerali jew arranġament li tidħol fih mal-kredituri tagħha, jew jekk il-Kontroparti tkun, jew titqies li tkun falluta jew titqies li ma tkunx kapaċi tħallas id-dejn tagħha; jew

(d) pass proċedurali preliminari li tittieħed deċi¿joni taħt l-(a) jew (b); jew

(e) xi rappresentazzjoni jew dikjarazzjoni oħra pre-kuntrattwali magħmula mill-Kontroparti jew li timplika li tkun saret mill-Kontroparti taħt disposizzjonijiet applikabbli tal-liġi tkun inkorretta jew mhux vera; jew

(f) l-awtorizzazzjoni tal-Kontroparti li tikkonduċi attivitajiet taħt jew id-Direttiva 2000/12/KE li tirrelata mal-ġestjoni u t-twettieq tan-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu (kif sussegwentement emendata) jew taħt Direttiva 93/22/KEE dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli (kif sussegwentement emendata), kif implimentati fl-iSstat membru relevanti ta' l-Ewrosistema rispettivament, tiġi sospi¿a jew revokata; jew

(g) il-Kontroparti tiġi sospiża jew imkeċċija mis-sħubija ta' xi sistema ta'ħlas jew arranġament li bih ħlasijiet taħt transazzjoni ta' politika monetarja jsiru jew (ħlief operazzjonijiet ta' skambju tal-kambju) tiġi sospiża jew imkeċċija minn sħubija ta' xi sistema ta' ħlas ta' titoli wżati għall-ħlas ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja ta' l-Ewrosistema; jew

(h) miżuri hekk kif inhuma msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2000/12/KE li tirrelata mal-ġestjoni u t-twettieq tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (kif sussegwentement emendata) jittieħdu kontra l-Kontroparti; jew

(i) (b'relazzjoni ma' operazzjonijiet imreġgħa lura) il-Kontroparti tonqos li tikkonforma mad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw miżuri tal-kontroll tar-riskju; jew

(j) (b'relazzjoni ma' operazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid) il-Kontroparti tonqos li tħallas il-prezz tax-xiri jew tonqos milli twassal assi mixtrija jew mixtrija mill-ġdid; jew (b'relazzjoni ma' self kollateralizzat) il-Kontroparti tonqos li twassal assi jew li tirrimborża l-kreditu fid-dati rispettivament applikabbli għal dawk il-ħlasijiet u twassil; jew

(k) (b'relazzjoni ma' operazzjonijiet ta' skambju tal-kambju u depożiti f'terminu fiss ta' żmien) il-Kontroparti tonqos li tħallas l-ammont f'euro jew (b'relazzjoni ma' operazzjonijiet ta' skambju tal-kambju) tonqos li tħallas l-ammonti ta' munita barranija fid-dati applikabbli għal dawk il-ħlasijiet; jew

(l) is-seħħ ta' ġrajja ta' ksur (mhux materjalment differenti minndawk definiti f'din il-klawżola) b'relazzjoni mal-Kontroparti taħt ftehim konkluż għall-finijiet ta' l-amministrazzjoni tar-riservi barranin jew fondi proprji ta' xi membru ta' l-Ewrosistema; jew

(m) il-Kontroparti tonqos li tipprovdi informazzjoni relevanti u b'hekk toħloq konsegwenzi serji għall-BĊN konċernat; jew

(n) il-Kontroparti tonqos li twettaq xi obbligi oħra tagħha taħt arranġamenti għal operazzjonijiet imreġgħa lura u operazzjonijiet ta' skambju tal-kambju (jekk kapaċi għar-rimedju) ma tirrimedjax dak in-nuqqas f'massimu ta' 30 jum fil-każ ta' operazzjonijiet kollateralizzati u massimu ta' għaxart ijiem għal operazzjonijiet ta' skambju tal-kambju wara li tingħata avviż mill-BĊN biex tagħmel dan; jew

(o) isseħħ ġrajja ta' ksur b'relazzjoni mal-Kontroparti f'xi ftehim ma' xi membru ieħor ta' l-Ewrosistema li tkun daħlet fih għall-finijiet li twettaq operazzjonijiet ta' politika monetarja li -rigward tagħhom dak il-membru l-ieħor ta'l-Ewrosistema jkun eżerċita d-dritt tiegħu li jagħlaq xi transazzjoni taħt dak il-ftehim minħabba tal-ġrajja tan-nuqqas.

Il-ġrajja (a) għandha tkun awtomatika; il-ġrajjiet (b) u (c) jistgħu jkunu awtomatiċi; il-ġrajjiet (d) sa (o) ma jistgħux ikunu awtomatiċi u għandhom ikunu diskrezzjonarji (jiġifieri magħmula biss wara s-servizz ta' notifika tan-nuqqas). Dik in-notifika tan-nuqqas tista' tipprovdi "perjodu ta' grazzja" sa massimu ta' tlett ijiem tan-negozju biex tiġi rranġata l-ġrajja in kwistjoni. Għal ġrajjiet ta' nuqqas li huma diskrezzjonarji, id-disposizzjonijiet ta' l-eżerċizzju ta' dik id-diskrezzjoni għandhom jipprovdu ċertezza dwar l-effett ta' dak l-eżerċizzju.

7. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jassiguraw li fil-każ li jseħħ nuqqas, l-BĊN jkun intitolat li jeżerċita ir-rimedji li ġejjin: sospensjoni tal-Kontroparti mill-aċċess għal operazzjonijiet fis-suq miftuħ; it-terminazzjoni tal-patti kollha ta' ftehim dovuti u transazzjonijiet; jew jintalab twettieq aċċelerat tat-talbiet li jkun għadhiom ma mmaturawx jew li huma kontinġenti. Għaldaqstant, l-BĊN jista' jkun intitolat li jeżerċita r-rimedji li ġejjin: juża d-depożiti tal-Kontroparti mqiegħda ma' l-BĊN biex ipaċi talbiet kontra dik il-Kontroparti; jissospendi t-twettieq ta' obbligi kontra l-Kontroparti sakemm it-talba fuq il-Kontroparti tkun ġiet sodisfatta; jitlob mgħax minħabba n-nuqqas; jew jitlob indemnità għal xi telf soffert bħala konsegwenza tan-nuqqas mill-Kontroparti. Għaldaqstant, l-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jassiġuraw li fil-każ li jseħħ nuqqas, dak l-BĊN għandu jkun f'posizzjoni legali li jirrejalizza l-assi kollha provduti bħala kollateral mingħajr dewmien żejjed u b'dak il-mod li tintola lill-BĊN li jirrejalizza l-valur għall-kreditu provdut, jekk il-Kontroparti ma tħallasx il-bilanċ negattiv tagħha minnufih.

8. L-arranġementi relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jassiguraw li l-BĊN jkun jista' jikseb kull informazzjoni relevanti mill-Kontropartijiet b'relazzjoni ma' l-operazzjonijiet ta'politika monetarja ta' l-Ewrosistema.

9. L-arranġamenti rilevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li l-avviżi kollha u komunikazzjonijiet oħra jkunu bil-miktub u/jew f'forma elettronika. L-arranġementi rilevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu ċertezza dwar kif l-avviżi jew komunikazzjonijiet oħra għandhom jingħataw, u minn meta jkollhom effett. Kull perjodu li warajh ikollhom effett m'għandux ikun hekk twil li jibdel l-effett ekonomiku ta' l-arranġamenti meħuda kollha flimkien. B'mod partikolari, l-konferma għandha tingħata minnufih u titwassal minnufih.

10. L-arranġamenti rilevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li d-drittijiet u l-obbligi tal-Kontroparti ma jiġux assenjati, iċċarġjati jew xort'oħra ttrattati mill-Kontroparti mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub ta' l-BĊN.

11. L-arranġamenti rilevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li l-BĊN biss ul-Kontroparti identifikata jkollhom drittijiet u obbligi li joħorġu taħt operazzjonijiet (iżda wara li jingħata kont tar-relazzjonijiet bejn l-BĊNi (u/jew l-BĊE) li joħorġu minn użu bejn il-fruntieri ta' assi eliġibbli u wkoll bħala meħtieġa għal operazzjonijiet effetwati mal-kontropartijiet waqt li jaġixxu permezz ta' istituzzjoni ta' retikolati).

12. L-arranġamenti rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jistipulaw li l-liġi li tirregola għall-arranġamenti rilevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għat-operazzjonijiet kollha taħt dawk l-arranġamenti għandhom (ħlief fejn l-użu bejn il-fruntieri ta' assi eliġibbli jeħtieġ mod ieħor) ikunu dawk ta' l-iStat Membru fejn ikun jinsab l-BĊN, u l-post tar-riżoluzzjoni tad-disputi għandu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, jkunu l-qrati uffiċjali ta' dak l- iStat Membru.

13. L-arranġamenti ta' depożitu għandhom jispeċifikaw li l-ħlas (kemm dak li jidħol u dak li joħroġ) ta' depożiti f'termini fiss ta' żmien iseħħ fil-jiem speċifikati fit-tħabbira tal-BĊE ta' l-operazzjoni tad-depożitu.

II. Fatturi addizzjonali minimi komuni għal operazzjonijiet imreġgħa lura

Fatturi komuni għat-operazzjonijiet imreġgħa lura kollha

14. Id-data tal-parti ta' treġġiegħ lura ta' transazzjoni għandha tkun iffissata fiż-żmien tad-dħul f'kull transazzjoni.

15. L-arranġamenti rilevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu "jum tan-negozju" li jkun, b'relazzjoni ma' obbligazzjoni li jsir ħlas, kull jum li fih il-partijiet kollha rilevanti tat-Target ikunu operazzjonali biex jeffettwaw dak il-ħlas u, b'relazzjoni ma' obbligazzjoni li jitwasslu assi, kull jum li fih is-sistemi ta' ssetiljar ta' titolili permezz tagħhom għandu jsir it-twassil ikunu miftuħa għan-negozju fil-post fejn it-twassil tat-titoli rilevanti għandu jiġi effettwat.

16. Il-mekkaniżmu għall-bdil ta' ammonti mhux f'euro għandhom jispeċifikaw li r-rata li għandha tintuża hija ir-rata ta' referenza ta' kull jum tal-kambju tal-euro tal-BĊE jew, jekk ma tkunx disponibbli, ir-rata fil-mument ta' kambju ndikata mill-BĊE fil-jum tan-negozju qabel il-jum li fih il-konverżjoni għandha ssir għall-bejgħ minnu ta' euro kontra x-xiri minnu tal-munita l-oħra.

Fatturi esklussivi għal operazzjonijietta' xiri mill-ġdid

17. Għandu jkun hemm bejgħ ta' assi eliġibbli ontra flus kontanti, flimkien ma' ftehim simultanju li jsir bejgħ lura kontra assi ekwivalenti ta' euro fi flus kontanti f'hin speċifikat.

18. L-obbligazzjoni ta' bejgħ lura ta' assi ekwivalenti għandha tidefinixxi dik l-ekwivalenza li jkunu assi ta'l-istess persuna li toħroġ, li jiffurmaw parti mill-istess ħruġ (irrispettivament mid-data tal-ħruġ) u li jkunu ta' tip identiku, valur nominali, ammont u deskrizzjoni bħal dawk l-assi li magħhom isir il-paragun. Jekk l-assi li fir-rigward tagħhom isir il-paragun ikunu ġew konvertiti jew ridenominati jew tkun saret sejħa fuqhom, id-definizzjoni ta' ekwivalenza għandha tiġi modifikata li tfisser fil-każ ta' konversjoni ta' dik li fiha l-assi jkunu ġew konvertiti, fil-każ li tkun saret sejħa fuq l-assi, assi ekwivalenti għall-assi mħallsa, sakemm il-bejjiegħ ikun ħallas lix-xerrej somma ugwali għall-valur tas-sejħa, u fil-każ ta' assi ridenominati, assi ekwivalenti għal dawk li fiha l-assi oriġinali jkunu ġew ridenominati ma', kif meħtieġ, somma ta' flus ekwivalenti għal xi differenza fil-valur bejn l-assi qabel u wara r-ridenominazzjoni tagħhom.

19. Il-każi ta' nuqqas li jintitola lill-BĊN li jittermina u jagħlaq it-trasazzjonijiet kollha dovuti m'għandhomx ikunu materjalment differenti mid-disposizzjonijiet imniżżla fil-punt 6.

20. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandu jkun fihom disposizzjonijiet b'relazzjoni man-netting li huwa mmirat li jikseb effetti ekonomiċi ekwivalenti għal dawk imniżżla hawn taħt.

(a) Malli sseħħ xi ġrajja ta' nuqqas, id-data għax-xiri mill-ġdid għal kull transazzjoni għandha titqies li sseħħ minnufih u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin, kull assi ta' marġini ekwivalenti għandhom isiru minnufih li jkunu jistgħu jitwasslu (u sabiex it-twettieq ta' l-obbligi rispettivi tal-partijiet fir rigward tat-twassil ta' l-assi u l-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-ġdid għal xi assi mixtrija mill-ġdid għandu jkun effettwat biss skond id-disposizzjoni ta' (b) hawn taħt) jew, alternattivament, it-transazzjoni tax-xiri lura għandha tkun terminata.

(b) (i) In-nuqas ta' valuri tas-suq ta' l-assi mixtrija mill-ġdid u xi assi ta' marġini ekwivalenti li għandhom jiġu trasferiti u l-prezz tax-xiri mill-ġdid li għandu jitħallas minn kull parti għandu jiġi stabbilit mill-BĊN għat-operazzjonijiet kollha bħal fid-data tax-xiri mill-ġdid; u

(ii) fuq il-bażi tas-somom hekk stabbiliti, għandu jsir kalkolu mill-BĊN (fir-rigward tad-data tax-xiri lura) ta' x'inhu dovut minn kull parti lill-oħra u s-somom dovuti minn parti għandhom jiġi paċuti kontra s-somom dovuti lill-oħra u biss il-bilanċ nett għandu jitħallas mill-parti li jkollha t-talba hekk valutata fl-ammont aktar baxx u dak il-bilanċ nett għandu jkun dovut u pagabbli fil-jum li jmiss li fih il-partijiet kollha relevanti tat-Target ikunu operazzjonali biex jagħmlu dak il-ħlas. Għall-finijiet ta' din il-kalkolazzjoni, kull somom mhux denominati fl-euro għandhom ikunu konvertiti fl-euro fid-data relevanti bir-rata kalkolata skond il-punt 16.

(ċ) "Valur tas-suq fil-każ ta' nuqqas" tfisser, fir-rigward ta' xi assi f'xi data:

(i) il-valur tas-suq ta' dawk l-assi tal-valutazzjoni fiż-żmien tan-nuqqas kalkolat fuq il-bażi tal-prezz l-aktar rappresentattiv fil-jum tan-negozju li jiġi qabel id-data tal-valutazzjoni; jew

(ii) fin-nuqqas ta' prezz rappresentattiv għal assi partikolari fil-jum tan-negozju li jiġi qabel id-data tal-valutazzjoni, jintuża l-aħħar prezz tan-negozju. Jekk ebda prezz tan-negozju ma jkun disponibbli, l-BĊN għandu jiddefinixxi prezz, waqt li jagħti kont ta' l-aħħar prezz identifikat għall-assi fis-suq ta' referenza; jew

(iii) fil-każ ta' assi li għalihom ma jeżisti ebda valur tas-suq, kull metodu ieħor raġonevoli ta' valutazzjoni; jew

(iv) jekk l-BĊN jkun biegħ qabel iż-żmien tal-valutazzjoni fil-waqt tan-nuqqas l-assi jew assi ekwivalenti bil-prezz tas-suq, id-dħul nett tal-bejgħ, wara li titnaqqas kull nefqa raġonevoli, tariffi u spejjeż magħmula b'konnessjoni ma' dak il-bejgħ, b'dak il-kalkolu jintgħamel u bl-ammonti jiġu stabbiliti mill-BĊN.

21. Jekk l-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN jinkludu xi disposizzjoni għas-sostituzzjoni ta' kollateral, l-arranġamenti għandhom jassiguraw li l-konformità mal-miżuri meħtieġa tal-kontroll tar-riskju tinżamm.

22. Jekk l-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN jinkludu xi disposizzjoni biex il-marġini jitħallsu (jew jintbagħtu lura) fi flus kontanti, disposizzjoni għandha ssir li kull obbligazzjoni oħra għar-ritorn (jew provvista) tal-marġini għandha l-ewwel tiġi sodisfatta bl-użu ta' flus kontanti sa l-istess ammont (flimkien ma' kull mgħax attribwit lilu).

Fatturi esklussivi għal arranġamenti ta' self kollateralizzat

23. L-assi provduti taħt arranġament ta' self kollateralizzat (per eżempju kapparra) għandhom ikunu jistgħu jiġu realizzati legalment mingħajr ma jkun hemm talbiet minn qabel fuq l-assi konċernati. M'għandux ikun possibbli għal partijiet terzi (inkluża l-awtorità ta' likwidazzjoni fil-każ ta' falliment) li jintervjenu u jitolbu b'suċċess l-assi mirgħuna (fin-nuqqas ta' frodi), jew xi drittijiet marbuta magħhom.

24. L-BĊN għandu jkun fil-posizzjoni legali li jirrejalizza il-valuri ekonomiċi ta' l-assi mirgħuna fil-kuntest ta' operazzjoni li tipprovdi l-likwidità f'ċirkostanzi speċifikati minn qabel mhux materjalment differenti minn dawk imniżżla fil-punt 6 u dawn għandhom ukoll jirriflettu ċ-ċirkostanzi li fihom l-BĊN jista' jittratta lill-Kontroparti bħala li tkun naqset taħt arranġamenti ta' xiri mill-ġdid.

25. Arranġamenti kolateralizzati ta' self għandhom jippermettu għall-possibbiltà li operazzjonijiet li jidħlu fihom fuq bażi intrajum jiġu estiżi għal operazzjonijiet overnight.

III. Fatturi addizzjonali minimi komuni għall-arranġamenti ta' skambju tal-kambju

26. Kull transazzjoni għandha tiġi kostitwita bħala bejgħ u xiri fil-mument u bil-quddiem ta' euro kontra munita barranija waħda.

27. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jinkludu disposizzjoni dwar iż-żmien propizju u l-mekkaniżmu tat-trasferiment tal-pagamenti. Id-data tax-xiri/bejgħ bil-quddiem għandha tiġi ffissata fiż-żmien tad-dħul f'kull transazzjoni.

28. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu l-munita barranija, ir-rata fil-mument, ir-rata bil-quddiem, id-data tat-trasferiment u tat-trasferiment mill-ġdid skond dan li ġej:

(a) "munita barranija" għandha tkun kull munita legal minnbarra l-euro;

(b) "rata fil-mument" tfisser, b'relazzjoni ma' transazzjoni speċifika, ir-rata (kif kalkolata sond il-punt 16) applikata biex tikkonverti l-ammont ta' euro f'dak l-ammont f'munita barranija relevanti għal dik it-transazzjoni hekk kif parti għandha tkun obbligata li tittrasferixxi lill-oħra fid-data tat-trasferiment kontra l-ħlas ta' l-ammont f'euro u liema rata għandha tiġi mniżżla fil-konferma;

(ċ) "rata bil-quddiem" tfisser ir-rata kalkolata skond il-punt 16 u applikata biex tikkonverti l-ammont ta' euro f'dak l-ammont f'munita barranija hekk kif parti għandha tkun obbligata li tittrasferixxi lill-oħra fid-data tat-trasferiment mill-ġdid kontra ħlas ta' ammont f'euro, liema rata għandha tkun kif imniżżla fil-konferma u definita fl-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN;

(d) "ammont ta' munita barranija trasferit mill-ġdid" tfisser dak l-ammont ta' munita barranija hekk kif meħtieġ biex jinxtara l-ammont ta' euro kif ikun fid-data tat-trasferiment mill-ġdid;

(e) "data tat-trasferiment" tfisser fir-rigward ta' xi transazzjoni, d-data (u fejn xieraq, il-ħin f'dik id-data) li fiha t-trasferiment ta' l-ammont f'euro minn parti waħda lill-oħra għandu jsir effettiv li biex jiġi evitat xi dubju għandha tkun id-data (u, fejn xieraq, il-ħin f'dik id-data) meta l-partijiet ikunu ftehmu li l-issetiljar ta' trasferiment ta' l-ammont f'euro għandu jseħħ;

(f) "data ta' trasferiment mill-ġdid" tfisser, fir-rigward ta' xi transazzjoni, id-data (u fejn xieraq, il-ħin f'dik id-data) li fiha parti waħda għandha titttrasferixxi mill-ġdid l-ammont f'euro lill-oħra.

29. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jipprovdu li ċerti ġrajjiet (biex tkun taf liema huma, ara l-punt 30) għandhom iwasslu għall-egħluq tat-transazzjonijiet kollha li jkunu għadhom dovuti u għandhom jipprovdu għall-mod li bih dak l-egħluq (inkluża t-terminazzjoni ta' l-innettjar) għandhom iseħħu.

30. Il-każi ta' nuqqas li jintitola lill-BĊN li jittermina u jagħlaq it-transazzjonijiet kollha dovuti m'għandhomx ikunu materjalment differenti mid-disposizzjonijiet imniżżla fil-punt 6.

31. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandu jkun fihom disposizzjonijiet b'relazzjoni ma' l-innettjar li huma mmirati li jiksbu effetti ekonomiċi ekwivalenti għal daw imniżżla hawn taħt.

(a) Fil-każ li jkun seħħ nuqqas, kull transazzjoni għandha titqies li tkun intemmet u l-valuri ta' sostituzzjoni tal-euro u t-trasferiment mil-ġdid ta' ammonti ta' munita barranija għandhom ikunu stabbiliti mill-BĊN fuq il-bażi li dawk il-valuri ta' sostituzzjoni għandhom ikunu l-ammonti li jkollhom ikunu meħtieġa biex jippreżervaw għall-BĊN l-ekwivalent ekonomiku ta' kull ħlasijiet li xort'oħra jkunu meħtieġa; u

(b) Fuq il-bażi tas-somom hekk stabbiliti, (għandu jsir kalkolu mill-BĊN (tal-posizzjoni fid-data tat-trasferiment mill-ġdid) ta' dak li hu dovut minn kull parti lill-oħra u s-somom dovuti minn parti waħda għandhom ikunu konvertiti skond il-punt 16, fejn meħtieġ, f'euro u paċuti kontra s-somom dovuti lill-oħra u l-bilanċ nett biss għandu jkun pagabbli mill-parti li għandha t-talba b'hekk valutata fl-ammont aktar baxx u dak il-bilanċ nett għandu jkun dovut u pagabbli fil-jum li jmiss li fih il-partijiet kollha relevanti tat-Target ikunu operazzjonali biex jeffettwaw dak il-ħlas.

--------------------------------------------------

Fuq