EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 02008D0020(01)-20090702
Decision of the European Central Bank of 11 December 2008 on the approval of the volume of coin issuance in 2009 (ECB/2008/20) (2008/990/EC)
Test konsolidat: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20) (2008/990/KE)
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20) (2008/990/KE)
2008D0020 — MT — 02.07.2009 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20) (2008/990/KE) (ĠU L 352, 31.12.2008, p.58) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 172 |
35 |
2.7.2009 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Diċembru 2008
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009
(BĊE/2008/20)
(2008/990/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(2),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 1,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ’l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’). |
(2) |
Id-deroga favur is-Slovakkja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(3) |
Il-15-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa u s-Slovakkja ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009
Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2009 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(EUR miljuni) |
|
|
Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkulazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2009 |
Il-Belġju |
105,4 |
Il-Ġermanja |
632,0 |
L-Irlanda |
65,5 |
Il-Greċja |
85,7 |
Spanja |
390,0 |
Franza |
252,5 |
L-Italja |
234,3 |
Ċipru |
22,5 |
Il-Lussemburgu |
42,0 |
Malta |
15,4 |
L-Olanda |
68,5 |
L-Awstrija |
376,0 |
Il-Portugall |
50,0 |
Is-Slovenja |
27,0 |
Is-Slovakkja |
131,0 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.
( 1 ) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.