EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 02009D0025(01)-20101229
Decision of the European Central Bank of 10 December 2009 on the approval of the volume of coin issuance in 2010 (ECB/2009/25) (2010/14/EU)
Test konsolidat: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2009 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010 (BĊE/2009/25) (2010/14/UE)
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2009 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010 (BĊE/2009/25) (2010/14/UE)
2009D0025 — MT — 29.12.2010 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta’ Diċembru 2009 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010 (BĊE/2009/25) (2010/14/UE) (ĠU L 007, 12.1.2010, p.21) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Diċembru 2010 |
L 343 |
78 |
29.12.2010 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2009
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010
(BĊE/2009/25)
(2010/14/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(2),
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”). |
(2) |
L-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2010, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2010
Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2010 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(f'miljuni EUR) |
|
|
Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2010 |
Belġju |
125,2 |
Il-Ġermanja |
668,0 |
L-Irlanda |
43,0 |
Il-Greċja |
55,0 |
Spanja |
210,0 |
Franza |
290,0 |
L-Italja |
283,0 |
Ċipru |
18,1 |
Il-Lussemburgu |
40,0 |
Malta |
10,5 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
54,0 |
L-Awstrija |
306,0 |
Il-Portugall |
50,0 |
Is-Slovenja |
30,0 |
Is-Slovakja |
62,0 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Disposizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.