EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52007AB0042

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta' Diċembru 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (CON/2007/42)

ĠU C 27, 31.1.2008, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 27/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta' Diċembru 2007

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar

(CON/2007/42)

(2008/C 27/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-23 ta' Ottubru 2007 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (1) (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq it-tielet sentenza ta' l-Artikolu 123(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li hija l-bażi legali għal dan ir-regolament propost. Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija wkoll ibbażata fuq l-ewwel inċiz ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat, flimkien ma' l-Artikolu 106 tat-Trattat, billi r-regolament propost jittratta l-protezzjoni ta' karti tal-flus u muniti euro. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1

Kif imsemmi fil-memorandum spjegattiv għar-regolament propost, il-BĊE ħareġ riċentament Rakkomandazzjoni BĊE/2006/13 tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-adozzjoni ta' ċerti miżuri biex jipproteġu l-karti ta' flus euro b'mod aktar effettiv kontra l-iffalsifikar (2) (minn issa 'l quddiem “ir-Rakkomandazzjoni tal-BĊE”). Fir-Rakkomandazzjoni tal-BĊE, il-BĊE jieħu l-pożizzjoni li filwaqt ġeneralment, il-liġi kriminali u r-regoli tal-proċedura kriminali ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Komunità, huma jistgħu jagħmlu dan meta jinħtieġ biex jiżguraw l-effettività tal-liġi tal-Komunità (3). Il-BĊE jirrikkmanda speċifikament li l-Kummissjoni għandha “tikkunsidra tipproponi estenzjoni tas-setgħat taċ-NACs [ċentri nazzjonali għall-analiżi tal-karti tal-flus iffalsifikati] u l-BĊNi [banek ċentrali nazzjonali] li mhumiex NACs, sabiex ikunu jistgħu jżommu eżempji identifikati w analizzati ta' karti ffalsifikati, u biex jitolbu wkoll u biex jittrasportaw b'mod leġittimu dawn il-karti ġewwa l-UE għall-iskopijiet ta' [ttestjar skond] il-Qafas [għall-iskoperta ta'noti ffalsifikati u fitness sorting minn istituzzjonijiet ta' kreditu u persuni professjonali oħra li jittrattaw il-flus kontanti]. B'mod partikolari, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għandu jiġi emendat, u l-Artikolu 4(3) għandu għaldaqstant jiġi rrevokat. Ta' lanqas, dan il-paragrafu ta' l-aħħar għandu jiġi emendat sabiex ma tinżammx milli sseħħ l-applikazzjoni sħiħa ta' l-Artikolu 4(2) bl-użu jew iż-żamma ta'noti ffalsifikati bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, ħlief meta din l-applikazzjoni hija mpossibbli, filwaqt li jitqiesu l-kwantità u t-tip ta'noti ffalsifikati maqbuda”. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma ntqiesux fir-regolament propost.

1.2

Fil-prinċipju, il-BĊE jilqa' kull użu ta' xi strument ta' l-ewwel pilastru adottat skond it-Trattat biex jipproteġi l-euro kontra l-iffalsifikar, aktar milli xi att tat-tielet pilastru bbażat fuq kooperazzjoni pulizjeska u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, billi atti ta' l-ewwel pilastru jipprovdu biss il-mezzi legali xierqa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar ġewwa l-qafas ta' l-unjoni ekonomika u monetarja tal-Komunità (4).

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1

It-twessiegħ propost ta' l-iskop tat-titolu ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (5), sabiex jimponi obbligu biex jiġu trasmessi klassijiet ġodda u qodma ta' noti kklassifikati għal skopijiet oħra minbarra l-identifikazzjoni, isegwi parzjalment ir-Rakkomandazzjoni tal-BĊE. Madankollu, l-emenda proposta ta' l-Artikolu 4(2) ma żżommx noti ffalsifikati ssusspettati milli jintużaw jew jinżammu fi proċedimenti kriminali, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(3), b'hekk tikkontradixxi t-twessiegħ ta' l-iskop tat-titolu u tippreġudika l-effettività tad-dispożizzjoni emendata. Tabilħaqq, l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tkompli tkun dipendenti għal kollox kemm fuq il-liġi kriminali nazzjonali u fuq id-diskrezzjoni ta' awtoritajiet ġudizzjarji jew ta' prosekuzzjoni. Huwa konċepibbli li kampjuni ta' noti ffalsifikati ġodda jew partikolarment perikolużi jistgħu jinstabu f'pajjiż wieħed, permezz ta' qabda (seizure) waħda, u li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew ta' prosekuzzjoni jirrifjutaw, jew minħabba l-liġi kriminali nazzjonali, jinżammu milli jirrilaxxaw xi tip minnhom għall-fini ta' ttestjar, u b'hekk jiġi rvinat l-ispirtu tad-dispożizzjoni l-ġdida. Kif intqal fil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-BĊE, il-BĊE ma jixtieqx jippreġudika d-drittijiet ta' dawk issusspettati u tal-konvenuti fi proċedimenti kriminali. Madankollu, f'dan ir-rigward il-bilanċ ta' l-interessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 u miżmum bir-regolament propost jintwieżen kontra l-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar. Biex jiżguraw din il-protezzjoni, il-BĊE u l-BĊNi għandhom bħala regola, ikunu ntitolati jirċievu kampjuni ta' karti tal-flus użati jew miżmuma bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, bl-unika eċċezzjoni tkun meta dan huwa impossibbli, filwaqt li jitqiesu l-kwantità u t-tip ta' noti ffalsifikati maqbuda.

2.2

Kif imsemmi fil-memorandum spjegattiv għar-regolament propost, il-BĊE diġa adotta qafas spjegattiv għall-iskoperta ta' noti kklassifikati (6), li BĊNi ta' l-Eurosistema għandhom jittrasponu għal ġol-qafas legali nazzjonali tagħhom. Il-BĊE għamel dan bi twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu skond l-Artikolu 106(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, biex jiżgura l-integrità u l-preservazzjoni tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni u, b'estensjoni, il-fiduċja tal-pubbliku fil-karti tal-flus euro. Dan għandu jkun rifless aktar fl-emenda proposta ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, billi ssir referenza ċara għall-kompetenza tal-BĊE fil-qasam fejn jistabbilixxi standards ta' sorting kemm għas-circulation fitness u l-kuntrolli għall-awtentiċità tal-karti ta' flus euro u x-xogħol eżistenti ta' l-Eurosistema li qed isir dwar dan.

2.3

L-emenda proposta ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 jimponi fuq l-“istituzzjonijiet ta' kreditu, u kull istituzzjoni oħra nvoluta fis-sorting u d-distribuzzjoni ta' karti tal-flus u muniti lill-pubbliku bħala attività professjonali” l-obbligu li jiżguraw li l-karti tal-flus u l-muniti li huma jirċievu huma ċċekkjati għall-awtentiċità tagħhom u li jinqabdu l-foloz. Filwaqt li l-iskop ta' l-obbligu huwa ċar u mixtieq, l-għażla tal-kliem “istituzzjonijiet oħra nvoluti fis-sorting u d-distribuzzjoni ta' karti tal-flus u muniti lill-pubbliku bħala attività professjonali” tħalli barra mill-iskop tagħha organizzazzjonijiet oħra li joperaw mezzi self-service li jipprovdu karti tal-flus euro lill-pubbliku, allavolja jekk mhux bħala attività professjonali. Tabilħaqq, l-implimentazzjoni prattika tal-Qafas legal ital-BĊE fuq livell nazzjonali wriet d-djuq tat-terminu, speċjalment fir-rigward tar-retailers li jimlew mill-ġdid il-magni awtomatiċi tal-flus (cash points). Dan l-iskop dejjaq fir-rigward ta' l-indirizzati ta' l-obbligu fl-Artikolu 6 jista' joħloq loophole li permezz tagħha karti tal-flus u muniti euro ma jkunux iċċekkjati f'konformita mal-proċeduri tal-BĊE u tal-Kummissjoni, għad-detriment tal-pubbliku ġenerali u ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona ta' l-euro, li se jkunu suġġetti għal standards aktar stretti. Għalhekk definizzjoni aktar wiesgħa tkun l-aktar soluzzjoni adegwata.

2.4

Ir-regolament propost se jżid ma' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 dispożizzjoni li teħtieġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex japplikaw l-obbligu ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet oħrajn biex jiżguraw li l-karti tal-flus u muniti euro huma ċċekkjati għall-awtentiċità u li l-foloz huma skoperti, konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu ddefiniti mill-BĊE u l-Kummissjoni. L-Istati Membri se jintalbu biex jadottaw dawn il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, u biex jinfurmaw minnufih lill-BĊE u lill-Kummissjoni. Il-BĊE huwa ta' l-opinjoni li, billi l-BĊE u l-Kummisssjoni huma responsabbli biex jistabbilixxu l-proċeduri li huma l-bażi ta' dan l-obbligu, għandhom ikunu l-BĊE u l-Kummissjoni li jistipulaw l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom, kemm għal raġunijiet prattiċi u legali. Minn perspettiva prattika, l-impożizzjoni ta' skadenzi għall-implimentazzjoni teħtieġ għarfien espert tan-know-how u l-kapaċitajiet ta' l-operaturi lokali. Għandhom jitqiesu wkoll l-ispejjeż ta' migrazzjoni, dawk tal-manifattura u dawk biex jiġu akkwistati d-ditekters il-ġodda meħtieġa. Għalhekk, l-iskadenza waħda tar-regolament propost tista' ma tkunx flessibbli. Minn perspettiva legali, il-korp li għandu l-kompetenza li jistabbilixxi l-proċeduri fir-rigward ta' l-istandards tas-sorting għall-kuntrolli kemm fir-rigward tal-fitness u kemm fir-rigward ta' l-awtentiċità ta' karti tal-flus jew muniti euro għandu jkun il-korp li jistabbilixxi l-iskadenzi għall-applikazzjoni tagħhom. Għalhekk huwa ssuġġerit li din l-iskadenza għandha titħassar mir-regolament propost, u minflok għandu jiġi stabbilit li l-iskadenzi biex jiġi applikat dan l-obbligu, konformi mal-proċeduri li għandhom jiġu ddefiniti mill-BĊE u l-Kummissjoni, jiġu stabbiliti f'dawk l-istess proċeduri.

2.5

Fir-rigward ta' l-inklużjoni tal-muniti taħt l-iskop tar-Regolament fuq l-istess livell tal-karti tal-flus, u konxju tal-kompetenza tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mal-karti tal-flus euro, il-BĊE jinnota li dan il-metodu jista' jkollu l-iżvantaġġ li jipperikola l-ħlasijiet retail fl-Istati Membri, billi l-probabbiltà teknika (technical feasibility) ta' l-obbligu propost għall-kuntroll tal-muniti huwa — bil-kuntrarju ta' dak għall-karti tal-flus — għadha mhijiex ċerta.

2.6

Billi mhuwiex ċar għal kollox jekk ir-referenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li testendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar lil dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-euro bħala l-munita waħda tagħhom (7), għar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, hijiex waħda dinamika, hemm bżonn għal proposta oħra għal regolament, li jestendi lill-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro l-effetti tar-regolament propost (8), partikolarment fir-rigward ta' l-emendi ta' l-Artikoli 4 u 5. Madankollu fil-kuntest tal-“proċeduri li għandhom jiġu ddefiniti mill-Bank Ċentrali Ewropew” li għalihom ir-regolament propost se jinkludi referenza fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament emendat (KE) Nru 1338/2001, kif innutat hawn fuq, il-BĊE huwa l-aħjar wieħed biex jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri tiegħu fir-rigward tal-karti tal-flus euro. F'dan ir-rigward, u fid-dawl tal-limiti taż-żona ġeografika li fih l-euro huwa valuta legali, il-BĊE iddeċieda f'Lulju 2006 (9) li dawn il-proċeduri jsiru effettivi fi Stati Membri parteċipanti ġodda ladarba dawn jadottaw l-euro.

3.   Proposti t'abbozzar

Meta l-parir t'hawn fuq iwassal għal tibdiliet fir-regolament propost, il-proposti t'abbozzar huma stabbiliti fl-Anness.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-17 ta' Diċembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2007) 525 finali.

(2)  ĠU C 257, 25.10.2006, p. 16.

(3)  Sentenza tat-13 ta' Settembru 2005, Każ C-176/03 Kummissjoni v Kunsill [2005] ECR I-7879 u Sentenza tat-23 ta' Ottubru 2007, Każ Ċ-440/05 Kummissjoni v Kunsill [2007] ECR I-0000.

(4)  Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni BĊE/1998/7 tas-7 ta' Lulju 1998 dwar l-adozzjoni ta' ċerti miżuri biex itejbu l-protezzjoni legali tal-karti ta' flus u muniti euro.

(5)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

(6)  Ara l-Qafas għall-iskoperta ta' karti ffalsifikati u fitness sorting minn istituzzjonijiet ta' kreditu u persuni oħra professjonali oħra li jittrattaw il-flus kontanti, li jinsab f'

www.ecb.int/pub/pdf/other/recyclingeurobanknotes2005mt.pdf.

(7)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11

(8)  Riċentement dan kien il-każ b'testi oħra li jemendaw strumenti legali fir-rigward tal-protezzjoni ta' l-euro, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/850/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti, l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 30).

(9)  Ara d-dokument tal-BĊE imsejjaħ “Reġim Tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-qafas għar-riċiklaċċ tal-karti tal-flus fl-Istati Membri ġodda parteċipanti.” Jinsab fuq il-website tal-BĊE f'

http://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/recyclingeurobanknotesframework2006mt.pdf.


ANNESS

PROPOSTI T'ABBOZZAR

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE  (1)

Emenda 1

Artikolu 1(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 huwa emendat kif ġej:

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'li ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'li ġej:

“L-obbligu biex jiġu trasmessi noti ffalsifikati”;

“L-obbligu biex jiġu trasmessi noti ffalsifikati”;

(b)

tiżdied is-sentenza li ġejja fit-tmiem tal-paragrafu 2:

“Għall-fini li jiġi ffaċilitat il-kuntroll għall-awtentiċita` ta' noti euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandu jkun permess it-trasport ta' noti ffalsifikati fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll fost l-istituzzjonijiet u korpi ta' l-Unjoni Ewropea.”

(b)

tiżdied is-sentenza li ġejja fit-tmiem tal-paragrafu 2:

“Għall-fini li jiġi ffaċilitat il-kuntroll għall- awtentiċita` ta' noti euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandu jkun permess it-trasport ta' noti ffalsifikati fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll fost l-istituzzjonijiet u korpi ta' l-Unjoni Ewropea.”

(c)

tiżdied is-sentenza li ġejja fit-tmiem tal-paragrafu 3:

“Il-paragrafu 2 għandu jkun applikat b'tali mod li ma jżommx noti ffalsifikati ssusspettati milli jintużaw jew jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, filwaqt li jitqiesu l-kwantità u t-tip ta' noti ffalsifikati maqbuda.”

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.1 ta' l-opinjoni

Emenda 2

Artikolu 1(3)(a)

3.

L-Artikolu 6 qed jiġi emendat kif ġej:

3.

L-Artikolu 6 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

jiġi sostitwit il-paragrafu 1 b'li ġej:

(a)

jiġi sostitwit il-paragrafu 1 b'li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu, u kull istituzzjoni oħra nvoluta fis-sorting u d-distribuzzjoni ta' karti tal-flus u muniti lill-pubbliku bħala attività professjonali, inklużi stabbilimenti li l-attivita` tagħhom tikkonsisti fil-bdil ta' karti tal-flus u muniti ta' valuti differenti, bħal bureaux de change, għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-karti tal-flus u l-muniti euro li huma jkunu rċevew u li huma jkunu se jqiegħdu lura fiċ-ċirkolazzjoni jiġu ċċekkjati għall-awtentiċità u biex jinqabdu l-foloz. Din il-verifika għandha titwettaq skond il-proċeduri li għandhom jiġu ddefiniti mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni għall-karti tal-flus u muniti euro rispettivament.

L-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu obbligati jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni n-noti u muniti euro kollha li huma jkunu rċevew u li huma jkunu jafu li jkunu, jew li dwarhom ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li jkunu ffalsifikati. Għandhom jagħtuhom lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali minnufih.”

“1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu, u kull istituzzjoni oħra nvoluta fis-sorting u d-distribuzzjoni ta' karti tal-flus u muniti lill-pubbliku bħala attivita` professjonali, inklużi:

stabbilimenti li l-attività professjonali tagħhom tikkonsisti fil-bdil ta' karti tal-flus u muniti ta' valuti differenti, bħal bureaux de change, u

retailers, u aġenti oħra ekonomiċi, bħall-każinos, involuti, bħala attivita` sussidjarja, fis-sorting u d-distribuzzjoni ta' karti tal-flus lill-pubbliku permezz ta' magni awtomatiċi tal-flus

għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-karti tal-flus u l-muniti euro li huma jkunu rċevew u li huma jkunu se jqiegħdu lura fiċ-ċirkolazzjoni jiġu ċċekkjati għall-awtentiċità u biex jinqabdu l-foloz. Dawn Din il-verifika il-kuntrolli għandha titwettaq għandhom jitwettqu skond il-proċeduri li għandhom jiġu ddefiniti mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni għall-karti tal-flus u muniti euro rispettivament, skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom u wara li wieħed iqis il-partikolaritajiet tal-karti tal-flus u muniti euro rispettivament.

L-istituzzjonijiet, ir- retailers u aġenti oħra ekonomiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu obbligati jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni n-noti u muniti euro kollha li huma jkunu rċevew u li huma jkunu jafu li jkunu, jew li dwarhom ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li jkunu ffalsifikati. Għandhom jagħtuhom lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali minnufih.”

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.3 ta' l-opinjoni

Emenda 3

Artikolu 1(3)(b)

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej fit-tmiem tal-paragrafu 3:

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej fit-tmiem tal-paragrafu 3:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jiġi applikat l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.”

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jiġu applikati l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 skond l-iskadenzi stabbiliti f'dawk il-proċeduri. Huma L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.”

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.4 ta' l-opinjoni

Emenda 4

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jkollu effett fl-Istati Membri parteċipanti kif iddefiniti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (14).

Dan ir-Regolament għandu jkollu effett fl-Istati Membri parteċipanti kif iddefiniti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (14).

Il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għandhom ikollhom effett fl-Istati Membri parteċipanti kif stipulat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(3).

(14)

ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

(14)

ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.5 ta' l-opinjoni


(1)  It-tipa skura fil-qalba tat-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ittri ngassati fil-qalba tat-test jindikaw fejn il-BĊE jipproponi li jħassar it-test.


Fuq