EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52009HB0003
Recommendation of the European Central Bank of 16 February 2009 to the Council of the European Union on the external auditors of the Deutsche Bundesbank (ECB/2009/3)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Frar 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (BĊE/2009/3)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Frar 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (BĊE/2009/3)
ĠU C 43, 21.2.2009, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 43/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' Frar 2009
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank
(BĊE/2009/3)
(2009/C 43/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta' bħalissa tad-Deutsche Bundesbank se jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009. |
(3) |
Id-Deutsche Bundesbank għażel lil Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesell- schaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2009 sa 2014.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Frar 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET