EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52012HB0005

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta’ Marzu 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2012/5)

ĠU C 93, 30.3.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Marzu 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France

(BĊE/2012/5)

2012/C 93/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont Artikolu L.142-2 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il-Kunsill Ġenerali tal-Banque de France jaħtar żewġ awdituri statutorji biex jivverifikaw il-kontijiet tal-Banque de France. Skont Artikolu L.823-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, jinħatru deputat awditur wieħed jew aktar biex jieħdu post l-awdituri eżistenti f’każ ta’ rifjut min-naħa tagħhom, impediment, riżenja jew mewt.

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Banque de France ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(4)

Il-Banque de France għażel lil Deloitte & Associés u KPMG SA bħala l-awdituri esterni tiegħu u B.E.A.S. u KPMG Audit FS I SAS bħala d-deputat awdituri tagħhom għas-snin finanzjarji 2012 sa 2017,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Huwa rrakkomandat li Deloitte & Associés u KPMG SA għandhom jinħatru flimkien bħala l- awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2012 sa 2017.

2.

Huwa rrakkomandat li B.E.A.S. għandom jinħatru bħala d-deputat awdituri għal Deloitte & Associés u KPMG Audit FS I SAS bħala d-deputat awdituri għal KPMG SA għas-snin finanzjarji 2012 sa 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq