EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52013HB0012

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2013/12)

ĠU C 126, 3.5.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ April 2013

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki

(BĊE/2013/12)

2013/C 126/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tas-Suomen Pankki ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Suomen Pankki għażel lil PricewaterhouseCoopers Oy bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers Oy għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ April 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq