EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52011AB0013

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea (CON/2011/13)

ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Frar 2011

dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea

(CON/2011/13)

2011/C 150/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fid-29 ta’ Novembru 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill għal opinjoni dwar il-proposti li ġejjin (minn hawn ’il quddiem il-“proposti tal-Kummissjoni”):

(1)

proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-PDE”) (1),

(2)

proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz ta’ Direttiva dwar oqfsa baġitarji”) (2),

(3)

proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz ta’ proċedura għall-infurzar baġitarju”) (3),

(4)

proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz ta’ proċedura dwar żbilanċi eċċessivi”) (4),

(5)

proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz ta’ proċedura dwar sorveljanza baġitarja”) (5),

(6)

proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz ta’ proċedura ta’ sorveljanza makroekonomika”) (6).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni dwar l-abbozz tal-PDE hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li l-infurzar tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv hija relevanti għall-għan ewlieni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet fl-Artikoli 127(1) u 282(2) tat-Trattat u l-Artikolu 2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni dwar l-abbozz ta’ Direttiva dwar oqfsa baġitarji, l-abbozz ta’ proċedura għall-infurzar baġitarju, l-abbozz ta’ proċedura dwar żbilanċi eċċessivi, l-abbozz ta’ proċedura dwar sorveljanza baġitarja u l-abbozz ta’ proċedura ta’ sorveljanza makroeknomika hija bbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 282(5) tat-Trattat u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(a) tal-Istatut, peress li huma relevanti wkoll għall-għan ewlieni tas-SEBĊ imsemmi hawn fuq.

B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni, b’osservazzjonijiet mill-Kunsill Ġenerali.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Il-kriżi preżenti wriet biċ-ċar ħafna li riforma ambizzjuża għall-qafas tal-governanza ekonomika hija fl-interess profond u predominanti tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u, b’mod partikolari, taż-żona tal-euro.

2.

In-nota tal-BĊE tal-10 ta’ Ġunju 2010“Tisħiħ tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro” pproponiet it-tisħiħ tal-istrutturi ta’ governanza u infurzar fil-politiki ekonomiċi u baġitarji taż-żona tal-euro. Ipproponiet ukoll li dak it-tisħiħ jiġi estiż b’mod selettiv għall-Istati Membri kollha tal-UE.

3.

Il-BĊE jinnota li r-Rapport tat-Task Force tal-Kunsill Ewropew dwar it-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport tat-Task Force”) għamel serje ta’ rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-proposti tal-Kummissjoni. Il-BĊE ħa sehem f’din it-Task Force, għalkemm ma qabilx mal-elementi kollha tar-Rapport tat-Task Force.

4.

Il-proposti tal-Kummissjoni jirrappreżentaw twessigħ u tisħiħ importanti tal-qafas ta’ sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-UE u jilħqu ċertu progress fit-tisħiħ tal-infurzar fiż-żona tal-euro. Madankollu, ma jilħqux il-qabża kwalitattiva meħtieġa fis-sorveljanza taż-żona tal-euro li l-BĊE jidhirlu li hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u l-iffunzjonar tagħha mingħajr xkiel. Bl-istess mod, kif ġie ddikkjarat fl-4 ta’ Novembru 2010 matul id-dikjarazzjoni introduttorja għall-konferenza stampa wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, ir-Rapport tat-Task Force jirrappreżenta għall-Unjoni Ewropea tisħiħ tal-qafas eżistenti għas-sorveljanza baġitarja u makroekonomika. Madankollu, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li r-Rapport tat-Task Force lanqas ma jilħaq il-qabża kwalitattiva meħtieġa li kien qiegħed jitlob għaż-żona tal-euro.

5.

Din l-Opinjoni tieħu min-nota tal-BĊE hawn fuq imsemmija “Tisħiħ tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro”, mill-parteċipazzjoni tal-BĊE fit-Task Force u mill-opinjonijiet tagħha dwar ir-Rapport tat-Task Force sabiex tagħmel serje ta’ suġġerimenti għall-proposti tal-Kummissjoni li jindirizzaw elementi li l-BĊE jikkunsidra li huma neċessarji sabiex jintlaħaq progress lejn qabża kwalitattiva fil-governanza ekonomika taż-żona tal-euro. Ebda wieħed minn dawn is-suġġerimenti ma jimplika l-ħtieġa għal bidla fit-Trattat.

6.

F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li, malli jiġu adottati, il-proposti tal-Kummissjoni ser isiru strument fundamentali biex l-UE u l-Istati Membri jkunu obbligati biex jimplimentaw politiki ekonomiċi u baġitarji sodi. Fil-każ taż-żona tal-euro, tisħiħ ulterjuri proporzjonat mal-grad imtejjeb ta’ integrazzjoni fost l-Istati Membri taż-żona tal-euro huwa wisq aktar ġustifikat. Il-kriżi attwali wriet bil-kbir li politiki ekonomiċi u baġitarji mhux sodi f’xi Stati Membri taż-żona tal-euro u kwalunkwe instabbiltà finanzjarja riżultanti tista’ ssarraf ukoll direttament f’diffikultajiet għal Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro. B’hekk, il-BĊE jsejjaħ lil-leġiżlatur tal-UE u lill-Istati Membri biex jieħdu vantaġġ mill-proċess leġiżlattiv li jinsab għaddej sabiex jissaħaħ il-pakkett ta’ governanza ekonomika sal-massimu awtorizzat taħt it-Trattati attwali. Barra minn hekk, l-UE għandha tikkunsidra f’ċertu punt ta’ żmien riforma għat-Trattat sabiex tkompli ssaħħaħ il-governanza ekonomika.

7.

Għall-BĊE, l-awtomatiċità insuffiċjenti hija nuqqas fundamentali tal-proposti tal-Kummissjoni. Il-BĊE jirrikonoxxi li l-proposti tal-Kummissjoni jirrappreżentaw żieda relattiva ta’ awtomatiċità jekk imqabbla mas-sitwazzjoni attwali, b’mod partikolari permezz tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti lill-Kunsill minflok rakkomandazzjonijiet, u permezz tal-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kkwalifikata bil-maqlub fi ħdan il-Kunsill. Il-BĊE huwa konxju wkoll li l-Kunsill jeżerċita diskrezzjoni taħt l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat li jittrattaw dwar, rispettivament, is-sorveljanza ta’ politiki ekonomiċi u baġitarji u l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. F’dan ir-rigward, il-BĊE jipproponi li l-leġiżlatur tal-UE jikkunsidra li jaqleb il-bidliet għall-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir li ddaħħal fl-2005 (7) li żiedu l-flessibbiltà konċessa lill-Istati Membri fir-rigward tal-obbligi tagħhom taħt il-Patt.

8.

Fi kwalunkwe każ, u, minbarra ż-żidiet fl-awtomatiċità indikati hawn fuq, il-Kunsill għandu l-possibbiltà li joħroġ dikjarazzjoni formali li tgħid li, bħala regola, il-Kunsill, fil-proċeduri kollha indirizzati fil-proposti tal-Kummissjoni, ser jivvota favur it-tkomplija tal-proċedura jekk dan jiġi propost jew rakkomandat mill-Kummissjoni fil-proposta jew rakkomandazzjoni relevanti tagħha u li, jekk ma tiġix segwita din ir-regola, il-Kunsill għandu jissostanzja r-raġunijiet għal devjazzjoni mir-regola. B’hekk, in-nuqqas ta’ kontinwazzjoni tal-proċedura jkun l-eċċezzjoni li, min-naħa l-oħra, il-Kunsill ikollu jissostanzja. Waqt li d-dikjarazzjonijiet mhumiex vinkolanti, tali impenn jiggwida l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-Kunsill taħt il-proċeduri differenti u b’hekk jikkontribwixxi għat-tisħiħ tagħhom. Tali dikjarazzjoni ssir parti mill-qafas ta’ governanza ekonomika fl-UE.

9.

Il-BĊE jikkunsidra li tali dikjarazzjoni tkun element indispensabbli fl-iffunzjonar mingħajr xkiel tal-governanza ekonomika tal-UE. Jekk il-Kunsill ma jappoġġjax tali dikjarazzjoni, il-BĊE jirrakkomanda bħala alternattiva dikjarazzjoni mill-Grupp tal-Euro li tinkariga lis-17-il Stat Membru taż-żona tal-euro biex jivvutaw favur il-kontinwazzjoni tal-proċeduri bħala regola, bil-ħtieġa li tiġi ssostanzjata kwalunkwe devjazzjoni.

10.

Barra minn hekk, hemm diversi elementi li juru awtomatiċità insuffiċjenti fil-proposti tal-Kummissjoni li għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid:

(a)

l-abbozz ta’ proċedura dwar sorveljanza baġitarja jipprovdi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddevjaw mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju għal żmien medju f’każ ta’ tnaqqis ekonomiku serju ta’ natura ġenerali. Minħabba l-importanza tas-sostenibbiltà fiskali, il-BĊE jagħti parir kontra tali klawsoli ta’ ħruġ. Jekk jinżammu, il-BĊE jirrakkomanda espressament li l-attivazzjoni ta’ dawn il-klawsoli tkun soġġetta għall-kundizzjoni li s-sostenibbiltà fiskali ma tkunx ipperikolata.

(b)

l-abbozz ta’ proċedura għall-infurzar tal-baġit jipprovdi li l-Kunsill għandu jirrevedi depożiti li jħallu l-interessi, depożiti li ma jagħtux imgħax u multi li jimponi, fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba mmotivata mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-possibiltajiet ta’ reviżjoni għandhom jitħassru peress li jidhru li jikkontribwixxu biss biex tittawwal il-proċedura u xogħol żejjed għall-Kummissjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni partikolari, peress li l-Kummissjoni u l-Kunsill ikunu diġà kkunsidraw iċ-ċirkustanzi involuti u l-argumenti tal-Istat Membru kkonċernat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri finanzjarji mill-Kunsill;

(c)

b’mod aktar ġenerali, il-qafas ta’ governanza ekonomika m’għandux jimponi obbligi fuq il-Kummissjoni li jillimitaw il-kapaċità tagħha li tirrakkomanda jew tipproponi t-tkomplija tal-proċeduri. B’mod partikolari, l-obbligu tal-Kummissjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill bħala kundizzjoni għat-tkomplija ta’ kwalunkwe proċedura mill-Kummissjoni għandu jiġi eskluż.

11.

Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li tiżdied l-awtomatiċità billi tiżdied il-votazzjoni b’maġġoranza kkwalifita bil-maqlub fi ħdan il-Kunsill kull fejn dan ikun possibbli, bħal fil-każ ta’ opinjonijiet tal-Kunsill dwar il-programmi ta’ stabilità u konverġenza stabbiliti fuq il-bażi tal-Artikolu 121(3) tat-Trattat u billi jiġu inklużi passi proċedurali li jmexxu l-proċedura ’l quddiem billi jżidu l-pressjoni fuq Stati Membri li mhumiex konformi. F’dan l-aħħar sens, l-Artikolu 121(4) tat-Trattat jippermetti żieda fl-awtomatiċità tal-abbozz tal-proċedura ta’ sorveljanza baġitarja. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-Artikolu 126(8) tat-Trattat tista’ toħloq pass ta’ proċedura tad-defiċit eċċessiv skont liema Stat Membru jkollu jagħti prova li ttieħdet azzjoni effettiva għall-prevenzjoni tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet.

12.

Miżuri politiċi u reputazzjonali addizzjonali għandhom jiġu stabbiliti fl-abbozz tal-proċedura ta’ sorveljanza u l-PDE, inklużi obbligi ta’ rapportaġġ għall-Istati Membri u rapporti mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni tal-BĊE jekk jidhirlu li huwa xieraq, fir-rigward ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro jew Stati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II, għandha tmexxi missjonijiet fi Stati Membri li ma jikkonformawx mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

13.

Il-BĊE jinsab imħasseb ukoll li l-konsiderazzjoni ta’ fatturi relevanti hija wisq klementi fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-konformità mal-valur ta’ referenza għall-proporzjon ta’ dejn tal-gvern. Waqt li l-fatturi relevanti kollha għandhom jiġu kkunsidrati meta l-Kummissjoni tħejji rapport dwar l-eżistenza ta’ proporzjon ta’ dejn eċċessiv, u waqt li għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lill-effett ta’ garanziji maħruġa mill-Istati Membri taħt il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja jew eventwalment taħt il-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabbiltà (MES) li ser jiġi stabbilit fil-futur, dawn il-fatturi kollha għandhom jiġu kkunsidrati biss meta l-proporzjon ta’ dejn tal-gvern ikun qiegħed jonqos fuq perspettiva ta’ tliet snin skont il-previżjonijiet tal-Kummissjoni. Kwalunkwe fattur mitiganti relevanti qatt m’għandu jwassal għal evalwazzjoni li Stat Membru m’għandu ebda proporzjon ta’ dejn eċċessiv meta l-proporzjon ta’ dejn tiegħu jkun jaqbeż il-valur ta’ referenza u jkun ipproġettat li jinsab fuq perkors ta’ żieda.

14.

L-introduzzjoni ta’ flessibbiltà akbar fl-evalwazzjoni tad-defiċits fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, b’mod partikolari billi tittieħed f’kunsiderazzjoni l-firxa sħiħa ta’ fatturi relevanti meta l-proporzjon ta’ dejn ikun inqas minn 60 % tal-valur ta’ referenza tal-prodott domestiku gross (PDG), tmur kontra t-tisħiħ tar-regoli. Irrispettivament minn jekk il-proporzjon ta’ dejn ikunx ’il fuq jew ‘l isfel minn 60 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG, il-fatturi relevanti għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni biss meta jiġi evalwat jekk id-defiċit huwiex eċċessiv meta l-proporzjon tad-defiċit, qabel ma jittieħdu f’kunsiderazzjoni dawk il-fatturi, ikun qrib ta’ 3 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG u l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza jkun temporanju, b’mod konformi mar-regoli preżenti. Finalment, il-punt ta’ riferiment numeriku għall-evalwazzjoni tal-bidla fil-proporzjon tad-dejn għandu jiġi applikat mingħajr dewmien mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

15.

Taħt l-abbozz tal-proċedura tas-sorveljanza baġitarja, il-BĊE jirrakkomanda li: (a) progress suffiċjenti lejn l-objettiv għal żmien medju għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ġenerali mal-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tan-nefqa netta minn miżuri ta’ dħul diskrezzjonali; (b) ir-rata tat-tkabbir tan-nefqa tal-gvern normalment m’għandhiex taqbeż rata ta’ tkabbir ta’ referenza pproġettata fuq żmien medju ta’ tkabbir potenzjali tal-prodott domestiku gross (PDG); (c) ir-rata proġettata fuq żmien medju ta’ tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija komuni użata mill-Kummissjoni; (d) li jittieħed f’kunsiderazzjoni l-impatt tal-istruttura tat-tkabbir ekonomiku fuq iż-żieda fid-dħul. Ser ikun meħtieġ li l-Kodiċi ta' Kondotta jistabbilixxi d-definizzjonijiet operattivi ta’ dawn l-elementi (8).

16.

Il-BĊE jilqa’ bis-saħħa l-introduzzjoni ta’ proċedura ta’ sorveljenza makroekonomika, li tagħlaq lakuna importanti fil-qafas tal-governanza ekonomika. Din il-proċedura ġdida għandha tikkonċentra sew fuq l-Istati Membri taż-żona tal-euro li jesperjenzaw telf sostnut fil-kompetittività u defiċits kbar fil-kont kurrenti. Effetti sekondarji fiż-żona tal-euro u r-rekwiżiti speċifiċi biex jiġi żgurat l-iffunzjonar tagħha mingħajr xkiel għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. Minħabba l-possibbiltà li n-natura tal-kriżi tinbidel maż-żmien, il-lista ta’ indikaturi li għandha tintuża b’konnessjoni mal-proċedura tista’ tevolvi mingħajr, madankollu, ma jintilef il-fokus tal-proċedura li għandu jkun il-prevenzjoni ta’ sitwazzjonijiet li joħolqu riskji għall-istabbiltà ekonomika, baġitarja u finanzjarja fiż-żona tal-euro u fl-UE.

17.

L-ambitu tal-proċedura għandu, billi jiddefinixxi t-terminu “żbilanċi”, jindirizza lista miftuħa ta’ sitwazzjonijiet li għandhom jiġu pprevenuti permezz tal-proċedura. Barra minn hekk, l-inklużjoni tat-terminu “vulnerabbiltajiet” f’din il-proċedura, li huma ddefiniti bħala sitwazzjonijiet ta’ possibbiltà ta’ diffikulta għal Stat Membru li għandhom jiġu koperti raġonevolment permezz ta’ sorveljanza makroekonomika soda tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha ssaħħaħ in-natura preventiva tal-proċedura. Għandu jiġi kkjarifikat ukoll li r-rakkomandazzjonijiet taħt din il-proċedura għandhom ikunu konsistenti mal-proċeduri l-oħrajn stabbiliti taħt l-Artikoli 121, 126 u 136 tat-Trattat u li l-proċedura tikkunsidra b’mod xieraq l-impenji taħt il-ftehim ERM II. Rigward ir-referenzi għall-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) fil-proċedura ta’ sorveljanza makroekonomika, għalkemm l-indipendenza tagħha mhux ser tkun affettwata jekk din il-proċedura tieħu f'kunsiderazzjoni t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-BĊE jirrakkomanda li tiddaħħal referenza għall-ħtieġa li jiġi rrispettat ir-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-BERS.

18.

Barra minn hekk, il-proċedura ta’ sorveljanza makroekonomika għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ skattament. L-evalwazzjonijiet ta’ żbilanċi makroekonomiċi u r-rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva għandhom jingħataw pubbliċità wiesa’ f’kull stadju tal-proċedura. Awtomatiċità akbar u sanzjonijiet finanzjarji gradati għandhom jiddaħħlu wkoll taħt l-abbozz tal-proċedura ta’ żbilanċi eċċessivi, b'mod partikolari wara l-ewwel każ ta' nuqqas ta' konformità minn Stat Membru ma' rakkomandazzjoni tal-Kunsill li warajha l-Kunsill għandu diġà jimponi depożitu li jħalli l-interessi mingħajr il-ħtieġa għal nuqqas ta' konformità ripetut. Dan tal-aħħar għandu jiġi sanzjonat b’multa.

19.

Rigward l-akkumulazzjonijiet ta’ interessi mid-depożiti mhux renumerati u l-multi imposti fuq Stati Membri taż-żona tal-euro taħt il-proposti tal-Kummissjoni, dawn għandhom jiġu assenjati lill-MES li għandu jinħoloq fl-2013, b’soluzzjoni ta’ tranżizzjoni xierqa sakemm jinħoloq.

20.

Il-proċeduri indirizzati fil-proposti tal-Kummissjoni għandhom jiġu implimentati u infurzati b’mod koerenti. Dan għandu jiġi ffaċilitat billi wieħed kemm jista’ jkun jimmira lejn is-sempliċità, it-trasparenza u l-prevedibbiltà meta jiġu adottati u applikati r-regolamenti riżultanti. L-iskop għal interpretazzjonijiet jew tilwim diverġenti fuq kwistjonijiet ta’ kejl għandu jkun limitat u għandhom jiġu evitati proċessi burokratiċi.

21.

Il-BĊE jissuġġerixxi li l-missjonijiet tal-Kummissjoni taħt il-proċeduri ta’ sorveljanza baġitarja u makroekonomika u l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv jikkollaboraw mal-BĊE jekk jidhirlu li dan huwa xieraq, għal missjonijiet lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u għal Stati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II. Il-parteċipazzjoni tal-BĊE fil-missjonijiet fil-Greċja u l-Irlanda rriżultat utli. Il-BĊE jifhem din il-parteċipazzjoni bħala l-kontribut tiegħu għal politiki ekonomiċi, u ser imexxi dan il-kontribut mingħajr ebda preġudizzju għall-indipendenza tiegħu fit-twettiq tal-kompiti tiegħu stabbiliti fit-Trattat.

22.

Il-BĊE jara wkoll il-ħtieġa li jiġi stabbilit korp ta’ konsulenza b’kompetenza rikonoxxuta fi kwistjonijiet ekonomiċi u fiskali biex iħejji rapport annwali indipendenti indirizzat lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar konformità mill-Kunsill u l-Kummissjoni, inkluża l-Eurostat, mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u taħt il-proċeduri indirizzati fil-proposti tal-Kummissjoni. Jekk il-kapaċità tiegħu tippermetti, u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tiegħu li jħejji r-rapport imsemmi hawn fuq, dan il-korp għandu jipprovdi wkoll analiżi dwar kwistjonijiet ekonomiċi jew baġitarji speċifiċi wara talba mill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni. Il-kompiti ta’ dan il-korp m’għandhomx jidħlu fuq il-kompetenza tal-Kummissjoni. Il-Membri ta’ dan il-korp għandhom ikunu totalment indipendenti. Il-leġiżlatur tal-UE ser ikollu bżonn jistabbilixxi l-pożizzjoni u l-karatteristiċi amministrattivi ta’ dan il-korp, inklużi r-riżorsi materjali u umani tiegħu. Dan il-korp għandu jkun stabbilit taħt l-abbozz tal-proċedura ta’ sorveljanza baġitarja u għandhom isiru referenzi għalih fil-proposti l-oħrajn tal-Kummissjoni.

23.

Rigward l-abbozz tad-Direttiva dwar l-oqfsa baġitarji, waqt li l-BĊE jaqbel mal-għażla ta’ direttiva bħala l-istrument legali, jikkunsidra li l-iskop u n-natura tad-Direttiva jeħtieġu traspożizzjoni nazzjonali li tkun kemm jista’ jkun qrib tat-test użat fid-Direttiva. Dan huwa partikolarment minnu għall-Istati Membri taż-żona tal-euro. F’din il-vena, il-BĊE jilqa’ dikjarazzjoni politika mill-Grupp tal-Euro biex tinkiseb tali traspożizzjoni nazzjonali uniformi, li tista’ tiġi riflessa fil-premessi.

24.

Il-BĊE jikkunsidra wkoll li l-Istati Membri kollha għandhom fi kwalunkwe każ ikunu meħtieġa jiżguraw monitoraġġ, analiżi u validazzjoni indipendenti tal-elementi ewlenin tal-oqfsa baġitarji tagħhom. Għall-Istati Membri taż-żona tal-euro għandu jiddaħħal kapitolu speċifiku, fejn l-elementi mixtieqa fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2010 u r-Rapport tat-Task Force isiru obbligatorji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro permezz tad-Direttiva, bil-possibbiltà li Stati Membri li mhux qegħdin fiż-żona tal-euro jimplimentawhom voluntarjament fis-sistemi legali tagħhom, li l-BĊE jirrakkomanda bis-saħħa. Fost l-elementi mixtieqa, il-ħolqien ta’ kunsilli fiskali indipendenti jidher li huwa prijorità fid-Direttiva, u d-Direttiva għandha tikkunsidra wkoll b’miod xieraq l-introduzzjoni ta’ approċċ minn fuq għal isfel, li jfisser ftehim minn qabel dwar il-livell ta’ nfiq totali li mbagħad jiġi allokat f’assenzjazzjonijiet ta’ nfiq għal ministeri jew aġenziji tal-gvern differenti.

25.

Dawn il-miżuri kollha m’għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri milli jiżviluppaw oqfsa baġitarji aktar b’saħħithom, billi pereżempju jinkludu regoli li jipprojbixxu defiċits strutturali tal-gvern ġenerali ’l fuq minn ċertu livell tal-PDG. Fl-istess ħin, il-leġiżlatur tal-UE għandu jikkunsidra l-introduzzjoni fid-Direttiva jew leġiżlazzjoni oħra ta’ obbligu għall-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni b’oqfsa ta’ self ċari b’definizzjonijiet u limiti preċiżi, peress li dan jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali.

26.

Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi enfasizzati l-importanza ta' tbassir nazzjonali trasparenti u l-metodoloġiji għat-tħejjija tagħhom. Fl-istess ħin, it-tbassir tal-Kummissjoni jrid jiżvolġi rwol ċentrali bħala punt ta’ riferiment għat-tbassir nazzjonali.

27.

Barra minn hekk, rigward l-effettività tagħha, id-Direttiva għandha tirreferi espressament għal spejjeż imposti fuq awtoritajiet nazzjonali għan-nuqqas ta’ konformità ma’ regoli fiskali numeriċi, inklużi kemm miżuri mhux finanzjarji kif ukoll sanzjonijiet finanzjarji f’livell nazzjonali. Għandhom jiġu inklużi obbligi ta’ fidi fi żmien medju ta’ dejn li jeċċedi ammonti ttollerati mill-qafas fiskali. Ċirkustanzi speċifiċi fejn nuqqas ta’ konformità temporanju huwa permess ikollhom jiġu ddefiniti b’mod strett, jekk meħtieġa. Barra minn hekk, il-BĊE jikkunsidra li d-dħul fis-seħħ previst tal-MES fl-2013 għandu jwassal għal skadenza ta’ traspożizzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2012 minflok il-31 ta’ Diċembru 2013.

28.

Rigward statistika bħala parti mid-Direttiva, il-BĊE jiffavorixxi żieda fit-tempestività u l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u trimestrali tal-gvern irrapportati lill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità. (9). Id-Direttiva tista’ tikkontribwixxi għal titjib simultanju tat-tempestività u l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-gvern ġenerali billi tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-kontabilità pubblika fuq bażi tad-dovuti li huma interkonnessi ma’ kontijiet nazzjonali bbażati fuq l-ESA 95. Is-sistemi tal-kontabilità għandhom ikunu bbażati fuq standards tal-kontabilità għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment sabiex jiġu żgurati r-rikonoxximent u l-kejl armonizzat tat-tranżazzjonijiet tal-gvernijiet.

29.

Rigward l-istatistika f’leġiżlazzjoni futura, il-BĊE jinnota li, skont ir-Rapport tat-Task Force, azzjoni leġiżlattiva mill-UE hija meħtieġa sabiex il-“kodiċi ta’ prattika Ewropew dwar l-istatistika” jsir legalment vinkolanti, waqt li, fil-frattemp, l-implimentazzjoni sħiħa tal-kodiċi tiġi aċċelerata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-mandati għall-ġbir tad-dejta. Barra minn hekk, is-setgħat tal-Eurostat fl-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tan-notifiki tal-PDE għandhom jiġu msaħħa aktar b’enfasi fuq miżuri proattivi biex tittejjeb il-kwalità tal-istatistika tal-gvern.

30.

Finalment, il-BĊE jwissi li l-proposti tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari r-riformi li jirrigwardaw iż-żona tal-euro, ser jimplikaw domanda ta’ xogħol akbar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, biex b’hekk hija meħtieġa l-allokazzjoni konsegwenti ta’ riżorsi umani u materjali.

Proposti għall-abbozzar

Fejn il-BĊE jirrakkomanda emendi għall-proposti tal-Kummissjoni, għal dan il-għan qed jiġu elenkati proposti għall-abbozzar speċifiċi fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv.

Malli jiġu adottati, ikun meħtieġ li ċ-ċitazzjonijiet tar-regolamenti u d-direttiva proposti jirriflettu s-sottomissjoni ta’ din l-opinjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Frar 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2010) 522.

(2)  KUMM(2010) 523.

(3)  KUMM(2010) 524.

(4)  KUMM(2010) 525.

(5)  KUMM(2010) 526.

(6)  KUMM(2010) 527.

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1055/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1056/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

(8)  “Speċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza”, approvati mill-Kunsill tal-ECOFIN fis-7 ta’ Settembru 2010.

(9)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar rigward il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

(KUMM(2010) 522)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessi ġodda

“(7)

L-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-dejn u l-passi li jwasslu għalih, m’għandux ikun ibbażat biss fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-punt ta’ referenza numeriku, iżda dejjem għandha titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat.

(8)

Fl-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-defiċit u l-passi li jwasslu għalih, hemm il-ħtieġa li titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat jekk id-dejn tal-gvern mal-prodott domestiku gross ma jaqbiżx il-valur ta’ referenza.

(9)

Ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat għandu jqis kif jixraq il-kwalità tal-qafas fiskali nazzjonali, minħabba li dan għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-konsolidazzjoni fiskali u l-finanzi pubbliċi sostenibbli.

(10)

Sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-avviżi tal-Kunsill għall-korrezzjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ defiċit eċċessiv, hemm il-ħtieġa li dawn jispeċifikaw miri baġitarji annwali konsistenti mat-titjib fiskali meħtieġ f’termini aġġustati ċiklikament, netti minn miżuri ta’ darba jew temporanji.

(11)

Il-valutazzjoni ta’ azzjoni effettiva se tibbenefika meta l-konformità mal-miri tal-infiq tal-amministrazzjoni pubblika tittieħed bħala referenza flimkien mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta' dħul speċifiċi ppjanati.

(12)

Fil-valutazzjoni tal-każ għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għal riċessjonijiet ekonomiċi severi ta' natura ġenerali.”

“(7)

L-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-dejn u l-passi li jwasslu għalih, m’għandux ijkun ibbażat biss fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-punt ta’ referenza numeriku, u għandha titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat biss meta l-proporzjon ta’ dejn tal-gvern ikun qed jonqos fuq perspettiva ta’ tliet snin skont il-previżjonijiet tal-Kummissjoni.

(8)

Fl-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-defiċit u l-passi li jwasslu għalih, hemm il-ħtieġa li titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat prodott domestiku gross biss jekk il-proporzjon tad-defiċit ikun qrib il-valur ta’ referenza u l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza jkun temporanju.

(9)

Sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-avviżi tal-Kunsill għall-korrezzjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ defiċit eċċessiv, miri baġitarji annwali għat-titjib fiskali meħtieġ f’termini aġġustati ċiklikament, netti minn miżuri ta’ darba jew temporanji jistgħu jiġu ssupplimentati bi speċifikazzjonijiet ulterjuri konsistenti ma’ dawn il-miri strutturali.

(10)

Il-valutazzjoni ta’ azzjoni effettiva għandha tkun ibbażata fuq it-titjib meħtieġ għall-bilanċ strutturali u għandha tkun ikkumplementata billi l-konformità mal-miri tal-infiq tal-amministrazzjoni pubblika tittieħed bħala referenza flimkien mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta' dħul speċifiċi ppjanati.

Spjegazzjoni

Il-premessi għandhom diġà jikkjarifikaw li żidiet fil-flessibbiltà fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ għandhom jiġu miċħuda. L-emendi li ddaħħlu huma spjegati fid-dettal fl-osservazzjonijiet ġenerali ta’ din l-opinjoni u iktar ’l isfel.

Emenda 1a

Artikolu 1(2)(b) tar-regolament propost

(Artikolu 2(1a) (ġdid) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97)

“1a.   Meta jaqbeż il-valur ta’ referenza, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-prodott domestiku gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u javviċina l-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti skont l-Artikolu 126(2)(b) tat-Trattat jekk id-differenza fir-rigward tar-referenza tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b’rata fl-ordni ta’ wieħed minn kull għoxrin kull sena. Għal perjodu ta' 3 snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament – għandha tiddaħħal] għandha tkun ikkunsidrata n-natura retrospettiva ta' dan l-indikatur fl-applikazzjoni tiegħu.”

“1a.   Meta jaqbeż il-valur ta’ referenza, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-prodott domestiku gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u javviċina l-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti skont l-Artikolu 126(2)(b) tat-Trattat jekk id-differenza fir-rigward tar-referenza tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b’rata fl-ordni ta’ wieħed minn kull għoxrin kull sena. ”

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa favur l-applikazzjoni tal-punt ta’ riferiment numeriku biex tiġi evalwata l-bidla fil-proporzjon ta’ dejn mingħajr dewmien mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Emenda 2

Artikolu 1(2)(ċ) tar-regolament propost

(Artikolu 2(3) u (3a) (ġdid) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97)

“3.   Meta tkun qed tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f’dak l-Artikolu. Ir-rapport għandu jirrifletti kif jixraq l-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, it-tkabbir potenzjali, il-kundizzjonijiet ċikliċi prevalenti, l-inflazzjoni, l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi) u l-iżviluppi fil-pożizzjoni baġitarja fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, l-isforzi għall-konsolidazzjoni fiskali fi ‘żminijiet tajba’, l-investiment pubbliku, l-implimentazzjoni ta’ politika fil-kuntest tal-istrateġija ta’ tkabbir komuni għall-Unjoni u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari, il-konformità mad-Direttiva tal-Kunsill […] dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri). Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-iżviluppi li jkunu rilevanti għas-sitwazzjoni tad-dejn fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, huwa jirrifletti kif jixraq il-fatturi ta’ riskju inklużi l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn, l-operazzjonijiet tal-flussi tal-istokks, ir-riżervi akkumulati u assi oħrajn tal-gvern; il-garanziji, b’mod partikolari dawk marbuta mas-settur finanzjarju; ir-responsabbiltajiet kemm espliċiti kif ukoll impliċiti relatati max-xjuħija u d-dejn privat sal-punt li tista’ tirrappreżenta responsabbiltà impliċita kontinġenti għall-gvern). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex ikun evalwat b’mod komprensiv f’termini kwalitattivi l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Kunsill. F’dak il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim tas-solidarjetà internazzjonali u biex jintlaħqu l-miri tal-politika tal-Unjoni, inkluża l-istabbiltà finanzjarja.

4.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu valutazzjoni kumplessiva bbilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, b'mod speċjali l-limitu safejn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni.

Meta jevalwaw il-konformità fuq il-bażi tal-kriterju tad-defiċit, jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PGD jaqbeż il-valur ta’ referenza, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza tad-defiċit eċċessiv previsti fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-Trattat biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali — li, qabel jitqiesu dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u l-eċċess tiegħu fuq il-valur ta’ referenza jkun temporanju — tiġi sodisfatta b’mod sħiħ.”

“3.   Meta tkun qed tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f’dak l-Artikolu. Ir-rapport għandu jirrifletti kif jixraq l-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, it-tkabbir potenzjali, il-kundizzjonijiet ċikliċi prevalenti, l-inflazzjoni, u l-iżviluppi fil-pożizzjoni baġitarja fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, l-isforzi għall-konsolidazzjoni fiskali fi ‘żminijiet tajba’, l-investiment pubbliku, l-implimentazzjoni ta’ politika fil-kuntest tal-istrateġija ta’ tkabbir komuni għall-Unjoni u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari, il-konformità mad-Direttiva tal-Kunsill […] dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri). Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-iżviluppi li jkunu rilevanti għas-sitwazzjoni tad-dejn fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, huwa tirrifletti jif jixraq il-fatturi ta’ riskju inklużi l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn, l-operazzjonijiet tal-flussi tal-istokks, ir-riżervi akkumulati u assi oħrajn tal-gvern; il-garanziji, b’mod partikolari dawk marbuta mas-settur finanzjarju; ir-responsabbiltajiet kemm espliċiti kif ukoll impliċiti relatati max-xjuħija u d-dejn privat sal-punt li tista’ tirrappreżenta responsabbiltà impliċita kontinġenti għall-gvern). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex ikun evalwat b’mod komprensiv f’termini kwalitattivi l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Kunsill. F’dak il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim tas-solidarjetà internazzjonali u biex jintlaħqu l-miri tal-politika tal-Unjoni, inkluża l-istabbiltà finanzjarja.

Meta tkun qed tħejji rapport, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-Istat Membru kkonċernat.

[…]

3a.   Meta tkun qed tiġi evalwata l-konformità fuq il-bażi tal-kriterju tad-dejn, dawn il-fatturi relevanti għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ipprovduti fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-Trattat, biss meta l-proporzjon ta’ dejn tal-gvern ikun qiegħed jonqos fuq perspettiva ta’ tliet snin skont il-previżjoni tal-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu valutazzjoni kumplessiva bbilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, b'mod speċjali l-limitu sa fejn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni.

Meta jevalwaw il-konformità fuq il-bażi tal-kriterju tad-defiċit, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza tad-defiċit eċċessiv previsti fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-Trattat biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali — li, qabel jitqiesu dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u l-eċċess tiegħu fuq il-valur ta’ referenza jkun temporanju — tiġi sodisfatta b’mod sħiħ.”

Spjegazzjoni

Ir-rapport tal-Kummissjoni fl-Artikolu 2(3) li jirreferi għall-Artikolu 126(3) tat-Trattat jidher li jieħu f’kunsiderazzjoni, inter alia, “żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi” li huma s-suġġett ta’ proposta differenti (KUMM(2010) 525). Il-BĊE huwa favur koeżistenza loġika u raġonevoli tal-proċeduri differenti. Ir-referenza għal “żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi” tista’ twassal għal konfużjoni, billi tagħti l-impressjoni li (KUMM(2010) 522 u (KUMM(2010) 525 essenzjalment jirregolaw l-istess suġġett.

Ir-rekwiżit ta’ rapportaġġ addizzjonali huwa maħsub li jkun ta’ inċentiv għal konformità mill-Istat Membru, peress li l-Kummissjoni trid tħejji rapport dwar l-eżistenza ta’ proporzjon ta’ defiċit eċċessiv jew dejn eċċessiv. Konformità mal-valuri ta’ referenza tevita l-ħtieġa għal rappurtar addizzjonali.

Waqt li l-fatturi relevanti kollha ser jiġu kkunsidrati meta l-Kummissjoni tħejji rapport dwar l-eżistenza ta’ proporzjon ta’ dejn eċċessiv, huma ser jiġu kkunsidrati biss meta l-proporzjon ta’ dejn tal-gvern ikun qed jonqos. Kwalunkwe fattur mitiganti relevanti m’għandu qatt iwassal għal evalwazzjoni li Stat Membru m’għandu ebda proporzjon ta’ dejn eċċessiv meta l-proporzjon ta’ dejn tiegħu jkun jaqbeż il-valur ta’ referenza u jkun jinsab fuq perkors ta’ żieda.

Finalment, il-prinċipju ta’ “qrib u temporanju” fir-rigward tal-kriterju tad-defiċit għandu jiġi rispettat irrispettivament mill-proporzjon tad-dejn.

Emenda 3

Artikolu 1(3)(d) tar-regolament propost

(Artikolu 3(4a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97)

“4a.   Qabel l-iskadenza massima ta’ sitt xhur prevista fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonali fin-naħa tad-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.

5.   Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva b'konformità ma‘ rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni jseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri ta' żvantaġġ għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rakkomandazzjoni riveduta, li tqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, tista’ testendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena. Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi imprevisti b’konsegwenzi maġġuri ta’ żvantaġġ għall-finanzi tal-gvern, kontra t-tbassir ekonomiku fir-rakkomandazzjoni tiegħu. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi wkoll, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat f‘każ ta' riċessjoni ekonomika gravi ta' natura ġenerali.”

“4a.   Qabel l-iskadenza massima ta’ sitt xhur prevista fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonali fin-naħa tad-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat. Il-Kummissjoni tista’ titlob rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru.

5.   Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva b'konformità ma‘ rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni jseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri ta’ żvantaġġ għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rakkomandazzjoni riveduta, li tqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, tista’ testendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena. Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi imprevisti b’konsegwenzi maġġuri ta’ żvantaġġ għall-finanzi tal-gvern, kontra t-tbassir ekonomiku fir-rakkomandazzjoni tiegħu. .”

Spjegazzjoni

Ir-rappurtagg addizzjonali huwa għodda tal-Kummissjoni biex tigi inċentivata l-konformita’ tal-Istati Membri. Il-ħtiega li tigi prevista espressament l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni rreveduta taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat mhijiex evidenti.

Emenda 4

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97

(L-ebda emenda fir-regolament propost)

“1.   […]Fl-istess waqt, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jissottometti immedjatament rapport formali lill-Kunsill Ewropew.

Spjegazzjoni

Dan huwa element addizzjonali tal-proċedura li għandu jagħti inċentiv għal konformità mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 5

Artikolu 1(5)(b) tar-regolament propost

(Artikolu 5(1a) (ġdid) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97)

“1a.   B’segwitu għall-avviż tal-Kunsill mogħti b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonali fin-naħa tad-dħul kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jieħu, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 6 (2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.

2.   Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet b'konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat. L-avviż rivedut, li jqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, jista’ jestendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv b’sena. Il-Kunsill jista’ jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri ta’ żvantaġġ għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi wkoll, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat fil-każ ta’ riċessjoni ekonomika gravi ta' natura ġenerali.”

“1a.   B’segwitu għall-avviż tal-Kunsill mogħti b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonali fin-naħa tad-dħul kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jieħu, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 6 (2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tevalwa miżuri ta’ aġġustament meħuda biex jiġi indirizzat id-defiċit eċċessiv permezz ta’ missjoni lill-Istat Membru kkonċernat, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhirlu li dan huwa meħtieġ, għal Stati Membri parteċipanti u Stati Membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II), u tħejji rapport lill-Kunsill. Dan ir-rapport jista’ jiġi ppubblikat.

2.   Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet b'konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri ta' żvantaġġ għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat. L-avviż rivedut, li jqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, jista’ jestendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv b’sena. Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. ”

Spjegazzjoni

Il-missjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhirlu li huwa propizju, għaż-żona tal-euro u għal Stati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II, għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tar-regolament propost u għandhom ikunu deterrent importanti għall-Istat Membru mhux konformi.

Ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li tiġi prevista l-adozzjoni ta’ avviż rivedut fuq il-bażi tal-Artikolu 126(9).

Emenda 6

Artikolu 1(14) tar-regolament propost

(Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97)

“Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat u għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri parteċipanti li ma għandhomx defiċit eċċessiv kif stabbilit skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat u li mhumiex suġġetti għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru [.../...] fi proporzjon mas-sehem tagħhom fid-Dħul Nazzjonali Gross (Gross National Income (GNI)) totali tal-Istati Membri eliġibbli.”

“Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament għandhom jitreġġgħu lura lill- Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà

Spjegazzjoni

Il-multi mħallsa minn Stati Membri taż-żona tal-euro taħt il-qafas ta’ sorveljanza għandhom jakkumulaw favur l-MES tal-futur. Ser ikun meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tranżitorji xierqa (Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja u/jew il-Faċilità Ewropea tal-Istabbilità Finanzjarja bħala benefiċjarji tal-multi) ikunu ġew stabbiliti sakemm jiġi stabbilit il-MES skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2010.

Ir-raġuni għall-akkumulazzjoni ta’ dawn il-multi favur l-MES hi li hemm konnessjoni bejn in-nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri mal-obbligi tagħhom taħt il-proposti tal-Kummissjoni u l-ħtieġa li jiġi stabbilit MES. Għalhekk tali multi derivati mill-pakkett ta’ governanza għandhom jakkumulaw favur il-MES.

Kif huwa indikat f’din il-opinjoni, jekk tiġi aċċettata, din is-soluzzjoni għandha tiġi estiża mutatis mutandis għall-proċeduri kollha msaħħa jew maħluqa mill-proposti tal-Kummissjoni.

F’kull wieħed mir-regolamenti msaħħa jew maħluqa mill-proposti tal-Kummissjoni, premessa għandha tispjega r-raġuni għat-treġġigħ lura lill-MES tal-interessi li jakkumulaw u sanzjonijiet finanzjarji oħrajn fuq il-linji indikati hawn fuq: hemm konnessjoni bejn in-nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri mal-obbligi tagħhom ta’ governanza ekonomika u l-ħtieġa li jiġi stabbilit il-MES.


Proposti għall-abbozzar rigward il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri

(KUMM(2010) 523)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (2)

Emenda 1

Premessa 7 tad-direttiva proposta

“(7)

Tbassir makroekonomiku u baġitarju ppreġudikat u mhux realistiku jista’ jxekkel l-effikaċja tal-ippjanar fiskali b’mod konsiderevoli u konsegwentement jista’ jxekkel l-impenn għal dixxiplina baġitarja, waqt li t-trasparenza u l-validazzjoni tal-metodoloġiji tat-tbassir jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali.”

“(7)

Tbassir makroekonomiku u baġitarju ppreġudikat u mhux realistiku jista’ jxekkel l-effikaċja tal-ippjanar fiskali b’mod konsiderevoli u konsegwentement jista’ jxekkel l-impenn għal dixxiplina baġitarja, waqt li t-trasparenza u l-validazzjoni tal-metodoloġiji tat-tbassir għandhom iżidu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali.”

Spjegazzjoni

It-trasparenza u l-validazzjoni tal-metodoloġiji tat-tbassir huma għodod ewlenin għall-kwalità tat-tbassir.

Emenda 2

Premessa 8 tad-direttiva proposta

“(8)

Element kruċjali biex ikun żgurat l-użu ta’ tbassir realistiku għat-twettiq ta’ politika baġitarja huwa t-trasparenza, li trid tinvolvi d-disponibbiltà pubblika tal-metodoloġiji, l-ipoteżi u l-parametri li fuqhom huwa bbażat it-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali.”

“(8)

Element kruċjali biex ikun żgurat l-użu ta’ tbassir realistiku għat-twettiq ta’ politika baġitarja huwa t-trasparenza, li trid tinvolvi l-pubblikazzjoni u għalhekk id-disponibbilità pubblika mhux biss ta’ tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali li jkun iddettaljat b’mod suffiċjenti iżda wkoll tal-metodoloġiji, l-ipoteżi u l-parametri li fuqhom huwa bbażat talitbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta ssaħħaħ ir-rwol kruċjali, it-trasparenza u d-dettall.

Emenda 3

Premessa 12 tad-direttiva proposta

“(12)

Fir-rigward tal-effikaċja ddokumentata ta’ oqfsa baġitarji bbażati fuq ir-regoli tal-Istati Membri fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja, regoli fiskali nazzjonali qawwija li huma konsistenti mal-objettivi baġitarji fil-livell tal-Unjoni jridu jkunu l-pedament tal-qafas imsaħħaħ ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Regoli fiskali sodi għandhom ikunu mgħammra b’definizzjonijiet speċifikati tajjeb tal-miri flimkien ma’ mekkaniżmi għal kontroll effettiv u f’waqtu. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-politika wriet li biex ir-regoli numeriċi jaħdmu b’mod effettiv, iridu jintrabtu konsegwenzi man-nuqqas ta’ konformità, fejn l-ispejjeż involuti jistgħu jkunu sempliċiment reputazzjonali.”

“(12)

Fir-rigward tal-effikaċja ddokumentata ta’ oqfsa baġitarji bbażati fuq ir-regoli tal-Istati Membri fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja, regoli fiskali nazzjonali qawwija li huma konsistenti mal-objettivi baġitarji fil-livell tal-Unjoni jridu jkunu l-pedament tal-qafas imsaħħaħ ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Regoli fiskali sodi għandhom ikunu mgħammra b’definizzjonijiet speċifikati tajjeb tal-miri flimkien ma’ mekkaniżmi għal kontroll effettiv u f’waqtu. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-politika wriet li biex ir-regoli numeriċi fiskali jaħdmu b’mod effettiv, iridu jintrabtu konsegwenzi man-nuqqas ta’ konformità, li għandhom jinkludu spejjeż reputazzjonali, politiċi u finanzjarji. Il-fidi f’waqtu ta’ dejn addizzjonali għandu jkun konsegwenza standard.

Spjegazzjoni

Il-kredibbiltà tal-qafas fiskali hija miżjuda jekk konsegwenzi espliċiti għan-nuqqas ta’ konformità, inklużi spejjeż kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, jiġu identifikati fid-direttiva proposta u b’hekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Obbligu ta’ fidi f’waqtu ta’ dejn li jsir lil hinn mill-konċessjonijiet tal-qafas fiskali huwa strument b’saħħtu għall-prevenzjoni ta’ ksur tar-regoli.

Emenda 4

Premessa 12a ġdida tad-direttiva proposta

L-ebda test

(12a)

In-numru ta’ ċirkustanzi speċifiċi li fihom huwa permess nuqqas ta’ konformità temporanju ma’ regoli fiskali numeriċi għandu jkun limitat. Għandhom jiġu sodisfatti kriterji stretti rigward l-impatt baġitarju tan-nonkonformità u r-responsabbiltà riżultanti. Il-ħlas lura ta’ dejn addizzjonali għandu jiġi żgurat f’perjodu ta’ żmien propizju.

Spjegazzjoni

Waqt li konsegwenzi espliċiti għan-nuqqas ta’ konformità jitqiesu bħala neċessarji biex tiġi żgurata l-effettività, kwalunkwe ċirkostanza speċifika li fiha huwa permess nuqqas ta’ konformità temporanju mar-regoli fiskali numeriċi għandha tkun ristretta għal numru limitat, biex b’hekk tissaħħaħ l-applikazzjoni ġenerali tal-konsegwenzi għan-nuqqas ta’ konformità. Il-premessa ġdida proposta ssaħħaħ in-natura limitata tal-eċċezzjoni pprovduta fl-Artikolu 6(d) tad-direttiva proposta. L-eċċezzjonijiet għandhom jissodisfaw kriterji stretti u l-fidi għandu jkun kundizzjoni għall-eċċezzjoni.

Emenda 5

Premessa 13 tad-direttiva proposta

“(13)

L-Istati Membri għandhom jevitaw politiki fiskali proċikliċi u l-isforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali għandhom ikunu akbar fi żminijiet tajba. Regoli fiskali numeriċi speċifikati tajjeb għandhom iwasslu għal dawn l-objettivi.”

“(13)

L-Istati Membri għandhom jevitaw politiki fiskali proċikliċi u l-isforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali għandhom ikunu akbar fi żminijiet tajba. Regoli fiskali numeriċi speċifikati tajjeb għandhom iwasslu għal dawn l-objettivi. Dawn ir-regoli fiskali numeriċi għandhom jinkorporaw l-għan ta’ tisħiħ tal-kontroll tan-nefqa tal-gvern u jipprovdu lill-Ministeri tal-Finanzi bi strumenti biex jirrestrinġu n-nefqa sabiex iżommu d-defiċits taħt kontroll.

Spjegazzjoni

L-iskop għall-introduzzjoni ta’ regoli fiskali numeriċi, jiġifieri li jissaħħaħ il-kontroll tan-nefqa tal-gvern, għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fir-regoli nfushom u l-Ministri tal-Finanzi għandhom jingħataw l-istrumenti adattati.

Emenda 6

Premessa 18 tad-direttiva proposta

“(18)

Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji għandhom ikopru l-finanzi pubbliċi b’mod komprensiv. Għal din ir-raġuni, l-operazzjonijiet tal-fondi u l-korpi extrabaġitarji li għandhom impatt immedjat jew għal perjodu ta’ żmien medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri għandhom jingħataw kunsiderazzjoni partikolari.”

“(18)

Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji għandhom ikopru l-finanzi pubbliċi b’mod komprensiv. Għal din ir-raġuni, l-operazzjonijiet tal-fondi u l-korpi extrabaġitarji li aktarx ikollhom impatt immedjat jew għal perjodu ta’ żmien medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri għandhom jiġu rrapportati b’mod trasparenti. L-impatt mistenni jew potenzjali tagħhom fuq il-bilanċi u d-dejn tal-baġit ġenerali tal-gvern għandu jiġi indirizzat espliċitament fil-oqfsa baġitarji għal żmien medju.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta ssaħħaħ l-effettività permezz tal-konnessjoni mal-qafas baġitarju għal żmien medju u tiżgura sorveljanza akbar tal-istituzzjonijiet lil hinn mis-settur governattiv li għalihom jistgħu jkunu saru meħtieġa injezzjonijiet ta’ kapital.

Emenda 7

Premessa (18a) ġdida tad-direttiva proposta

L-ebda test

(18a)

L-iskop u l-karatteristiċi tad-Direttiva jeħtieġu traspożizzjoni nazzjonali li tkun kemm jista’ jkun qrib tat-test tad-Direttiva. Waqt li dan huwa minnu għall-Istati Membri kollha, huwa partikolarment minnu għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. [Jittieħed f’kunsiderazzjoni l-ftehim tal-Grupp tal-Euro datat … [li l-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro jwettqu traspożizzjoni nazzjonali fuq din il-linja]].

Spjegazzjoni

Impenn għal traspożizzjoni li ssegwi d-Direttiva mill-qrib, b’mod partikolari fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, għandu jagħmel id-Direttiva aktar effettiva.

Emenda 8

Premessa ġdida (18b) tad-direttiva proposta

L-ebda test

(18b)

Hemm bżonn li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jimplimentaw fl-oqfsa baġitarji nazzjonali tagħhom elementi oħrajn minbarra l-elementi li jinsabu f’din id-Direttiva għall-Istati Membri kollha. Kapitolu b’dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistabbilixxi dawn iż-żewġ elementi: wieħed huwa t-twaqqif ta’ kunsilli fiskali indipendenti inkarigati li jipprovdu monitoraġġ, analiżi, evalwazzjonijiet u tbassir indipendenti u l-ieħor huwa l-applikazzjoni ta’ proċessi baġitarji minn fuq għal isfel. Waqt li dan tal-ewwel għandu jkun obbligatorju, l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa lil dan tal-aħħar. L-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro jistgħu jinkorporaw bosta minn dawn l-elementi addizzjonali jew kollha kemm huma fl-oqfsa baġitarji nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jikkunsidraw speċifikament li jinkorporaw f’dawn tal-aħħar il-kunsilli fiskali indipendenti.

Spjegazzjoni

L-elementi li ġew ikkunsidrati li huma mixtieqa mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu ta’ Mejju 2010 dwar din il-kwistjoni u fir-Rapport tat-Task Force għandhom isiru obbligatorji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Emenda 9

Artikolu 1 tad-direttiva proposta

“Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli ddettaljati rigward il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri li huma meħtieġa biex tkun żgurata l-effikaċja tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.”

“Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli ddettaljati rigward il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri li huma meħtieġa biex tkun żgurata konformità mal-obbligu tal-Istati Membri li jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern kif imsemmi fl-Artikolu 126(1) tat-Trattat.

Spjegazzjoni

Id-direttiva proposta m’għandhiex tirreferi espliċitament għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv iżda għall-ħtieġa li jiġu evitati defiċits eċċessivi peress li d-Direttiva, malli tiġi implimentata fl-Istati Membri, ser issir strument għat-tisħiħ tal-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat.

Emenda 10

Artikolu 2(f) tad-direttiva proposta

“(f)

arranġamenti għall-analiżi biex tisseddaq it-trasparenza tal-elementi tal-proċess tal-baġit, inkluż fost l-oħrajn il-mandat tal-uffiċċji tal-baġit nazzjonali indipendenti jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja;”

“(f)

arranġamenti għal monitoraġġ, analiżi, evalwazzjonijiet u validazzjoni biex tisseddaq it-trasparenza tal-elementi tal-proċess tal-baġit, inkluż fost l-oħrajn il-mandat tal-uffiċċji tal-baġit nazzjonali indipendenti jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja;”

Spjegazzjoni

L-arranġamenti m’għandhomx jikkonċernaw biss l-analiżi, iżda wkoll il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni tal-proċessi tal-baġit u għandhom jiżguraw li dawn isiru b’mod indipendenti.

Emenda 11

Artikolu 3(1) tad-direttiva proposta

“1.   Fir-rigward tas-sistemi nazzjonali tal-kontijiet pubbliċi, l-Istati Membri għandhom ikollhom fis-seħħ sistemi ta’ kontijiet pubbliċi li komprensivament u konsistentement ikopru s-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif iddefiniti mir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (ESA 95), u jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex tinġabar id-dejta bbażata fuq l-ESA 95. Dawk is-sistemi ta’ kontijiet pubbliċi għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u verifika interni.”

“1.   Sabiex jiġi żgurat ir-rapportaġġ f’waqtu u preċiż tad-dejta tal-gvern annwali u trimestrali bbażata fuq l-ESA, l-Istati Membri għandhom ikollhom fis-seħħ sistemi ta’ kontijiet pubbliċi, li japplikaw standards tal-kontabbiltà tas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment li komprensivament u konsistentement ikopru s-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif iddefiniti mir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (ESA 95). Dawk is-sistemi għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u verifika indipendenti.”

Spjegazzjoni

Sabiex tiżdied it-tempestività u l-preċiżjoni tad-dejta tal-gvernijiet irrapportata lill-Kummissjoni, huwa mixtieq li l-Istati Membri jħaffu l-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-kontabilità pubblika għall-entitajiet tas-settur governattiv, li jirrapportaw dejta fuq bażi ta’ dovuti b’mod konformi ma’ standards tal-kontabilità aċċettati għas-settur pubbliku. Dan għandu jippermetti li dik id-dejta tinqaleb faċilment f’kontijiet nazzjonali bbażati fuq ESA 95. Is-sistemi ta’ kontabilità pubbliċi għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u verifika interni.

Emenda 12

Artikolu 3(2) tad-direttiva proposta

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibilità pubblika f’waqtha u regolari tad-dejta fiskali għas-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika. B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jippubblikaw

(a)

dejta fiskali bbażata fuq flus kontanti bil-frekwenza ta’ kull xahar, li tkopri l-gvern b’kull subsettur tiegħu identifikat separatament, qabel l-aħħar tax-xahar ta’ wara,

(b)

tabella ta’ rikonċiljazzjoni ddettaljata li turi l-elementi ta’ transizzjoni bejn id-dejta bbażata fuq il-flus kontanti u d-dejta bbażata fuq l-ESA 95.”

“   

Spjegazzjoni

Il-BĊE jaqbel mal-ħtieġa għal dejta fiskali f’waqtha u b’hekk huwa favur li jitressqu ’l quddiem l-iskadenzi tar-rappurtar tal-kontijiet tal-gvern trimestrali bbażati fuq l-ESA taħt il-programm ġdid ta’ trasmissjoni tal-ESA. Jekk l-Istati Membri kollha jiġu obbligati jirrapportaw dejta addizzjonali ta’ kull xahar dwar flus kontanti u tabelli dettaljati ta’ rikonċiljazzjoni, dan iżid bla bżonn il-piż ta’ rapportaġġ, b’mod speċjali peress li r-rikonċiljazzjoni bejn id-dejta dwar il-flus kontanti u d-dejta bbażata fuq ESA 95 mhijiex sempliċi. Peress li l-Artikolu 3(2) la jispeċifika l-kontenut tad-dejta fiskali u lanqas ir-regoli ta’ valutazzjoni, il-piż ta’ rappurtar addizzjonali huwa sproporzjonat mal-valur miżjud għall-governanza Ewropea u saħansitra joħloq ir-riskju ta’ diverżjoni ta’ riżorsi mit-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea dwar is-settur tal-gvern ġenerali.

Emenda 13

Artikolu 4(1) tad-direttiva proposta

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ippjanar fiskali huwa bbażat fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku permezz tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti li jenfasizza fid-dettall id-devjazzjonijiet mix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jitħejja billi jitqies kif jixraq it-tbassir tal-Kummissjoni. Id-differenzi bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu spjegati.”

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ippjanar fiskali huwa bbażat fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku permezz tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti li jenfasizza fid-dettall id-devjazzjonijiet mix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jiġi mqabbel mat-tbassir tal-Kummissjoni. Id-differenzi bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu spjegati.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tnaqqas l-element ta’ inċertezza fl-obbligu li jittieħed f’kunsiderazzjoni t-tbassir tal-Kummissjoni.

Emenda 14

Artikolu 4(4) tad-direttiva proposta

“4.   L-Istati Membri għandhom ikollhom it-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali vverifikat b’mod regolari, inkluż evalwazzjoni ex post. Ir-riżultat ta’ din il-verifika għandu jsir pubbliku.”

“4.   L-Istati Membri għandhom ikollhom it-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali vverifikat b’mod regolari, inkluż evalwazzjoni ex post. Ir-riżultat ta’ din il-verifika indipendenti għandu jsir pubbliku.”

Spjegazzjoni

Il-verifika għandha ssir fuq bażi indipendenti.

Emenda 15

Artikolu 6 tad-direttiva proposta

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, ir-regoli fiskali numeriċi għandhom jinkludu speċifikazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni tal-miri u l-firxa tar-regoli;

(b)

kontroll effettiv u f’waqtu rigward il-konformità mar-regoli, pereżempju mill-uffiċċji tal-baġit nazzjonali indipendenti jew mill-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja;

(ċ)

il-konsegwenzi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità;

(d)

klawsoli ta’ ħruġ, li jistabbilixxu għadd limitat ta’ ċirkostanzi speċifiċi meta hija permessa nuqqas ta’ konformità temporanja mar-regola.”

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, ir-regoli fiskali numeriċi għandhom jinkludu speċifikazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni tal-miri u l-firxa tar-regoli;

(b)

kontroll effettiv u f’waqtu rigward il-konformità mar-regoli, pereżempju mill-uffiċċji tal-baġit nazzjonali indipendenti jew mill-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja;

(ċ)

il-konsegwenzi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jinvolvu spiża politika u finanzjarja ċara għall-awtoritajiet responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità fosthom l-impożizzjoni ta’ fidi f’waqtu ta’ dejn addizzjonali li jkun sar;

(d)

klawsoli ta’ ħruġ, jekk ikun hemm, li jistabbilixxu għadd limitat ta’ ċirkostanzi speċifiċi meta huwa permess nuqqas ta’ konformità temporanju mar-regola.”

Spjegazzjoni

Il-kredibbiltà tal-qafas fiskali tiżdied jekk konsegwenzi espliċiti għan-nuqqas ta’ konformità, inklużi kemm l-ispejjeż mhux finanzjarji kif ukoll dawk finanzjarji, jiġu identifikati fid-Direttiva u b’hekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-klawsoli ta’ ħruġ m’għandhomx ikunu rekwiżit; fejn ikunu speċifikati, għandhom ikunu limitati fl-ambitu u fit-tul ta’ żmien. Il-fidi ta’ dejn addizzjonali għandu jkun strument obbligatorju, minbarra kwalunkwe konsegwenza oħra.

Emenda 16

Artikolu 8(2)(a) tad-direttiva proposta

“(a)

objettivi baġitarji multiannwali komprensivi u trasparenti fir-rigward tal-iżbilanċ, id-dejn u ta’ kwalunkwe indikatur fiskali sommarju ieħor tal-amministrazzjoni pubblika biex ikun żgurat li dawn huma konsistenti ma’ kwalunkwe regoli fiskali fis-seħħ kif previsti fil-Kapitolu IV,”

“(a)

objettivi baġitarji multiannwali komprensivi u trasparenti fir-rigward tal-iżbilanċ, id-dejn, in-nefqa u ta’ kwalunkwe indikatur fiskali sommarju ieħor tal-amministrazzjoni pubblika biex ikun żgurat li dawn huma konsistenti ma’ kwalunkwe regoli fiskali fis-seħħ kif previsti fil-Kapitolu IV,”

Spjegazzjoni

Peress li l-iżviluppi fin-nefqa ser jiġu evalwati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1466/97 kif emendat, in-nefqa għandha tissemma espliċitament bħala objettiv baġitarju fil-livell nazzjonali.

Emenda 17

Artikolu 12(1) tad-direttiva proposta

“1.   Is-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali għandhom ikunu koperti minn regoli fiskali numeriċi.”

“1.   Regoli fiskali numeriċi għandhom jiġu mfassla u implimentati sabiex jiġi żgurat li miri fiskali jkopru s-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali u huma konformi mal-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tikkjarifika li r-regoli fiskali numeriċi għandhom ikopru s-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali u għandhom ikunu konformi mal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir.

Emenda 18

Kapitolu VIA ġdid “Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro”

Artikolu 13b ġdid tad-direttiva proposta

L-ebda test

1.   Minbarra l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għalihom, l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jistabbilixxu fl-oqfsa baġitarji tagħhom kunsill fiskali indipendenti li l-kompitu tiegħu huwa li jipprovdi monitoraġġ, analiżi, evalwazzjonijiet u tbassir indipendenti fl-oqsma kollha tal-politika fiskali domestika li jista’ jkollhom impatt fuq il-konformità mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u minn kull leġiżlazzjoni u miżuri adottati taħt kwalunkwe minn dawn l-Artikoli jew taħt l-Artikolu 136 tat-Trattat.

Għandhom jagħtu konsiderazzjoni debita lill-applikazzjoni ta’ approċċ minn fuq għal isfel, li jfisser approċċ baġitarju li jibda minn ftehim dwar il-livell totali ta’ infiq li mbagħad jiġi allokat f’assenzjazzjonijiet tal-infiq għal ministeri jew aġenziji tal-gvern differenti u b’hekk jappoġġja l-aderenza ma’ limiti tal-infiq.

2.   Minbarra l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għalihom, l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jistgħu jinkorporaw ukoll kwalunkwe wieħed mill-elementi msemmija hawn fuq, jew kollha kemm huma, fl-oqfsa baġitarji tagħhom, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ kunsilli fiskali indipendenti, fuq bażi volontarja.

Spjegazzjoni

Minbarra r-rekwiżiti minimi għal oqfsa baġitarji nazzjonali, l-elementi li ġew ikkunsidrati bħala mixtieqa fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2010 u fir-Rapport tat-Task Force għandhom isiru obbligatorji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, u għandu jkun hemm referenza espliċita għall-possibbiltà għal Stati Membri li mhux qegħdin fiż-żona tal-euro biex jinkorporaw ukoll dawk l-elementi mixtieqa.

Emenda 19

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tad-direttiva proposta

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Minn hemm ’l quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.”

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012. Minn hemm ’l quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.”

Spjegazzjoni

Peress li l-proċeduri nazzjonali għall-approvazzjoni tal-MES għandhom jitlestew sal-1 ta’ Jannar 2013, din id-Direttiva għandha tiġi implimentata sa dik id-data.


Proposti għall-abbozzar rigward il-proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

(KUMM(2010) 524)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (3)

Emenda 1

Premessa 5

“(5)

Sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għandhom jipprovdu inċentivi għal tfassil politiku fiskali prudenti. Tfassil politiku ta' dan it-tip għandu jiżgura li r-rata ta' tkabbir tal-infiq mill-gvern normalment ma teċċedix rata ta' tkabbir prudenti tal-prodott gross domestiku (PGD), sakemm l-eċċess ma jitpaċiex b'żiediet fid-dħul tal-gvern jew tnaqqis diskrezzjonarju fid-dħul jiġi kkumpensat minn tnaqqis fl-infiq.”

“(5)

Sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għandhom jipprovdu inċentivi għal aderenza mal-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv għal żmien medju. ”

Spjegazzjoni

Referenza ċara għall-perkors tal-aġġustament lejn l-objettiv fuq żmien medju hija preferibbli minn referenza għal tfassil politiku fiskali prudenti.

Emenda 2

Premessa 11 tar-regolament propost

“(11)

Għandu jkun hemm il-possibilità għall-Kunsill li jnaqqas jew iħassar is-sanzjonijiet imposti fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tipproponi li jitnaqqas id-daqs ta' sanzjoni jew li titħassar għal kollox fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali.”

Spjegazzjoni

Kif huwa indikat fil-paragrafu 10 ta’ din l-opinjoni, il-BĊE jirrakkomanda li jitħassru dawn ir-restrizzjonijiet ta’ awtomatiċità.

Emenda 3

Premessa 12 tar-regolament propost

“(12)

Id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi rilaxxat wara korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv filwaqt li l-interessi fuq dawn id-depożiti u l-multi miġbura għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li ma għandhomx defiċit eċċessiv u li lanqas mhuma suġġetti għal proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.”

“(12)

Id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi rilaxxat wara korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv filwaqt li l-interessi fuq dawn id-depożiti u l-multi miġbura għandhom jitreġġgħu lura lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità

Spjegazzjoni

Ara l-emenda proposta għall-Artikolu 7 hawn isfel.

Emenda 4

Artikolu 3(1) u (4) tar-regolament propost

“1.

Jekk il-Kunsill jindirizza rakkomandazzjoni lil Stat Membru skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat biex jittieħdu l-miżuri ta' aġġustament neċessarji fil-każ ta' devjazzjonijiet sinifikanti persistenti u partikolarment serji minn tfassil politiku fiskali prudenti kif stipulat fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, it-tqegħid ta' depożitu li jħalli l-interessi għandu jiġi impost mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni. Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jiċħad il-proposta fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda l-proposta skont l-Artikolu 293(1) tat-Trattat.

[…]

4.

B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni, wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tista' tipproponi li jitnaqqas l-ammont tad-depożitu li jħalli l-interessi jew li tħassru.”

“1.

Jekk il-Kunsill jindirizza rakkomandazzjoni lil Stat Membru skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat biex jittieħdu l-miżuri ta' aġġustament neċessarji fil-każ ta' devjazzjonijiet sinifikanti osservati mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv għal żmien medju kif stipulat fl-Artikolu 6(23) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, it-tqegħid ta' depożitu li jħalli l-interessi għandu jiġi impost mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni. Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jiċħad il-proposta fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda l-proposta skont l-Artikolu 293(1) tat-Trattat.

[…]

Spjegazzjoni

Il-BĊE jirrakkomanda li l-kunċetti astratti jiġu ssostitwiti b’kunċetti li jistgħu jiġu mkejla b’mod ċar.

Il-BĊE jirrakkomanda li jitħassru l-passi addizzjonali fil-proċedura, liema passi ta’ reviżjoni diġà ttieħdu wara diskussjoni suffiċjenti, peress li jillimitaw il-grad ta’ awtomatiċità.

Emenda 5

Artikolu 4(4) tar-regolament propost

“4.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, tista' tipproponi li jitnaqqas l-ammont tad-depożitu li ma jħallix interessi jew li tħassru.”

“   ”

Spjegazzjoni

Il-BĊE qed jipproponi li jitħassar dan il-paragrafu peress li jnaqqas l-awtomatiċità.

Emenda 6

Artikolu 5(4) tar-regolament propost

“4.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) tat-Trattat, tista' tipproponi li jitħassar jew jitnaqqas l-ammont tal-multa.”

“   ”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda preċedenti.

Emenda 7

Artikolu 7 tar-regolament propost

“L-imgħax li taqla' l-Kummissjoni fuq id-depożiti li jkunu tħallsu skont l-Artikolu 4 u l-multi miġbura skont l-Artikolu 5 għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jitqassmu, b'mod proporzjonali ma' sehemhom mid-dħul nazzjonali gross tal-Istati Membri eliġibbli, fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li ma għandhomx defiċit eċċessiv kif iddeterminat skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat u li mhumiex is-suġġett ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […/…].”

“L-imgħax li taqla' l-Kummissjoni fuq id-depożiti li jkunu tħallsu skont l-Artikolu 4 u l-multi miġbura skont l-Artikolu 5 għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jitreġġgħu lura lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità.

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni dwar l-emenda 6 għall-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97.


Proposti għall-abbozzar rigward il-proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

(KUMM(2010) 525)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (4)

Emenda 1

Premessa (6a) ġdida tar-regolament propost

L-ebda test

(6a)

Għandha tiġi introdotta gradazzjoni tas-sanzjonijiet li permezz tagħha l-Kunsill ikun diġà jista’ jimponi depożitu li jħalli l-interessi wara nuqqas ta’ konformità mal-iskadenza relevanti imposta mill-Kunsill, bil-għan li tiġi imposta multa wara n-nuqqas ta’ konformità ma’ żewġ skadenzi relevanti.

Spjegazzjoni

L-impożizzjoni ta’ depożitu li jħalli l-interessi wara l-ewwel nuqqas ta’ konformità relevanti mill-Istat Membru għandha tiffaċilita l-impożizzjoni ta’ multi meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità ripetut mal-iskadenzi relevanti.

Emenda 2

Premessa (12) tar-regolament propost

“(12)

Il-multi miġbura għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li la huma s-suġġett ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv u li lanqas għandhom żbilanċ eċċessiv.”

“(12)

Il-multi miġbura għandhom jitreġġgħu lura lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni dwar l-emenda 6 għall-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97.

Emenda 3

Artikolu 1(1) tar-regolament propost

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' multi għal korrezzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro.”

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' sanzjonijiet għal korrezzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro.”

Spjegazzjoni

Sabiex ikopri mhux biss il-multi iżda wkoll depożiti li jħallu l-interessi, ir-regolament propost għandu jirreferi għal sistema ta’ sanzjonijiet.

Emenda 4

Artikolu 2 tar-regolament propost

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru […/…].

Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

‘ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali’ tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta' defiċit tal-gvern fuq il-valur ta' referenza jitqies eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-Trattat kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (5).

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru […/…].

 (6).

Spjegazzjoni

Ara s-suġġerimenti fl-emenda 5 rigward l-Artikolu 3 tar-regolament propost u l-ispjegazzjoni. Minħabba l-emendi proposti għall-Artikolu 3, m’hemm ebda ħtieġa għal definizzjoni ta’ “ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali”.

Emenda 5

Artikolu 3 tar-regolament propost

“1.   Għandha tiġi imposta multa annwali mill-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk:

(1)

żewġ skadenzi suċċessivi jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 7(2) u 10(4) tar-Regolament (UE) Nru […/…], u l-Kunsill jikkonkludi wara dawn skont l-Artikolu 10(4) ta' dan ir-Regolament li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, jew jekk

(2)

żewġ skadenzi suċċessivi jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 8(1) u 8(2) tar-Regolament (UE) Nru […/…], u l-Kunsill jikkonkludi wara dawn skont l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament li l-Istat Membru kkonċernat reġa' għal darb'oħra ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva insuffiċjenti.

Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta sa 10 ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Il-Kunsill jista' jemenda l-proposta skont l-Artikolu 293(1) tat-Trattat.

2.   Il-multa annwali li għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni għandha tkun ta' 0,1 % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena ta' qabel.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', minħabba raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tipproponi li tnaqqas l-ammont tal-multa jew li tħassarha.

4.   Jekk Stat Membru jkun ħallas multa annwali għal sena kalendarja partikolari u l-Kunsill wara dan jikkonkludi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru […/…] li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata matul dik is-sena partikolari, il-multa mħallsa għas-sena partikolari għandha tingħata lura lill-Istat Membru pro rata temporis.”

“1.   Għandu jiġi impost depożitu li jħalli interessi mill-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk:

(1)

tkun ġiet stabbilita skadenza skont l-Artikoli 7(2) jew 10(4) tar-Regolament (UE) Nru […/…], u l-Kunsill jikkonkludi wara dawn skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, jew jekk

(2)

tkun ġiet stabbilita skadenza suċċessivi skont l-Artikoli 8(1) jew 8(2) tar-Regolament (UE) Nru […/…], u l-Kunsill jikkonkludi wara dawn skont l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament li l-Istat Membru kkonċernat reġa' għal darb'oħra ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva insuffiċjenti.

Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta sa 10 ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Il-Kunsill jista' jemenda l-proposta skont l-Artikolu 293(1) tat-Trattat.

2.   Id-depożitu li jħalli interessi li għandu jiġi propost mill-Kummissjoni għandu jkun ta' 0.2 % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena ta' qabel.

   

4.   Jekk Stat Membru jkun ikkostitwixxa depożitu li jħalli interessi għal sena kalendarja partikolari u l-Kunsill wara dan jikkonkludi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru […/…] li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata matul dik is-sena partikolari, id-depożitu mħallas għas-sena partikolari għandu jingħata lura lill-Istat Membru .

5.   Għandha tiġi imposta multa annwali mill-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk:

(1)

żewġ skadenzi suċċessivi jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 7(2) u 10(4) tar-Regolament (UE) Nru […/…], u l-Kunsill jikkonkludi wara dawn skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata; jew jekk

(2)

żewġ skadenzi suċċessivi jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikoli 8(1) u 8(2) tar-Regolament (UE) Nru […/…], u l-Kunsill jikkonkludi wara dawn skont l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament li l-Istat Membru kkonċernat reġa' għal darb'oħra ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva insuffiċjenti.

6.   Jekk Stat Membru jkun ħallas multa annwali għal sena kalendarja partikolari u l-Kunsill wara dan jikkonkludi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru […/…] li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata matul dik is-sena partikolari, il-multa mħallsa għas-sena partikolari għandha tingħata lura lill-Istat Membru pro rata temporis.

7.   Il-multa annwali għandha tkun ta’ 0,2 % tal-PGD tal-Istat Membru fis-sena preċedenti.

Spjegazzjoni

Il-BĊE jirrakkomanda li skadenza waħda għandha tkun biżżejjed għall-impożizzjoni tad-depożitu, li għandha tippermetti għal reġim ta’ sanzjonijiet aktar gradat, peress li l-multi jistgħu mbagħad jiġu imposti fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità ripetut. Barra minn hekk, il-BĊE jipproponi li jitħassru passi ta’ reviżjoni li jtawlu l-proċedura u jnaqqsu l-awtomatiċità.

Emenda 6

Artikolu 4 tar-regolament propost

“Il-multi miġbura skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jitqassmu, fi proporzjon mas-sehem tagħhom fid-dħul nazzjonali gross totali (DNG) tal-Istati Membri eliġibbli, bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li mhumiex is-suġġett ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […/…] u li ma għandhomx defiċit eċċessiv kif determinat skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat.”

“Il-multi miġbura skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jitreġġgħu lura lill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni dwar l-emenda 6 għall-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97.


Proposti għall-abbozzar rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika

(KUMM(2010) 526)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (7)

Emenda 1

Premessa 7

“(7)

L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien jeħtieġ li jitpoġġa fis-seħħ, permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji tat-tfassil ta’ politika fiskali prudenti.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE ma jarax il-bżonn li juża l-kunċett ta’ tfassil ta’ politika fiskali prudenti.

Emenda 2

Premessa 9 tar-regolament propost

“(9)

It-twettiq ta' politika fiskali prudenti jimplika li r-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment ma taqbiżx rata prudenti ta’ tkabbir tal-PDG fuq perjodu medju ta' żmien, li żidiet akbar minn dik in-norma jkunu korrisposti b’żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul ikun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq.”

“(9)

Progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal żmien medju għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tan-nefqa netta minn miżuri ta’ dħul diskrezzjonali. F’dan ir-rigward, u kemm-il darba jinkiseb l-objettiv għal żmien medju ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment m’għandux jaqbeż rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PDG fuq perjodu medju ta' żmien, waqt li żidiet fin-nefqa akbar minn dik in-norma għandhom ikunu korrisposti b’żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul għandu jkun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq. Ir-rata proġettata ta’ tkabbir potenzjali tal-PDG għal żmien medju għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija komuni użata mill-Kummissjoni. L-impatt tal-istruttura tat-tkabbir fuq iż-żieda fid-dħul għandu jitqies bħala mezz biex tiġi evitata dipendenza fuq żieda fid-dħul li tkun tiddependi fuq ċerta struttura tat-tkabbir fl-Istat Membru li tista’ tkun soġġetta għal bidla.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jirrakkomanda li jintużaw kriterji ċari minflok kunċetti astratti. L-istruttura tat-tkabbir jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq iż-żieda fid-dħul tal-gvern, li għandu jiġi kkunsidrat fir-regola.

Emenda 3

Premessa 10 tar-regolament propost

“(10)

Għandha tiġi permessa devjazzjoni temporanja mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju u ġenerali sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku.”

Spjegazzjoni

Fid-dawl tal-importanza suprema tas-sostenibbiltà fiskali, il-BĊE jirrakkomanda li titħassar din il-klawsola ta’ ħruġ miftuħa.

Emenda 4

Premessa 11 tar-regolament propost

“(11)

F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-politika fiskali prudenti, għandha tiġi indirizzata twissija lill-Istat Membru konċernat u jekk id-devjazzjoni sinifikanti tippersisti jew tkun partikolarment serja, għandha tiġi indirizzata rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex dan jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji.”

“(11)

F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv għal żmien medju, il-Kummissjoni tista’ titlob rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru u għandha tiġi indirizzata twissija lill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi indirizzata rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Istat Membru konċernat fejn tiġi ffissata skadenza sabiex dan jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni xierqa fl-iskadenza ffissata mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjoni u jirrapporta lill-Kunsill Ewropew.

Spjegazzjoni

Ir-rappurtar ipprovdut fl-emenda proposta għandu jżid il-pressjoni fuq Stati Membri li ma jikkonformawx.

Emenda 5

Premessa (11a) ġdida tar-regolament propost

L-ebda test

(11a)

Korp ta’ konsulenza ta’ persuni b’kompetenza rikonoxxuta fi kwistjonijiet ekonomiċi u fiskali għandu jiġi stabbilit sabiex ikunu jistgħu jipprovdu, fuq bażi annwali, rapport indipendenti indirizzat lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar il-mod kif il-Kummissjoni u l-Kunsill wettqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u taħt ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, [taħt ir-Regolament (KE) Nru 1467/97, u taħt dawn ir-Regolamenti: Regolament (UE) Nru […/…] dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro; Regolament (UE) Nru […/…] dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro; Regolament (UE) Nru […/…] dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi]. Fejn tippermetti l-kapaċità ta’ dan il-korp u wara talba mill-Kummissjoni, il-Kunsill jew il-Kunsill Ewropew, dan il-korp għandu jipprovdi wkoll analiżi dwar kwistjonijiet ekonomiċi jew baġitarji speċifiċi. Dan il-korp m’għandux jidħol fuq il-kompetenza tal-Kummissjoni. Il-Membri ta’ dan il-korp ta’ konsulenza għandhom ikunu totalment indipendenti.

Spjegazzjoni

Il-BĊE jikkunsidra li dan il-korp ta’ konsulenza għandu jikkontribwixxi għall-konformità mill-Kunsill u l-Kummissjoni mal-obbligi tagħhom taħt it-Trattat u taħt il-proċeduri indirizzati fil-proposti tal-Kummissjoni. Għandu jiġi stabbilit minn dan ir-Regolament u r-regolamenti l-oħrajn indirizzati fil-proposti tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontroreferenzi għalih. Mingħajr preġudizzju għall-kompitu ewlieni tiegħu u jekk ir-riżorsi tiegħu jippermettu, tista’ tintalab analiżi speċifika mingħandu mill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni Ewropea. Għandha tiżdied kjarifika li l-kompiti ta’ dan il-korp ma jidħlux fuq il-kompetenzi tal-Kummissjoni.

Emenda 6

Premessa 12 tar-regolament propost

“(12)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat għall-każijiet fejn tkun prevalenti devjazzjoni persistenti u sinifikanti mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti.”

“(12)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat għall-każijiet fejn tkun prevalenti devjazzjoni persistenti u sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju għal żmien medju.”

Spjegazzjoni

Referenza ċara għal devjazzjoni sinifikanti mill-perkors tal-aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq żmien medju hija preferibbli mill-kunċett aktar wiesa’ ta’ tfassil politiku fiskali prudenti.

Emenda 7

Artikolu 1(2)(ċ) tar-regolament propost

(Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97)

“3.   L-informazzjoni dwar il-perkorsi għall-proporzjon ġenerali tal-bilanċ u d-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi ewlenin imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta’ qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta’ wara.”

“3.   L-informazzjoni dwar il-perkorsi għall-proporzjon ġenerali tal-bilanċ u d-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, ikkwantifikati b’mod xieraq, u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi ewlenin imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta’ qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta’ wara.”

Spjegazzjoni

Hemm bżonn ta’ rekwiżit ta’ kwantifikazzjoni aktar strett fir-rigward tal-miżuri ta' dħul diskrezzjonali.

Emenda 8

Artikolu 1(4) tar-regolament propost

(Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97)

“1.   […]

Meta jivvaluta l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-Istat Membru konċernat huwiex jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta' żmien, b’0.5% tal-PDG bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri li jkollhom livell għoli ta’ dejn jew żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi jew it-tnejn, il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0.5% tal-PDG. Il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ikunx qed isir sforz ta’ aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena.

[…]

It-tkabbir prudenti fuq perjodu medju ta' żmien għandu jiġi vvalutat abbażi tal-projezzjonijiet għal perjodu ta' għaxar snin aġġornati f'intervalli regolari.

[…]

Barra minn hekk il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ stabbiltà jiffaċilitax il-kisba ta’ konverġenza sostenuta fiż-żona euro, u koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

F’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament implikat mit-twettiq tal-politika fiskali prudenti msemmija fir-raba’ subparagrafu.”

“1.   […]

Meta jivvaluta l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-Istat Membru konċernat huwiex jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta' żmien, b’0.5% tal-PDG bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri b’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: (i) livell ta’ dejn tal-gvern li jaqbeż is-60% tal-valur ta’ referenza tal-PDG; (ii) b’riskji ppronunzjati f’termini ta’ sostenibbiltà fiskali; (iii) żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla b’mod sinifikanti minn 0.5% tal-PGD. Il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ikunx qed isir sforz ta’ aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. L-impatt tal-istruttura ta’ tkabbir fuq iż-żieda fid-dħul għandu jiġi kkunsidrat.

[…]

Ir-rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali fil-PDG fuq perjodu medju ta' żmien għandu jiġi vvalutat abbażi tal-projezzjonijiet għal perjodu ta' għaxar snin aġġornati f'intervalli regolari.

[…]

Barra minn hekk il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ stabbiltà jiffaċilitax iż-żammata’ konverġenza sostenuta fiż-żona euro, u koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

Spjegazzjoni

Minbarra r-rimarki tekniċi li jinftiehmu weħidhom, il-possibbiltà ta’ devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament fuq il-bażi ta’ “tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali”, tfisser li l-perkors ta’ aġġustament, li huwa diġà bbażat fuq il-kunċett astratt ta’ “twettiq tal-politika fiskali prudenti” jkun soġġett għal klawsola ta’ ħruġ addizzjonali, li tippreġudika s-sostenibbiltà fiskali.

Emenda 9

Artikolu 1(5) tar-regolament propost

(Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97)

“2.   F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Devjazzjoni mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti għandha titqies bħala sinifikanti jekk iseħħu l-kundizzjonijiet li ġejjin: eċċess fit-tkabbir fl-infiq konsistenti ma’ twettiq ta' politika fiskali prudenti, mhux paċut b’miżuri diskrezzjonali li jżidu d-dħul; jew miżuri diskrezzjonali li jnaqqsu d-dħul mhux paċuti bi tnaqqis fl-infiq; u d-devjazzjoni jkollha impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.5% tal-PDG f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0.25 % tal-PDG bħala medja kull sena f’sentejn konsekuttivi.

[…]

3.   F’każ li d-devjazzjoni sinifikanti mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti tippersisti jew tkun partikolarment serja, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex jieħu l-miżuri ta’ aġġustament neċessarji. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.”

[l-ordni tal-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) hija maqluba]

“2.   Devjazzjoni osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv għal żmien medju għandha titqies bħala sinifikanti jekk iseħħu l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) it-titjib annwali tal-bilanċ strutturali ma jissodisfax ir-rekwiżit taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) jew (b) eċċess tattkabbir fl-infiq ’il fuq mir-rata ta’ referenza għal żmien medju tat-tkabbir potenzjali fil-PDG, mhux paċut b’miżuri diskrezzjonali li jżidu d-dħul; jew miżuri diskrezzjonali li jnaqqsu d-dħul mhux paċuti bi tnaqqis fl-infiq; u d-devjazzjoni jkollha impatt totali negattiv fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.25 % tal-PDG f’sena waħdaPDG. L-impatt tal-istruttura ta’ tkabbir fuq iż-żieda fid-dħul għandu jiġi kkunsidrat.

F’każ ta’ devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju għal żmien medju msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, , il-Kummissjoni tista’ titlob rappurtar addizzjonali mingħand l-Istat Membru kkonċernat u tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija mill-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjoni għal miżuri ta’ politika li jiffissaw skadenza biex tiġi indirizzata d-devjazzjoni, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Fi ħdan l-iskadenza ffissata mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 121(4) tat-Trattat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b’risposta għal dik ir-rakkomandazzjoni.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni xierqa fi żmien ħames xhur mid-data tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni mill-Kunsill taħt l-Artikolu 121(4) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jadotta immedjatament rakkomandazzjoni, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-Trattat, u għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew. Wara l-adozzjoni ta’ din l-aħħar rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhirlha li dan huwa xieraq, tista’ twettaq missjoni ta’ monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-missjoni u tista’ tiddeċiedi li tippubblika l-konstatazzjonijiet tagħha.

L-iskadenza ta’ ħames xhur għandha titnaqqas għal tlieta jekk il-Kummissjoni fir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill li għaliha ssir referenza fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu preżenti, tikkunsidra li s-sitwazzjoni hija partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti.

[…]

   ”

Spjegazzjoni

Il-proċedura għandha tinbidel totalment u għandhom jiġu introdotti passi ġodda sabiex il-proċedura ssir aktar effettiva, inkluża l-possibbiltà ta' missjonijiet.

Emenda 10

Artikolu 1(8) tar-regolament propost

(Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97)

“1.   […]

Meta jivvaluta l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu qasir ta' żmien, il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ikunx qed isir sforz akbar ta’ aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajbin, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. Għall-Istati Membri li jkollhom livell għoli ta’ dejn jew żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi jew it-tnejn, il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0.5% tal-PGD. Għall-Istati Membri ERM2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-Istat Membru konċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b’mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta' żmien, b’0.5% tal-PDG bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji.

[…]

It-tkabbir prudenti fuq perjodu medju ta' żmien għandu jiġi vvalutat abbażi tal-projezzjonijiet għal perjodu ta' għaxar snin aġġornati f'intervalli regolari.

[…]

Barra minn hekk il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiffaċilitax il-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru konċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri EMR2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (EMR)

F’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament implikat mit-twettiq tal-politika fiskali prudenti msemmija fir-raba’ subparagrafu.”

“1.   […]

Meta jivvaluta l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu qasir ta' żmien, il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ikunx qed isir sforz akbar ta’ aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajbin, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. Għall-Istati Membri li jkollhom livell ta’ dejn tal-gvern li jaqbeż is-60 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD jew b’riskji ppronunċjati f’termini ta’ sostenibbiltà fiskali il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla b’mod sinifikanti minn 0.5 % tal-PGD. Għall-Istati Membri ERM2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-Istat Membru konċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b’mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta' żmien, b’0.5 % tal-PDG bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. L-impatt tal-istruttura ta’ tkabbir fuq iż-żieda fid-dħul għandu jiġi kkunsidrat.

[…]

Il- perjodu medju ta' żmien ta’ referenza tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandu jiġi vvalutat abbażi tal-projezzjonijiet għal perjodu ta' għaxar snin aġġornati f'intervalli regolari.

[…]

Barra minn hekk il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiffaċilitax il-kisba ta’ konverġenza sostnuta, il-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru konċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri EMR2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (EMR)

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjonijiet għall-emendi proposti preċedenti għal dan ir-regolament propost.

Emenda 11

Artikolu 1(9) tar-regolament propost

(Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97)

“2.   […]

Devjazzjoni mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti għandha titqies bħala sinifikanti jekk iseħħu l-kundizzjonijiet li ġejjin: eċċess fit-tkabbir fl-infiq konsistenti ma’ twettiq ta' politika fiskali prudenti, mhux paċut b’miżuri diskrezzjonali li jżidu d-dħul; jew miżuri diskrezzjonali li jnaqqsu d-dħul mhux paċuti bi tnaqqis fl-infiq; u d-devjazzjoni jkollha impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.5% tal-PDG f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0.25% tal-PDG bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin.

[…]

Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata f'każ ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju u ta' natura ġenerali.”

“2.   […]

Devjazzjoni osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju għal żmien medju għandha titqies bħala sinifikanti jekk iseħħu l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) it-titjib annwali tal-bilanċ strutturali ma jissodisfax ir-rekwiżit taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) jew (b) eċċess tat-tkabbir fl-infiq ’il fuq mir-rata ta’ referenza għal żmien medju tat-tkabbir potenzjali fil-PDG, mhux paċut b’miżuri diskrezzjonali li jżidu d-dħul; jew miżuri diskrezzjonali li jnaqqsu d-dħul mhux paċuti bi tnaqqis fl-infiq; u d-devjazzjoni jkollha impatt totali negattiv fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.25 % tal-PDG f’sena waħdaPDG. L-impatt tal-istruttura ta’ tkabbir fuq iż-żieda fid-dħul għandu jiġi kkunsidrat.

[…]

F’każ ta’ devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju għal żmien medju msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob rapportaġġ addizzjonali mingħand l-Istat Membru kkonċernat u tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija mill-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjoni għal miżuri ta’ politika li jiffissaw skadenza biex tiġi indirizzata d-devjazzjoni, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Fi ħdan l-iskadenza ffissata mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 121(4) tat-Trattat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b’risposta għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni xierqa fi żmien ħames xhur mid-data tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni mill-Kunsill taħt l-Artikolu 121(4) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jadotta immedjatament rakkomandazzjoni, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-Trattat, u għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew. Wara l-adozzjoni ta’ din l-aħħar rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhirlha li dan huwa xieraq għal Stati Membri li jipparteċipaw fl-ERM2, tista’ twettaq missjoni ta’ monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-missjoni u tista’ tiddeċiedi li tippubblika l-konstatazzjonijiet tagħha.

L-iskadenza ta’ ħames xhur għandha titnaqqas għal tlieta jekk il-Kummissjoni fir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill li għaliha ssir referenza fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu preżenti, tikkunsidra li s-sitwazzjoni hija partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tikkjarifika d-devjazzjoni u tippreżenta l-passi tal-proċedura.

Emenda 12

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 – paragrafu 2 ġdid

L-ebda test

“2.   Għandu jiġi stabbilit korp ta’ konsulenza ta’ persuni b’kompetenza rikonoxxuta fi kwistjonijiet ekonomiċi u fiskali.

Għandu jipprovdi rapport pubbliku annwali dwar il-mod kif il-Kummissjoni u l-Kunsill wettqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u taħt ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, taħt ir-Regolament (KE) Nru 1467/97, u taħt dawn ir-Regolamenti: Regolament (UE) Nru […/…] dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro; Regolament (UE) Nru […/…] dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro; Regolament (UE) Nru […/…] dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

Wara t-talba mill-Kummissjoni, il-Kunsill jew il-Kunsill Ewropew, dan il-korp ta’ konsulenza għandu jipprovdi wkoll analiżi dwar kwistjonijiet ekonomiċi jew baġitarji speċifiċi. Il-Membri ta’ dan il-korp ta’ konsulenza għandhom ikunu indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 5 iktar ’il fuq f'relazzjoni mal-premessa 11a ġdida proposta.


Proposti għall-abbozzar fir-rigward tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

(KUMM(2010) 527)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (8)

Emenda 1

Premessa 3 tar-regolament propost

“(3)

B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza biex tevita żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u tgħin lill-Istati Membri affettwati jwettqu l-pjanijiet korrettivi qabel id-diverġenzi jippersistu. Dan it-twessigħ tal-qafas tas-sorveljanza ekonomika għandu jimxi flimkien mat-tisħiħ tas-sorveljanza fiskali.”

“(3)

B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza biex tevita żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi kif ukoll vulnerabbiltajiet u tgħin lill-Istati Membri affettwati jwettqu l-pjanijiet korrettivi qabel id-diverġenzi jippersistu. Dan it-twessigħ tal-qafas tas-sorveljanza ekonomika għandu jimxi flimkien mat-tisħiħ tas-sorveljanza fiskali.”

Spjegazzjoni

In-natura preventiva tal-proċedura tiġi mseddqa permezz tal-inklużjoni tal-espressjoni “vulnerabbiltajiet” minbarra dik ta' “żbilanċi”, peress li ser ikun hemm numru ta' sitwazzjonijiet li governanza makroekonomika soda ser ikollha bżonn tkopri fi ħdan din il-proċedura iżda li tista' ma taqax totalment fi ħdan il-mod kif jinftiehem preżentament it-terminu “żbilanċi”.

Emenda 2

Premessa 4 tar-regolament propost

“(4)

Biex ikunu indirizzati tali żbilanċi, hemm bżonn li tkun stipulata proċedura fid-dettall fil-leġiżlazzjoni.”

“(4)

Biex ikunu indirizzati tali żbilanċi u vulnerabbiltajiet, hemm bżonn li tkun stipulata proċedura fid-dettall fil-leġiżlazzjoni.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 3

Premessa 5 tar-regolament propost

“(5)

Huwa xieraq li s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-Trattat tkun supplimentata b'regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi.”

“(5)

Huwa xieraq li s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-Trattat tkun supplimentata b'regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. L-iżbilanċi makroekonomiċi huma preżenti fejn Stat Membru jesperjenza sitwazzjonijiet bħal żbilanċi kbar fil-kont kurrenti, telf sinifikanti tal-kompetittività, żidied kbar u mhux tas-soltu fil-prezzijiet tal-assi, livelli għoljin jew deterjorament sinifikanti fl-istat ta' dejn estern, tas-settur pubbliku jew settur privat jew riskju sinifikanti li dan iseħħ. Vulnerabbiltajiet makroekonomiċi huma preżenti meta Stat Membru jesperjenza sitwazzjoni li sorveljanza makroekonomika soda tal-unjoni ekonomika u monetarja għandha tkopri b’mod raġonevoli.

Spjegazzjoni

Il-premessa proposta għandha tgħin sabiex tiġi kkjarifikata d-definizzjoni tas-sitwazzjonijiet li għandhom jiġu koperti mill-proċedura.

Emenda 4

Premessa 6 tar-regolament propost

“(6)

Il-proċedura għandha sserraħ fuq mekkaniżmu ta' twissija għal detezzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' tabella ta' valutazzjoni indikattiva u trasparenti kkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku.”

“(6)

Il-proċedura għandha sserraħ fuq mekkaniżmu ta' twissija għal detezzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-vulnerabbiltajiet li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' tabella ta' valutazzjoni indikattiva u trasparenti kkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 5

Premessa 7 tar-regolament propost

“(7)

It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun magħmula minn sett limitat ta' indikaturi ekonomiċi u finanzjarji relevanti għad-detezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi bil-limiti indikattivi li jikkorrispondu. Il-kompożizzjoni tat-tabella tista' tevolvi matul iż-żmien, inter alia minħabba theddid lill-istabbiltà makroekonomika li jevolvi jew minħabba l-avvanzi fid-disponibbiltà ta' statistika relevanti.”

“(7)

It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun magħmula minn sett limitat ta' indikaturi ekonomiċi u finanzjarji relevanti għad-detezzjoni tal-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi bil-limiti indikattivi li jikkorrispondu. Il-kompożizzjoni tat-tabella tista' tevolvi matul iż-żmien, inter alia minħabba theddid lill-istabbiltà makroekonomika li jevolvi jew minħabba l-avvanzi fid-disponibbiltà ta' statistika relevanti. It-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi għandha tkun differenzjata għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u għal Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni elementi speċifiċi tal-unjoni monetarja u jiġu riflessi ċirkustanzi ekonomiċi relevanti. Tali differenzjar jista’ jkun meħtieġ ukoll sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-każijiet li fihom l-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro jkollhom statistika aħjar jew aktar tempestiva.

Spjegazzjoni

Il-premessi għandhom jikkjarifikaw id-differenzjar bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro u Stati Membri li mhux qegħdin fiż-żona tal-euro b’konnessjoni ma’ din il-proċedura.

Emenda 6

Premessa 8 tar-regolament propost

“(8)

Il-qbiż ta' limitu indikattiv wieħed jew aktar m'għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw l-iżbilanċi makroekonomiċi peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjonijiet bejn il-varjanti makroekonomiċi. Il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha tal-informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta' valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f'perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva.”

“(8)

Il-qbiż ta' limitu indikattiv wieħed jew aktar m'għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw l-iżbilanċi u vulnerabbiltajiet makroekonomiċi peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjonijiet bejn il-varjanti makroekonomiċi. Il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha tal-informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta' valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f'perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 7

Premessa 9 tar-regolament propost

“(9)

Ibbażata fuq il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta' twissija, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tkopri analiżi fonda tas-sorsi tal-iżbilanċi fl-Istat Membru li qed ikun investigat. Għandha tkun diskussa fil-Kunsill u fil-Grupp tal-Euro għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro.”

“(9)

Ibbażata fuq il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta' twissija, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tkopri analiżi fonda tas-sorsi tal-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet fl-Istat Membru li qed ikun investigat. Għandha tinkludi missjoni ta’ sorveljanza mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhirlha li dan huwa xieraq meta dawk il-missjonijiet ikunu jirrigwardaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). Għandha tkun diskussa fil-Kunsill u fil-Grupp tal-Euro għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro.”

Spjegazzjoni

Minħabba l-importanza tagħhom, il-missjonijiet lejn l-Istati Membri għandhom jissemmew diġà fil-premessi.

Emenda 8

Premessa 10 tar-regolament propost

“(10)

Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi negattivi, b'elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodda ta' sorveljanza msaħħa bbażati fuq dawk użati fil-proċedura ta' sorveljanza multilaterali. Dawn jistgħu jinkludu missjonijiet ta' sorveljanza msaħħa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta' żbilanċi severi inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.”

“(10)

Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi u vulnerabbiltajiet makroekonomiċi negattivi, b'elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodda ta' sorveljanza msaħħa bbażati fuq dawk użati fil-proċedura ta' sorveljanza multilaterali. Dawn għandhom jinkludu missjonijiet ta' sorveljanza msaħħa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhrilha li dan ikun xieraq meta dawk il-missjonijiet ikunu jirrigwardaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta' żbilanċi jew vulnerabbiltajiet severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jew vulnerabbiltajiet li jistgħu jippreġudikawha.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta tirrifletti l-ħtieġa għall-Kummissjoni li tikkollabora mal-BĊE jekk jidhrilha li dan huwa xieraq.

Emenda 9

Premessa 11 tar-regolament propost

“(11)

Meta jiġu eżaminati l-iżbilanċi, għandha titqies s-severità tagħhom, il-grad li bih jistgħu jitqiesu mhux sostenibbli u l-effetti potenzjali negattivi ekonomiċi u finanzjarji lill-Istati Membri l-oħra. Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma' rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b'mod partikolari l-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.”

“(11)

Meta jiġu eżaminati l-iżbilanċi u vulnerabbiltajiet, għandha titqies s-severità tagħhom, il-grad li bih jistgħu jitqiesu mhux sostenibbli u l-effetti potenzjali negattivi ekonomiċi u finanzjarji lill-Istati Membri l-oħra. Minħabba l-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet u d-daqs tal-aġġustament meħtieġ, il-ħtieġa għal azzjoni ta' politika hija partikolarment urġenti fi Stati Membri li juru defiċits fil-kont kurrenti li huma persistentement kbar u telf kbir fil-kompetittività. Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma' rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b'mod partikolari l-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.”

Spjegazzjoni

Il-premessi għandhom jindikaw il-fokus tal-proċedura u d-daqs tal-isforzi li huma meħtieġa b’konnessjoni mal-konstatazzjonijiet tal-proċedura.

Emenda 10

Premessa 12 tar-regolament propost

“(12)

Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi, għandhom ikunu indirizzati rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat biex jagħti gwida dwar tweġibiet politiċi xierqa. Ir-rispons politiku tal-Istat Membru kkonċernat għall-iżbilanċi għandu jkun f'waqtu u għandu juża l-istrumenti politiċi kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jitfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u jkopri l-oqsma politiċi ekonomiċi ewlenin, u potenzjalment jinkludi l-politiki fiskali u tal-pagi, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju.”

“(12)

Jekk ikunu identifikati żbilanċi jew vulnerabbiltajiet makroekonomiċi, għandhom ikunu indirizzati rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat biex jagħti gwida dwar tweġibiet politiċi xierqa. Ir-rispons politiku tal-Istat Membru kkonċernat għall-iżbilanċi u vulnerabbiltajiet għandu jkun f'waqtu u għandu juża l-istrumenti politiċi kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jitfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u jkopri l-oqsma politiċi ekonomiċi ewlenin, u potenzjalment jinkludi l-politiki fiskali u tal-pagi, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 11

Premessa (12a) ġdida tar-regolament propost

L-ebda test

(12a)

Għandha tiġi żgurata konsistenza ma’ rakkomandazzjonijiet u impenji taħt kwalunkwe proċedura oħra stabbilita taħt l-Artikoli 121, 126 jew 136 tat-Trattat. Kull applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tieħu f'kunsiderazzjoni debitament l-impenji taħt ftehim tal-ERM II.

Spjegazzjoni

Huwa essenzjali li l-proċeduri differenti fil-proposti tal-Kummissjoni jiġu implimentati b’mod loġiku, raġonevoli u konsistenti. B’mod partikolari, il-proċedura ta’ sorveljanza makroekonomika għandha tkun konsistenti mal-eżiti tal-proċeduri l-oħrajn. It-tħaddim ta’ din il-proċedura għandu jieħu f'kunsiderazzjoni debitament l-impenji taħt ftehimiet tal-ERM II. B’mod partikolari, l-elementi kollha li huma parti mill-proċedura tal-ERM II huma soġġetti għal segretezza biex tiġi ssalvagwardata l-integrità tal-proċess u jiġi ffaċilitat il-bini ta’ konsensus, u b’hekk ma jistax jifforma parti mill-proċedura ta’ sorveljanza.

Emenda 12

Premessa 13 tar-regolament propost

“(13)

It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet bikrija tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw riskji ta' natura makrofinanzjarja. Jista' jkun li dawn jistħoqqilhom azzjoni ta' segwitu xierqa fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi.”

“(13)

It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw riskji ta' natura makrofinanzjarja. Jista' jkun li dawn jistħoqqilhom azzjoni ta' segwitu xierqa fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi u vulnerabbiltajiet. Billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni tali twissijiet u rakkomandazzjonijiet għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jiġi strettament irrispettat.

Spjegazzjoni

Waqt li, ċertament, l-użu ta’ twissijiet u rakkomandazzjonijiet tal-BERS b’konnessjoni ma’ dan ir-regolament propost m’għandux iqajjem dubji dwar l-indipendenza tal-BERS, huwa importanti li wieħed jenfasizza li tali użu jista’ jsir biss kemm-il darba r-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-BERS jiġi strettament irrispettat. Dan huwa rifless fit-test tal-emenda proposta għall-Artikolu 5 (ara l-emenda 20). Il-BERS joħroġ “twissijiet”, mhux “twissijiet bikrin”.

Emenda 13

Premessa 14 tar-regolament propost

“(14)

Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha titnieda proċedura ta' żbilanċ eċċessiv li tista' tinkludi ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta' sorveljanza u monitoraġġ imsaħħin u fir-rispett tal-Istat Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta' infurzar skont ir-Regolament (UE) Nru […/…] (9) fl-eventwalità ta' nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva.

“(14)

Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi jew vulnerabbiltajiet severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha titnieda proċedura ta' żbilanċ eċċessiv li tista' tinkludi ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta' sorveljanza u monitoraġġ imsaħħin u fir-rispett tal-Istat Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta' infurzar skont ir-Regolament (UE) Nru […/…] (10) fl-eventwalità ta' nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva.

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1. Li tiġi mxekkla l-unjoni ekonomika u monetarja diġà tifforma parti mid-definizzjoni ta’ żbilanċi.

Emenda 14

Premessa 16 tar-regolament propost

“(16)

Peress li qafas effettiv għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba kummerċ qawwi u interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro b'mod ġenerali u jista' jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.”

“(16)

Peress li qafas effettiv għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba kummerċ qawwi u interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro b'mod ġenerali u jista' jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 15

Artikolu 1 tar-regolament propost

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Unjoni.”

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi fl-Unjoni.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 16

Artikolu 2 tar-regolament propost

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

‘żbilanċi’ tfisser żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjal li jaffettwaw negattivament, it-tħaddim xieraq tal-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b'mod ġenerali.

(b)

‘żbilanċi eċċessivi’ tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.”

“Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

‘żbilanċi’ tfisser żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjal li jaffettwaw negattivament, it-tħaddim xieraq tal-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b'mod ġenerali minħabba l-emerġenza ta’ sitwazzjonijiet bħal defiċits kbar tal-kont kurrenti, telf sinifikanti fil-kompetittività, prezzijiet esaġerati tal-assi, livell għoli ta’ dejn estern, tas-settur pubbliku jew tas-settur privat, deterjorament ta’ dan id-dejn jew riskju sinifikanti li tinqala’ xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet.

(aa)

(‘vulnerabbiltajiet’ tfisser sitwazzjonijiet ta’ diffikultà possibbli ta’ Stat Membru li sorveljanza makroekonomika soda tal-unjoni ekonomika u monetarja għandha tkopri b’mod raġonevoli’.

(b)

‘bilanċi eċċessivi’ tfisser żbilanċi severi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.”

Spjegazzjoni

L-inklużjoni tas-sitwazzjonijiet attwali li għandhom jiġu koperti mill-proċedura tagħti ċarezza u ċertezza legali lill-proċedura. Ir-riskju li tista’ tinqala xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet għandu jkun fattur biex tiskatta l-proċedura.

Emenda 17

Titolu tal-Kapitolu II tar-regolament propost

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 18

Artikolu 3 tar-regolament propost

“1.   Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni indikattiva bħala għodda biex tħaffef l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi.

2.   It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun komposta minn firxa ta' indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi limiti indikattivi aktar baxxi jew ogħla għal dawn l-indikaturi biex iservu ta' livelli ta' twissija. Il-limiti applikabbli għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jkunu differenti minn dawk applikabbli għall-Istati Membri l-oħra.

3.   Il-lista ta' indikaturi li jridu jkunu inklużi fit-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti għall-indikaturi għandhom isiru pubbliċi.

4.   Il-Kummissjoni se tevalwa b'mod regolari l-korettezza tat-tabella ta' valutazzjoni, inklużi l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, għandha tadattaha jekk hemm bżonn biex tippreserva jew issaħħaħ il-kapaċità tagħha biex issib l-iżbilanċi li jitfaċċaw u tissorvelja l-iżvilupp tagħhom. It-tibdiliet fil-metodoloġija sottolineari u l-kompożizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti assoċjati għandhom isiru pubbliċi.”

“1.   Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni indikattiva bħala għodda biex tħaffef l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet.

2.   It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun komposta minn firxa ta' indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi limiti indikattivi għal dawn l-indikaturi biex iservu ta' livelli ta' twissija. Il-limiti u l-indikaturi inklużi fit-tabella ta’ valutazzjoni applikabbli għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jkunu differenti minn dawk applikabbli għall-Istati Membri l-oħra.

3.   L-indikaturi għandhom jintgħażlu biex jaqbdu żviluppi fil-kompetittività u s-sitwazzjoni ta’ dejn ta’ Stat Membru fuq medda ta’ żmien qasir u twil. Id-dettalji li jirrigwardaw dawn l-indikaturi, l-inklużjoni ta’ indikaturi oħrajn u l-limiti minimi applikabbli għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-paragrafu 1. Il-lista ta' indikaturi li jridu jkunu inklużi fit-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti għall-indikaturi għandhom isiru pubbliċi.

4.   Il-Kummissjoni se tevalwa b'mod regolari l-korettezza tat-tabella ta' valutazzjoni, inklużi l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, għandha tadattaha jekk hemm bżonn biex tippreżerva jew issaħħaħ il-kapaċità tagħha biex issib l-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet li jitfaċċaw u tissorvelja l-iżvilupp tagħhom. It-tibdiliet fil-metodoloġija sottolineari u l-kompożizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti assoċjati għandhom isiru pubbliċi.”

Spjegazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan doppju li tikseb ċertezza u flessibbiltà akbar.

Emenda 19

Artikolu 4(2) u (3) tar-regolament propost

“2.   Il-ħruġ ta' tabella ta' valutazzjoni aġġornata għandu jkun akkumpanjat minn rapport tal-Kummissjoni li jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja li tpoggi ċ-ċaqliq tal-indikaturi f'perspettiva, u jekk hemm bżonn tistrieħ fuq kwalunkwe indikatur ekonomiku u finanzjarju relevanti ieħor għad-detezzjoni tal-iżbilanċi. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal-limiti baxxi jew għolja fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibbilment qed jitfaċċaw l-iżbilanċi.

3.   Ir-rapport għandu jidentifika l-Istati Membri li l-Kummissjoni tqis li se jkunu affettwati mill-iżbilanċi jew mir-riskji tagħhom.”

“2.   Il-ħruġ ta' tabella ta' valutazzjoni aġġornata għandu jkun akkumpanjat minn rapport tal-Kummissjoni li jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja li tpoggi ċ-ċaqliq tal-indikaturi f'perspettiva, u jekk hemm bżonn tistrieħ fuq kwalunkwe indikatur ekonomiku u finanzjarju relevanti ieħor għad-detezzjoni tal-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal-limiti fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibbilment qed jitfaċċaw l-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet.

3.   Ir-rapport għandu jidentifika l-Istati Membri li l-Kummissjoni tqis li se jkunu affettwati mill-iżbilanċi u vulnerabbiltajiet jew mir-riskji tagħhom.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni għall-emenda 1.

Emenda 20

Artikolu 5 tar-regolament propost

“1.   Wara li jkunu kkunsidrati d-diskussjonijiet fil-Kunsill fil-Grupp tal-Euro, kif previst fl-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tipprepara reviżjoni fil-fond għal Stat Membru li hi tikkunsidra li hu affettwat bl-iżbilanċi jew ir-riskji tagħhom. Il-valutazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta' jekk l-Istat Membru kkonċernat hux affettwat mill-iżbilanċi u jekk dawn l-iżbilanċi jikkostitwixxux żbilanċi eċċessivi.

2.   Ir-reviżjoni fil-fond għandha ssir pubblika. Din għandha tikkonsidra, b'mod partikolari:

(a)

skont kif inhu xieraq, jekk l-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni ħax azzjoni xierqa fir-rispons għar-rakkomandazzjonijiet u stediniet tal-Kunsill adottati skont l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-intenzjonijiet politiċi tal-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni, kif riflessi fil-Programm ta' Stabilità u Konverġenza u l-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu;

(c)

kwalunkwe twissijiet jew rakkomandazzjonijiet bikrija mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni.”

“1.   Wara li jkunu kkunsidrati d-diskussjonijiet fil-Kunsill fil-Grupp tal-Euro, kif previst fl-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tipprepara reviżjoni fil-fond għal Stat Membru li hi tikkunsidra li hu affettwat bl-iżbilanċi jew ir-riskji tagħhom. Il-valutazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta' jekk l-Istat Membru kkonċernat hux affettwat mill-iżbilanċi u l-vulnerabbiltajiet, u jekk dawn l-iżbilanċi u vulnerabbiltajiet jikkostitwixxux żbilanċi u vulnerabbiltajiet eċċessivi. Ir-reviżjoni profonda għandha tinvolvi missjoni ta’ sorveljanza mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhirlu li dan ikun xieraq meta l-Istat Membru kkonċernat ikun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew Stat Membru li jipparteċipa fl-ERM II.

2.   Ir-reviżjoni fil-fond għandha ssir pubblika. Din għandha tikkonsidra, b'mod partikolari:

(a)

skont kif inhu xieraq, jekk l-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni ħax azzjoni xierqa fir-rispons għar-rakkomandazzjonijiet u stediniet tal-Kunsill adottati skont l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-intenzjonijiet politiċi tal-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni, kif riflessi fil-Programm ta' Stabilità u Konverġenza u l-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu;

(c)

kwalunkwe twissijiet jew rakkomandazzjonijiet mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku dwar riskju sistemiku indirizzat jew li huwa relevanti għallIstat Membru li qed issirlu reviżjoni kemm-il darba r-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku jiġi rrispettat.”

Spjegazzjoni

Il-ħtieġa għal missjonijiet attwali u l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi pprovduta.

Ara l-ispjegazzjoni dwar il-ħtieġa għal din l-emenda proposta fir-rigward tar-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-BERS fl-emenda 12. Il-punt (ċ) għandu jirreferi għal “twissijiet” tal-BERS, mhux “twissijiet bikrin”.

Emenda 21

Artikolu 6(1) u (3) tar-regolament propost

“1.

Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru qed ikollu l-iżbilanċi, din għandha tinforma lill-Kunsill kif inhu xieraq. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) tat-Trattat.

[…]

3.

Il-Kunsill għandu jagħmel reviżjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet kull sena u jista' jemendahom kif inhu xieraq skont il-paragrafu 1.”

“1.

Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru qed ikollu l-iżbilanċi jew vulnerabbiltajiet, din għandha tinforma lill-Kunsill u fejn relevanti lill-Grupp tal-Euro kif inhu xieraq. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) tat-Trattat. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u kwalunkwe impenji applikabbli tal-Istati Membri kkonċernati taħt proċeduri ta’ sorveljanza oħrajn immexxija skont l-Artikolu 121 u 126 tat-Trattat jew proċeduri stabbiliti taħt l-Artikolu 136 tat-Trattat. L-impenji taħt il-ftehimiet ERM II għandhom jiġu kkunsidrati kif suppost.

[…]

3.

Il-Kunsill għandu jagħmel reviżjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet ta’ mill-inqas kull sena u jista' jemendahom kif inhu xieraq skont il-paragrafu 1. Ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni ddettaljata mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Spjegazzjoni

Il-proċeduri fil-proposti tal-Kummissjoni jridu jkunu konsistenti ma’ xulxin. Il-frekwenza tal-missjonijiet għandha tkun flessibbli. Reviżjoni dettaljata mill-Kummissjoni hija neċessarja għal reviżjoni dettaljata mill-Kunsill.

Emenda 22

Artikolu 7 tar-regolament propost

“1.   Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma lill-Kunsill kif inhu xieraq.

2.   Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jadotta rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat filwaqt li jiddikjara li hemm żbilanċ eċċessiv u jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li jieħu azzjoni korrettiva. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu n-natura tal-iżbilanċi u jispeċifikaw l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed fid-dettall u sa liema data ta' skadenza l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu tali azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista', kif previst fl-Artikolu 121(4) tat-Trattat, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi.”

“1.   Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi jew vulnerabbiltajiet eċċessivi, din għandha tinforma lill-Kunsill u meta jkun relevanti lill-Grupp tal-Euro kif inhu xieraq.

2.   Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jadotta rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat filwaqt li jiddikjara li hemm żbilanċ eċċessiv u jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li jieħu azzjoni korrettiva. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu n-natura tal-iżbilanċi jew vulnerabbiltajiet u jispeċifikaw l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed fid-dettall u sa liema data ta' skadenza l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu tali azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista', kif previst fl-Artikolu 121(4) tat-Trattat, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi.”

Spjegazzjoni

Ara l-emenda 1.

Emenda 23

Artikolu 8(1) u (2) tar-regolament propost

“1.   Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-data ta' skadenza li trid tkun stabbilita fir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 7. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi u konkreti li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva u abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta l-pjan ta' azzjoni korrettiva. Jekk jitqies suffiċjenti, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jaddotta opinjoni li tapprovah. Jekk l-azzjonijiet meħudin jew previsti fil-pjan ta' azzjoni korrettiva jew it-tabella tal-iskadenza għall-implimentazzjoni tagħhom jitqiesu mhux suffiċjenti biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill għandu, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, jistieden lill-Istat Membru biex jemenda l-pjan ta' azzjoni korrettiva f'data ta' skadenza ġdida. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva emendat għandu jkun eżaminat skont il-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu.”

“1.   Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-data ta' skadenza li trid tkun stabbilita fir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 7, iżda sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi u konkreti li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva u abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta l-pjan ta' azzjoni korrettiva. Jekk jitqies suffiċjenti, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jaddotta opinjoni li tapprovah. Jekk l-azzjonijiet meħudin jew previsti fil-pjan ta' azzjoni korrettiva jew it-tabella tal-iskadenza għall-implimentazzjoni tagħhom jitqiesu mhux suffiċjenti biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill għandu, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, jistieden lill-Istat Membru biex jemenda l-pjan ta' azzjoni korrettiva f'data ta' skadenza ġdida, li m’għandhiex tkun itwal minn xahrejn. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva emendat għandu jkun eżaminat skont il-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu.”

Spjegazzjoni

Waqt li l-BĊE huwa konxju miż-żmien limitat previst fl-iskadenza li jipproponi, il-BĊE jikkunsidra li huwa meħtieġ sforz biex jinżammu l-momentum tal-proċedura u t-tkomplija tal-proċeduri, mingħajr ma jkun hemm impatt fuq il-kwalità u l-fattibbiltà tal-miżuri koperti fil-pjan ta’ azzjoni li jridu jiġu żgurati.

Emenda 24

Artikolu 9(3) tar-regolament propost

“3.   Il-Kummissjoni tista' twettaq missjonijiet ta' sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva.”

“3.   Il-Kummissjoni għandha twettaq missjonijiet ta' sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, b’kollaborazzjoni mal-BĊE jekk jidhrilha li huwa xieraq meta dawk il-missjonijiet ikunu jikkonċernaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II.

Spjegazzjoni

Għandha tiġi introdotta l-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni mal-BĊE, jekk jidhrilha li dan huwa propizju.

Emenda 25

Artikolu 10(4) tar-regolament propost

“(4)   Fejn dan jikkonkludi li l-Istat Membru ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jaddotta rakkomandazzjonijiet riveduti skont l-Artikolu 7, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jistabbilixxu data ta' skadenza ġdida għal azzjoni korrettiva u li sa dak inhar għandha titwettaq valutazzjoni oħra skont dan l-Artikolu.”

“(4)   Fejn dan jikkonkludi li l-Istat Membru ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jaddotta rakkomandazzjonijiet riveduti skont l-Artikolu 7, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jistabbilixxu data ta' skadenza ġdida għal azzjoni korrettiva u li sa dak inhar għandha titwettaq valutazzjoni oħra skont dan l-Artikolu. Il-Kunsill u, meta relevanti, il-Grupp tal-Euro għandhom jindirizzaw ukoll rapport formali lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew.

Spjegazzjoni

Dawn ir-rapporti għandhom itejbu l-proċedura.

Emenda 26

Artikolu 11 tar-regolament propost

“Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tingħalaq hekk kif il-Kunsill jikkonkludi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li l-Istat Membru m'għadux milqut minn żbilanċi eċċessivi.”

“Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tingħalaq hekk kif il-Kunsill jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li l-Istat Membru m'għadux milqut minn żbilanċi jew vulnerabbiltajiet eċċessivi.”

Spjegazzjoni

Meta l-Kunsill jiftaħ il-proċedura ta’ żbilanċi eċċessivi billi joħroġ rakkomandazzjonijiet, it-terminazzjoni tal-proċedura għandha ssir permezz ta’ att legali ta’ natura simili, eż. rakkomandazzjoni jew deċiżjoni li tkun vinkolanti fl-intier tagħha/vinkolanti fuq id-destinatarji tagħha.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(3)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(4)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(5)  ĠU L 209, 2.8.1997, pġ. 6.”

(6)  .”

(7)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(8)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(9)  ĠU L […], […], […]”

(10)  ĠU L […], […], […]”


Fuq