EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52010AB0065
Opinion of the European Central Bank of 6 August 2010 on a proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directives 2006/48/EC and 2006/49/EC as regards capital requirements for the trading book and for re-securitisations, and the supervisory review of remuneration policies (CON/2010/65)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 6 ta’ Awwissu 2010 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja ta’ politiki dwar ir-remunerazzjoni (CON/2010/65)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 6 ta’ Awwissu 2010 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja ta’ politiki dwar ir-remunerazzjoni (CON/2010/65)
ĠU C 223, 18.8.2010, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Awwissu 2010
dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja ta’ politiki dwar ir-remunerazzjoni
(CON/2010/65)
2010/C 223/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-12 ta’ Novembru 2009, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħareġ Opinjoni CON 2009/94 (1) dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja ta’ politiki dwar ir-remunerazzjoni (minn hawn ’il quddiem “id-direttiva proposta”). Fis-7 ta’ Lulju 2010, il-Parlament Ewropew adotta d-direttiva proposta (2), li hija issa suġġetta għall-adozzjoni formali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Din l-opinjoni hija bbażata fuq il-verżjoni tad-direttiva proposta adottata mill-Parlament Ewropew.
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 127(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-BĊE jista’ jissottometti opinjonijiet, inter alia, lill-istituzzjonijiet xierqa tal-Unjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu. F’dan ir-rigward, id-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-ħidma tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li tiddefinixxi u timplimenta l-politika monetarja tal-Unjoni, kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat u fil-kontribut tas-SEBĊ għat-twettiq bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1. |
Il-BĊE huwa mħasseb dwar l-estensjoni tar-rinunzja għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti (3), iggarantiti minn self li huwa ggarantit minn propjetà immobiljari residenzjali u kummerċjali, li tinsab fl-Anness I, paragrafu 2(c)(ii) tad-direttiva proposta. L-estensjoni tar-rinunzja mill-31 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 tippermetti użu bla limitu ta’ unitajiet superjuri maħruġin minn entitajiet li joħorġu titoli, u li tikkonverti f’titoli skoperturi ta’ propjetà immobiljari residenzjali u kummerċjali fil-cover pool ta’ bonds koperti. Barra minn dan, it-test adottat ineħħi r-referenza għall-kwalità ta’ kreditu l-aktar favorevoli mitluba għal dawn l-unitajiet (4). |
1.2. |
Id-direttiva proposta, għalhekk, taffettwa l-bonds koperti li huma konformi mal-UCITS u titoli sostnuti minn assi (ABSs) eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, kif stabbilit fil-Linja ta’ Gwida BCE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Ewrosistema (5). F’dan ir-rigward, mill-perspettiva tal-immaniġġjar tar-riskju, il-qafas ta’ garanzija tal-Eurosistema jimponi trattament aktar strett, eż. haircuts u rekwiżiti ta’ valutazzjoni ogħla fuq ABSs meta mqabbel ma’ bonds koperti konformi mal-UCITS. Konsegwenza possibbli tad-direttiva proposta tista’ tkun l-għoti ta’ inċentivi qawwija għal kontropartijiet tal-politika monetarja biex jippakkeġġjaw it-ABSs tagħhom fil-cover pool ta’ dawn il-bonds koperti, biex b’hekk jakkwistaw trattament aktar favorevoli, għad-detriment tal-iskopertura tar-riskju tal-Eurosistema. |
1.3. |
Fl-istess waqt, u minghajr pregudizzju ghall-fatt li l-BĊE jilqa’ l-passi regolatori li jnaqqsu d-dipendenza tal-leġiżlazzjoni fuq valutazzjonijiet esterni, il-BĊE huwa xi tħassib dwar it-tneħħija tar-referenza għall-kwalità ta’ kreditu l-aktar favorevoli mitluba għal dawn l-unitajiet, billi dan jista’ jdgħajjef aktar il-kredibbiltà u t-trasparenza tas-suq tal-bonds koperti u, fl-aħħar mill-aħħar, ikollu konsegwenzi għall-istabbiltà finanzjarja. |
1.4. |
B’mod ġenerali, l-għan tar-regolaturi fil-futur qarib għandu jkun li titneħħa r-rinunzja u jigi żviluppat sett dettaljat ta’ kriterji għall-assi biex jiddaħħlu fil-cover pool ta’ bonds koperti li: (i) ma jiddependux fuq valutazzjonijiet esterni, u (ii) huma b’sahhithom bizzejjed sabiex jizguraw il-kunfidenza tas-suq fil-bonds koperti, filwaqt li jagħtu lill-istituzzjonijiet finanzjarji żmien biżżejjed biex jaġġustaw il-mudelli ta’ negozju rispettivi tagħhom. It-tnaqqis tal-limitu tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti minn 20 % għal 10 %, li jinsab fl-Anness I, paragrafu 2(ċ)(i) u (ii) tad-direttiva proposta, jista’ jitqies bħala moviment pożittiv f’din id-direzzjoni. |
2. Proposti għall-abbozzar
Fejn il-BĊE jirrikkmanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti fl-Anness proposti għall-abbozzar speċifiċi, akkumpanjati b’test spjegattiv għal dan il-għan.
Magħmula fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Awwissu 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU C 291, 1.12.2009, p. 1.
(2) P7_TA-PROV (2010) 0274.
(3) Kif iddefinit fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinament tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3).
(4) Ara l-Anness VI, punt 68, paragrafu 3 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (abbozzata mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(5) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Parlament Ewropew |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emenda |
|||||
Anness VI, punt 68(ii) |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni Għar-raġunijiet stabbiliti f’din l-opinjoni, il-BĊE għandu xi tħassib dwar it-tneħħija tal-obbligu biex unitajiet superjuri jkollhom l-aktar kategorija favorevoli ta’ valutazzjoni ta’ kreditu magħmula minn istituzzjoni ta’ valutazzjoni ta’ kreditu esterna (ECAI) innominata, billi dan jista’ jdgħajjef aktar il-kredibbiltà u t-trasparenza tas-suq tal-bonds koperti. Għal din ir-raġuni, il-BĊE huwa tal-parir li dan l-obbligu jiddaħħal mill-ġdid. Madankollu, l-għan għall-futur qarib għandu jkun li titneħħa r-rinunzja u jiġi żviluppat sett dettaljat ta’ kriterji għall-assi biex jiddaħħlu fil-“cover pool” ta’ bonds koperti li (i) ma jiddependix fuq valutazzjonijiet esterni, u (ii) huwa b’saħħtu biżżejjed sabiex jiżgura l-kunfidenza tas-suq fil-bond koperti. Għalhekk, għandha titħassar kull referenza għal-possibbiltà ta’ estensjoni (indefinita) tar-rinunzja. Il-BĊE huwa konxju li l-Anness VI, punt 68(i) jeħtieġ li l-unitajiet superjuri li jintużaw bħala garanzija jikkwalifikaw għall-pass 1 ta’ kwalità ta’ kreditu. Madankollu, dan ma jtaffix it-tħassib dwar it-tneħħija tal-obbligu biex unitajiet superjuri jkollhom l-aktar kategorija favorevoli ta’ valutazzjoni ta’ kreditu magħmula minn ECAI innominata. Dan minħabba l-fatt li l-obbligu għall-pass 1 ta’ kwalità japplika biss rigward il-limitu ta’ 10 % għall-ammont nominali tal-ħruġ pendenti applikabbli fejn ir-rinunzja ma tkunx attivata. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li l-passi ta’ kwalità ta’ kreditu 1 sa 6 għandhom jiġu ddeterminati mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 82 tad-Direttiva 2006/48/KE, li jimplika ċerta diskrezzjoni f’termini ta’ kwalità ta’ kreditu. Madankollu l-BĊE jifhem li l-kunċett tal-“kategorija l-aktar favorevoli ta’ valutazzjoni ta’ kreditu” huwa ddefinit b’mod aktar ristrett. Fil-verżjoni tad-direttiva proposta adottata mill-Parlament Ewropew, ir-rinunzja tista’ tiġi applikata suġġetta għal żewġ obbligi. L-ewwel obbligu huwa li l-iskoperturi ikkonvertiti f’titoli ta’ proprjetà immobiljari residenzjali jew kummerċjali ma oriġinawx barra l-istruttura tal-grupp, li tiegħu l-persuna li toħroġ il-bonds koperti tagħmel ukoll parti. Il-BĊE iqis li dan l-obbligu jista’ jkun diffiċli biex jiġi vverifikat fil-prattika. It-tieni obbligu huwa li membru tal-istess struttura tal-grupp iżomm it-“tranche” sħiħa tal-ewwel telf li ssostni dawk l-unitajiet superjuri. Fil-fehma tal-BĊE, saħansitra jekk it-“tranche” tal-ewwel telf tinżamm ġewwa l-grupp, l-entitajiet jistgħu faċilment jiskappaw dan l-obbligu billi jużaw strateġiji ta’ “hedging”. Għal dawn ir-raġunijiet, il-BĊE ma jqisx li dawn l-obbligi fihom innifishom jipprovdu biżżejjed salvagwardji li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ dawn l-assi fil-“cover pool” ta’ bonds koperti. Madankollu, il-BĊE jirrikonoxxi li l-obbligi jagħtu ċertu livell ta’ protezzjoni għad-detenturi tal-bonds, speċjalment jekk abbinati mal-inklużjoni mill-ġdid tar-referenza għall-kwalità ta’ kreditu l-aktar favorevoli mitluba għall-unitajiet superjuri. |
(1) It-tipa skura fit-test tindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar xi test.