EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52013HB0032
Recommendation of the European Central Bank of 2 September 2013 to the Council of the European Union on the external auditors of the Banco de España (ECB/2013/32)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Settembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2013/32)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Settembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2013/32)
ĠU C 264, 13.9.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Settembru 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España
(BĊE/2013/32)
2013/C 264/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de España ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(3) |
Il-Banco de España għażel lil KPMG Auditores, S.L. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sal-2017, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi KPMG Auditores, S.L. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2013 sal-2017.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Settembru 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI