EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52010HB0016

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 8 ta’ Ottubru 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2010/16)

ĠU C 282, 19.10.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Ottubru 2010

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank

(BĊE/2010/16)

2010/C 282/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Ewrosistema huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1) l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (2) hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(3)

Eesti Pank għażel lil AS Deloitte Audit Eesti bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin fiannzjarji 2011 sa 2015,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat illi AS Deloitte Audit Eesti għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Eesti Pank għas-snin finanzjarji 2011 sa 2015.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Ottubru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.

(2)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.


Fuq