EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52008HB0016

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta' Novembru 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2008/16)

ĠU C 299, 22.11.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 299/5


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta' Novembru 2008

lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg

(BĊE/2008/16)

(2008/C 299/02)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni ta' bħalissa tal-Banque centrale du Luxembourg jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Għalhekk jinħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil KPMG AUDIT sàrl bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013,

ADDOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li KPMG AUDIT sàrl għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-17 ta' Novembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Fuq