Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52013HB0042
Recommendation of the European Central Bank of 15 November 2013 to the Council of the European Union on the external auditors of Latvijas Banka (ECB/2013/42)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2013/42)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2013/42)
ĠU C 342, 22.11.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Novembru 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka
(BĊE/2013/42)
2013/C 342/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE (1) l-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 (2) hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. |
(3) |
Skont l-Artikolu 43 tal-Liġi dwar il-Latvijas Banka, mill-1 ta’ Jannar 2014 id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Latvijas Banka għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill. |
(4) |
L-awdituri esterni rrakkomandati hawn huma l-awdituri preżenti tal-Latvijas Banka, li nħatru għas-snin finanzjarji 2012 sal-2014, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi SIA Ernst & Young Baltic għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-sena finanzjarja 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Novembru 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24).
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.