EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52011HB0022
Recommendation of the European Central Bank of 9 December 2011 to the Council of the European Union on the external auditors of De Nederlandsche Bank (ECB/2011/22)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Diċembru 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2011/22)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Diċembru 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2011/22)
ĠU C 367, 16.12.2011, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Diċembru 2011
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank
(BĊE/2011/22)
2011/C 367/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank se jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012. |
(3) |
Id-De Nederlandsche Bank għażel lil Deloitte Accountants BV bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat li Deloitte Accountants BV għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Diċembru 2011.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI