EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32017D0020

Deċiżjoni (UE) 2017/1403 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2012/6 fuq it-twaqqif tal-Bord tat-TARGET2-Securities (BĊE/2017/20)

ĠU L 199, 29.7.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 06/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019D0003(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1403/oj

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/24


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1403 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta' Ġunju 2017

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2012/6 fuq it-twaqqif tal-Bord tat-TARGET2-Securities (BĊE/2017/20)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 3.1, 12.1 u 12.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar it-TARGET2-Securities (1),

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Marzu 2016,il-Kunsill Governattiv approva t-twaqqif ta' “Bord dwar l-Infrastrutturi tas-Suq”, korp għall-governanza ġdid responsabbli għal kompiti ta' ġestjoni teknika u operattiva fil-qasam tal-infrastrutturi u pjattaformi tas-suq.

(2)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 (2) għandha tiġi emendata biex tirrifletti it-twaqqif tal-Bord dwar l-Infrastruttura tas-Suq, u l-operazzjoni tal-Bord T2S bħala wieħed mill-formati ddedikati tal-Bord dwar l-Infrastuttura tas-Suq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Definizzjonijiet

Termini użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-Linja Gwida BĊE/2012/13 (*1) u fil-Ftehim Qafas tat-T2S approvat mill-Kunsill Governattiv fis-17 ta' Novembru 2011.

(*1)  Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).”;"

2.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   Il-Bord T2S għandu jiġi stabbilit bħala korp ta' governanza bil-kompitu li jiżviluppa proposti għall-Kunsill Governattiv fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin u jeżegwixxi kompiti ta' natura purament teknika assenjati lilu mill-Kunsill Governattiv. Għandu jopera bħala wieħed mill-formati ddedikati tal-Bord dwar l-Infrastrutura tas-Suq (MIB).”;

3.

fl-Anness I, taħt it-taqsima “Kompożizzjoni” ir-raba' paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

“Il-mandat ta' membru tal-Bord T2S idum 24 xahar u jista' jiġġedded. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi mandat iqsar, inkluż meta jirriżenjaw jew jirtiraw membri qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom.”;

4.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Il-membri m'għandhomx ikunu involuti direttament fis-superviżjoni tat-T2S jew tad-depożitorji tat-titoli ċentrali li jikkummissjonaw operazzjonijiet ta' saldu lil T2S, sa fejn dak l-involviment jista' jagħti lok għal kunflitti attwali u potenzjali fil-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Bord T2S. Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa għall-identifikazzjoni u l-evitar ta' kunflitti bħal dawn. Il-membri m'għandhomx ikunu parti mill-Kumitat ta' Awdituri Interni (IAC), u lanqas m'għandhom ikunu involuti f'Attivitajiet tal-Livell 3 fuq bażi ta' kuljum.”;

(b)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Ġunju 2017.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-23 ta' Ġunju 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2009/6 (ĠU L 117, 1.5.2012, p. 13).


Fuq