Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0047(01)

    2014/856/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 24 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/46 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014 (BĊE/2014/47)

    ĠU L 344, 29.11.2014, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/856/oj

    29.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 344/27


    DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-24 ta' Novembru 2014

    li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/46 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014

    (BĊE/2014/47)

    (2014/856/UE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    (2)

    Skont l-estimi tat-talba ghall-muniti tal-euro fl-2014 li l-Isati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro ddestinati ghac-cirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux iddestinati ghac-cirkolazzjoni fl-2014, fid-Deciżjoni BĊE/2013/46 (1).

    (3)

    Fit-8 ta' Ottubru 2014, is-Central Bank of Cyprus talab illi l-volum ta' muniti tal-euro li jista' joħroġ Ċipru fl-2014 jiżdied minn EUR 5,1 miljun għal EUR 10 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fit-talba għal muniti.

    (4)

    Il-BĊE japprova t-talbiet fuq imsemmija għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni li jista' joħroġ Ċipru fl-2014.

    (5)

    Fl-24 ta' Ottubru 2014, il-Bank of Greece talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Greċja tista' toħroġ fl-2014 jiżdied minn EUR 6,856 miljun għal EUR 12,856 miljun sabiex ikun jista' jlaħħaq maż-żieda mhux mistennija fid-domanda għall-muniti.

    (6)

    Il-BĊE japprova t-talba msemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għal ċirkolazzjoni li l-Greċja tista' toħroġ fl-2014.

    (7)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2013/46 għandha tiġi emendata f'dan is-sens.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda

    It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BĊE/2013/46 hija mibdula b'li gej:

    (miljuni f'EUR)

     

    Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2014

    Il-Belġju

    24,925

    Il-Ġermanja

    655

    L-Estonja

    11,14

    L-Irlanda

    48,96

    Il-Greċja

    12,856

    Spanja

    201,24

    Franza

    267

    L-Italja

    58,36

    Ċipru

    10

    Il-Latvja

    80,91

    Il-Lussemburgu

    45

    Malta

    10,04

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    97,5

    L-Awstrija

    247

    Il-Portugall

    20,4

    Is-Slovenja

    12

    Is-Slovakkja

    21,4

    Il-Finlandja

    60”

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta' Novembru 2014.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  Id-Deċizjoni BĊE/2013/46 tas-6 ta' Diċembru 2013 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2014 (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 109).


    Fuq