EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015R1599

Regolament (UE) 2015/1599 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2015/30)

ĠU L 248, 24.9.2015, p. 45–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1599/oj

24.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/45


REGOLAMENT (UE) 2015/1599 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Settembru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2015/30)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (2) jeħtieġ ir-rapportar ta' dejta statistika minn aġenti li jirrapportaw sabiex is-Sistema Ewropea tal- Banek Ċentrali, fil-qadi tal-kompiti tagħha, tkun tista' tipproduċi statistika dwar tranżazzjonijiet tas-suq monetarju.

(2)

Ser tinħareġ ġabra ta' struzzjonijiet dwar ir-rapportar għall-banek ċentrali nazzjonali, li tagħti parametri ddettaljati għar-rapportar ta' informazzjoni statistika taħt ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). Peress li l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar jirfinaw għadd ta' termini sinifikanti li jinsabu f'dak ir-Regolament, il-konsistenza teħtieġ li għandu jirrifletti wkoll dawk il-bidliet.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

1.   L-Annessi I tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) huwa ssostitwit bl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).


ANNESS I

“ANNESS I

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENT

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti kull ftehim ta' riakkwist u kull tranżazzjoni konkluż skont dawn, inklużi tranżazzjonijiet repo bi tliet partijiet, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) bejn l-aġent li jirrapporta u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, intermedjarji finanzjarji oħrajn (OFIs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala ‘grossisti’ skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.   Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni  (1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Identifikatur tat-tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni

L-identifikatur tat-tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata f'data ta' rapportar partikolari għal kwalunkwe segment tas-suq monetarju.

Data ta' rapportar

Id-data meta d-dejta tiġi sottomessa lill-BĊE jew BĊN.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Kodiċi tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Meta t-tranżazzjonijiet isiru permezz ta' kontroparti ċentrali tal-ikklerjar (CCP), irid jiġi pprovdut l-identifikatur tal-entità legali (LEI) tas-CCP.

Meta t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali, u banek ċentrali u għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata oħra li għaliha mhuwiex ipprovdut il-LEI tal-kontroparti, trid tiġi pprovduta l-klassi tal-kontroparti.

ID tal-kodiċi tal-kontroparti

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-kontroparti individwali mibgħut.

Għandu jintuża f'kull ċirkustanza. Ser jiġi pprovdut kodiċi tal-kontroparti individwali.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk il-kodiċi tal-kontroparti individwali mhuwiex ipprovdut. Inkella fakultattiv

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont inizjalment meħud jew mogħti b'self.

 

Ammont nominali kollaterali

L-ammont nominali tat-titolu mirhun bħala kollateral.

Ħlief għal riakkwisti bi tliet partijiet u kwalunkwe tranżazzjoni oħra li fiha t-titolu mirhun mhuwiex identifikat permezz ta' Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN).

Data tan-negozju

Id-data meta l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tas-saldu

Id-data tax-xiri, jiġifieri d-data meta l-flus iridu jitħallsu mill-mutwanti lill-mutwatarju u t-titolu jrid jiġi ttrasferit mill-mutwatarju lill-mutwanti.

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, din hija d-data li fiha jiġi saldat ir-rifinanzjament (anki jekk l-ebda flus ma jibdlu l-idejn).

Data tal-maturità

Id-data tar-riakkwist, jiġifieri d-data li fiha l-flus huma dovuti jitħallsu lura mill-mutwatarju lill-mutwanti.

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, din hija d-data meta l-kapital u l-imgħax dovuti jridu jitħallsu lura jekk it-tranżazzjoni ma tkomplix tiġi rrifinanzjata.

Sinjal tat-tranżazzjoni

It-teħid b'self ta' flus fil-każ ta' repos jew l-għoti b'self ta' flus fil-każ ta' repos bil-maqlub.

 

ISIN tal-kollateral

L-ISIN assenjat għal titoli maħruġa fi swieq finanzjarji, li jikkonsisti fi 12-il karattru alfanumeriku, li jidentifika titolu b'mod uniku (kif iddefinit f'ISO 6166).

Li għandhom jiġu rrapportati b'eċċezzjonijiet għal ċerti tipi ta' kollateral.

Tip ta' kollateral

Sabiex tiġi identifikata l-klassi ta' assi mirhuna bħala kollateral meta ma jingħata ebda ISIN individwali.

Għandu jingħata f'kull każ fejn ma jingħata ebda ISIN individwali.

Settur tal-Emittent tal-Kollateral

Sabiex jiġi identifikat is-settur tal-emittent tal-kollateral meta ma jingħata ebda ISIN individwali

Għandu jingħata meta ma jingħata ebda ISIN individwali.

Bandiera ta' kollateral speċjali

Sabiex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet kollha ta' riakkwist mwettqa kontra kollateral ġenerali u dawk imwettqa kontra kollateral speċjali. Kaxxa opzjonali li għandha tiġi pprovduta biss jekk dan ikun fattibbli għall-aġent li jirrapporta.

Ir-rapportar ta' din il-kaxxa huwa opzjonali.

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax espressa skont il-konvenzjoni tas-suq monetarju ACT/360 li biha ġie konkluż ir-repo u li biha l-flus mislufa huma remunerati.

 

Haircut kollaterali

Miżura ta' kontroll tar-riskju applikata għal kollateral sottostanti li permezz tagħha l-valur tal-kollateral sottostanti jiġi kkalkulat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b'ċertu perċentwal (haircut). Għal skopijiet ta' rapportar il-haircut tal-kollateral huwa kkalkulat bħala 100 bi tnaqqis tal-proporzjon bejn il-flus mislufa/imsellfa u l-valur tas-suq inkluż l-imgħax akkumulat tal-kollateral mirgħun.

Ir-rapportar ta' din il-kaxxa huwa meħtieġ biss għal tranżazzjonijiet ta' kollateral individwali.

Kodiċi tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet

L-identifikatur tal-kodiċi tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet

Li għandu jiġi rrapportat għal repos bi tliet partijiet.

ID tal-kodiċi tal-aġent bi tliet partijiet

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi individwali tal-aġent bi tliet partijiet mibgħut.

Għandu jintuża fiċ-ċirkustanzi kollha fejn ser jiġi pprovdut kodiċi individwali ta' aġent bi tliet partijiet.

2.   Livell minimu ta' materjalità

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR(**) (2).

3.   Eċċezzjonijiet

Tranżazzjonijiet intragrupp m'għandhomx jiġu rrapportati.”


(1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati separatament. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(2)  Ara 'Basel III: The Liquidity Coverage Ratio and liquidity risk monitoring tools, Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Jannar 2013, p. 23 sa 27, disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonal fuq www.bis.org.


ANNESS II

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) huma emendati kif ġej:

1.

fl-Anness II, il-Parti 1 hija ssostitwita bis-segwenti:

“PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

1.

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):

(a)

kull self li juża l-istrumenti ddefiniti fit-tabella hawn isfel, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu), tal-aġent li jirrapporta minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, intermedjarji finanzjarji oħrajn (OFIs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala ‘grossisti’ skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

(b)

kull self lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) permezz ta' depożiti mhux iggarantiti jew kontijiet ta' sejħa, jew permezz tax-xiri mill-istituzzjonijiet ta' kreditu emittenti ta' karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożitu, noti ta' rati varjabbli u titoli ta' dejn oħrajn b'maturità sa sena.

2.

It-tabella hawn isfel tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti għal tranżazzjonijiet li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE. F'każ li l-aġenti li jirrapportaw ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet lill-BĊN tagħhom, il-BĊN relevanti għandhom jittrasponu dawk id-deskrizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

Tip ta' strument

Deskrizzjoni

Depożiti

Depożiti mhux iggarantiti li jagħtu l-imgħax (inklużi l-kontijiet tas-sejħiet iżda esklużi kontijiet kurrenti) li jew ikunu jistgħu jinfdew b'avviż jew ikollhom maturità ta' mhux aktar minn sena u li jew jittieħdu (b'self) jew inkella jitqiegħdu mill-aġent li jirrapporta.

Kontijiet ta' sejħiet

Kontijiet ta' flus kontanti b'bidliet ta' kuljum fir-rata tal-imgħax applikabbli, li jagħtu lok għal ħlasijiet ta' imgħaxijiet jew kalkoli f'intervalli regolai, u perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus.

Ċertifikat ta' depożitu

Strument ta' dejn b'rata fissa maħruġ minn MFI li jagħti jedd lid-detentur għal rata ta' imgħax fissa speċifika fuq terminu fiss iddefinit sa sena.

Karta kummerċjali

Strument ta' dejn li jew ma jkunx iggarantit jew inkella jew iggarantit b'kollateral ipprovdut mill-emittent, li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena u jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat.

Nota ta' rata varjabbli

Strument ta' dejn li għalih il-ħlasijiet perjodiċi ta' imgħax ikunu kkalkulati fuq il-bażi tal-valur, jiġifieri permezz tal-iffissar ta' rata ta' referenza sottostanti bħal Euribor f'dati predefiniti magħrufa bħala dati tal-iffissar, u li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena.

Titoli ta' dejn oħrajn b'terminu qasir

Titoli mhux subordinati għajr ekwità b'maturità sa sena maħruġa minn aġenti li jirrapportaw, li huma strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu lis-sid ebda dritt ta' proprjetà fuq l-istituzzjoni emittenti. Din il-partita tinkludi:

(a)

titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' ħlasijiet ta' kupuni u/jew ta' somma fissa stabbilita minn qabel f'data speċifika (jew dati speċifiċi) jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti li jirrapportaw li sussegwentement isiru negozjabbli u li huma kklassifikati mill-ġdid bħala ‘titoli ta' dejn’”.

2.

fl-Anness III, il-Parti 1 hija ssostitwita bis-segwenti:

“PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti:

(a)

kull tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani, fejn l-euro jinxtraw/jinbiegħu spot kontra munita barranija u jerġgħu jinbiegħu jew jerġgħu jinxtraw f'data forward b'rata forward ta' kambju miftiehma minn qabel b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu tal-parti spot tat-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani), bejn l-aġent li jirrapporta u istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) oħrajn, intermedjarji finanzjarji oħrajn (OFIs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali għal skopijiet ta' investiment kif ukoll ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala ‘grossisti’ skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

(b)

tranżazzjonijiet ta' swaps ta' indiċi mil-lejl għan-nhar (overnight index swaps — OIS) iddenominati f'euro bejn l-aġent li jirrapporta u MFIs, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali jew banek ċentrali oħrajn għal skopijiet ta' investiment kif ukoll ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala ‘grossisti’ skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR.”;

3.

fl-Anness III, it-tabella fil-paragrafu 1 tal-Parti 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Identifikatur tat-tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni

L-identifikatur tat-tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata f'data ta' rapportar partikolari għal kwalunkwe segment tas-suq monetarju.

Data tar-rapportar

Id-data meta d-dejta tiġi sottomessa lill-BĊE jew BĊN.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Kodiċi tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Meta t-tranżazzjonijiet isiru permezz ta' kontroparti ċentrali tal-ikklerjar (CCP), irid jiġi pprovdut l-identifikatur tal-entità legali (LEI) tas-CCP.

Meta t-tranżazzjonijiet jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, OFIs, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, gvern ġenerali, u banek ċentrali u għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata oħra li għaliha mhuwiex ipprovdut il-LEI tal-kontroparti, trid tiġi pprovduta l-klassi tal-kontroparti.

ID tal-kodiċi tal-kontroparti

Attribut li jispeċifika t-tip ta' kodiċi tal-kontroparti individwali mibgħut.

Għandu jintuża f'kull ċirkustanza. Ser jiġi pprovdut kodiċi tal-kontroparti individwali.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk il-kodiċi tal-kontroparti individwali mhuwiex ipprovdut. Inkella fakultattiv.

Data tan-negozju

Id-data meta l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tal-valur spot

Id-data meta parti waħda tbiegħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata kontra l-ħlas ta' ammont miftiehem ta' munita differenti speċifikata bbażata fuq rata tal-kambju miftiehma li hija magħrufa bħala r-rata tal-kambju spot.

 

Data tal-maturità

Id-data meta t-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju tiskadi u l-munita mibjugħa fid-data tal-valur spot terġa' tinxtara.

 

Sinjal tat-tranżazzjoni

Għandu jintuża biex jidentifika jekk l-ammont ta' euro rrapportat taħt l-ammont nominali tranżazzjonali jinxtara jew jinbiegħ fid-data tal-valur spot.

Dan għandu jirreferi għall-ispot tal-euro, jiġifieri jekk l-euro tinxtarax jew tinbiegħx fid-data tal-valur spot.

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont ta' euro mixtri jew mibjugħ fid-data tal-valur spot.

 

Kodiċi tal-munita barranija

Il-kodiċi ISO internazzjonali bi tliet numri tal-munita mixtrija/mibjugħa bi skambju għall-euro.

 

Rata spot tal-kambju

Ir-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita barranija għall-parti spot tat-tranżazzjoni swap tal-kambju.

 

Punti bil-quddiem tal-kambju barrani

Id-differenza bejn ir-rata spot tal-kambju u r-rata forward tal-kambju espressa f'punti bażi kkwotati skont il-konvenzjonijiet prevalenti tas-suq għall-par ta' muniti.”.

 


Fuq