Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32016D0017(01)
Decision (EU) 2016/956 of the European Central Bank of 7 June 2016 amending Decision (EU) 2016/245 (ECB/2016/2) laying down the rules on procurement (ECB/2016/17)
Deċiżjoni (UE) 2016/956 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/17)
Deċiżjoni (UE) 2016/956 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/17)
ĠU L 159, 16.6.2016, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
16.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/21 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/956 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Ġunju 2016
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/17)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, uħud mir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (BĊE/2016/2) (2) għandhom jiġu rraffinati iktar. |
(2) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej: “2. Il-BĊE jista' jordna mill-kuntrattur inizjali provvisti, servizzi jew xogħlijiet addizzjonali, irrispettivament mill-valur tagħhom, sakemm l-emendi meħtieġa għall-kuntratt inizjali ma jkunux sostanzjali. L-emendi għandhom jiġu kkunsidrati sostanzjali jekk jibdlu n-natura kumplessiva tal-kuntratt, partikolarment fejn kundizzjoni waħda jew iżjed milli ġejjin jiġu ssodisfatti:
Emendi għandhom jiġu kkunsidrati li mhumiex sostanzjali fi kwalunkwe ċirkustanza jekk il-valur kumulattiv tagħhom jibqa' taħt (a) il-livelli rilevanti previst fl-Artikolu 4(3), u (b) 10 % tal-valur inizjali tal-kuntratt għal kuntratti ta' provvista u servizz jew 15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti ta' xogħlijiet.”; |
2. |
Fl-Artikolu 11, l-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 hija mħassra; |
3. |
Fl-Artikolu 12, l-aħħar sentenza tal-paragrafu 4 hija mħassra; |
4. |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa mħassar. |
5. |
fl-Artikolu 30, il-paragrafu 7 huwa mibdul b'li ġej: “7. Meta kandidat jew offerent, jew impriża relatata ma' kandidat, ikunu involuti fit-tħejjija ta' proċedura ta' akkwisti, pereżempju billi jagħtu pariri dwar l-istrateġija tal-akkwisti jew l-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet, il-BĊE għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-kompetizzjoni mhijiex distorta bil-parteċipazzjoni ta' dak il-kandidat jew offerent. Il-BĊE jista' jeskludi lill-kandidat jew lill-offerent ikkonċernat mill-proċedura, jekk dan ikun meħtieġ għal dawk il-finijiet. Qabel l-esklużjoni, il-kandidat jew l-offerent għandhom jingħataw l-opportunità biex iressqu prova li l-involviment preċedenti tagħhom ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni.”; |
6. |
fl-Artikolu 35, punt 3 huwa mibdul b'li ġej:
|
7. |
fl-Artikolu 35, punt 4 huwa mibdul b'li ġej:
|
8. |
fl-Artiklu 41, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija mibdula b'li ġej: “Proċeduri ta' akkwisti li jkunu nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu kkompletati skont id-Deċiżjoni BĊE/2007/5.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.
Magħmula fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Ġunju 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(2) Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2), ĠU L 45, 20.2.2016, p. 15.