EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32017D0023

Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2017/23)

ĠU L 216, 22.8.2017, p. 23–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 20/08/2023; Imħassar b' 32023D1681 repealing.act.provisional.date.notification.disclaimer|http://publications.europa.eu/resource/authority/fd_365/repealing.act.provisional.date.notification.disclaimer

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1493/oj

22.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/23


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1493 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Awwissu 2017

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2017/23)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 u l-Artikolu 140(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord Superviżorju,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 (3) tistipula regoli għall-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (4).

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea adottat fl-14 ta' Settembru 2016 ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 (5), li jistabbilixxi rekwiżiti ta' rapportar għal istituzzjonijiet permessi li jużaw approċċi interni għall-kalkolu ta' ammonti ppeżati għar-riskju jew rekwiżiti ta' fondi proprji, ħlief għal riskju operattiv. Dawk l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jirrapportaw ir-riżultati tal-kalkoli tal-approċċi interni tagħhom għall-iskoperturi jew pożizzjonijiet tagħhom li huma inklużi fil-portafolji tal-kriterji ta' referenza pprovduti mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 għandha tkopri l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata minn entitajiet taħt superviżjoni fuq il-bażi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070.

(4)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 hija emendata kif ġej:

1.

it-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Deċiżjoni tal Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)”;

2.

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Qafas tal-MSU, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-BĊE ta' dejta rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni fuq il-bażi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 (*1).

(*1)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 tal-14 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal mudelli, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintu#aw mill-istituzzjonijiet meta jirrapportaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti skont fl-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 2.12.2016, p. 1).”;"

3.

L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Dati ta' spedizzjoni

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 u rrapportata lilhom mill-entitajiet taħt superviżjoni fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:

(1)

sa nofsinhar Ħin Ewropew Ċentrali (CET) (*2) fl-10 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:

(a)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;

(b)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;

(c)

entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta' kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;

(d)

entitajiet taħt superviżjoni oħra li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rappurtar lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2015/130 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (*3) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (*4);

(2)

sa għeluq il-ħin tax-xogħol fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:

(a)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(b)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(c)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu (1);

(d)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma jkunux parti minn grupp taħt superviżjoni sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(4)

sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-35 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:

(a)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punti (1) u (2);

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:

(1)

sa nofsinhar CET fl-għaxar jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':

(a)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;

(b)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;

(c)

entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta' kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;

(d)

entitajiet taħt superviżjoni oħra li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156;

(2)

sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-25 jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':

(a)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(b)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(c)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu (1);

(d)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(3)

sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-35 jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':

(a)

gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1) u (2);

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(*2)  Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali (Central European Summer Time)."

(*3)  Deċiżjoni ABE/DC/2015/130 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tat-23 ta' Settembru 2015 dwar rapportar mill-awtoritajiet kompetenti lill-ABE. Jinsab fis-sit elettroniku tal-ABE fuq www.eba.europa.eu"

(*4)  Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-31 ta' Mejju 2016 dwar dejta fuq il-kriterji ta' referenza superviżorji. Jinsab fuq is-sit elettroniku tal-ABE fuq www.eba.europa.eu”"

4.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ir-regoli ta' validazzjoni relevanti żviluppati, miżmuma u ppubblikati mill-ABE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ukoll il-verifiki addizzjonali tal-kwalità tad-dejta ddefiniti mill-BĊE b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.”;

5.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta speċifikata f'din id-Deċiżjoni skont il-Mudell tal-Punt tad-Dejta u t-tassonomija tal-eXtensible Business Reporting Language rilevanti, żviluppata, miżmuma u ppubblikata mill-ABE.”;

6.

l-Artikolu 7a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 7a

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2017/23)

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/23) (*5) li tibda bl-ewwel dati ta' spedizzjoni li jseħħu wara li dik id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 minn istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rappurtar lill-ABE bis-saħħa tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 skont l-Artikolu 3(1)(1)(d) billi jibdew bl-ewwel dati ta' spedizzjoni li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 (BĊE/2017/23).

(*5)  Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2017/23) (ĠU L 216, 22.8.2017, p. 23).”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri partecipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Awwissu 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.

(3)  Deċiżjoni BĊE/2014/29 tat-2 ta' Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 214, 19.7.2014, p. 34).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 tal-14 ta' Settembru 2016 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għall-formoli, definizzjonijiet, u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet meta jirrapportaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lil awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 2.12.2016, p. 1).


Fuq