EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52014AB0050
Opinion of the European Central Bank of 8 July 2014 on a proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 974/98 as regards the introduction of the euro in Lithuania and on a proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 2866/98 as regards the conversion rate to the euro for Lithuania (CON/2014/50)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja (CON/2014/50)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja (CON/2014/50)
ĠU C 244, 26.7.2014, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 244/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Lulju 2014
dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja
(CON/2014/50)
2014/C 244/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-16 ta' Ġunju 2014 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja (1). Fl-4 ta' Lulju 2014, il-BĊE rċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Litwanja (2).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet
1. |
Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tal-Litwanja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Litwanja skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat. |
2. |
Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Lulju 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2014) 325 final.
(2) COM(2014) 447 final.