EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52014HB0020

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ April 2014 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (BĊE/2014/20)

25.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ April 2014

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

(BĊE/2014/20)

(2014/C 122/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Bank Ċentrali ta’ Malta ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2013. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2014.

(3)

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għażel lil PricewaterhouseCoopers bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ April 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq