EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52015HB0045

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2015/45)

ĠU C 425, 18.12.2015, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2015

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

(BĊE/2015/45)

(2015/C 425/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015.

(3)

Národná banka Slovenska għażel lil Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 u 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2015 u 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq