EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52016AB0010
Opinion of the European Central Bank of 3 March 2016 on a proposal for a regulation amending Regulation (EU) No 575/2013 as regards exemptions for commodity dealers (CON/2016/10)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Marzu 2016 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għal kummerċjanti ta’ prodotti bażiċi (CON/2016/10)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Marzu 2016 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għal kummerċjanti ta’ prodotti bażiċi (CON/2016/10)
ĠU C 130, 13.4.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Marzu 2016
dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għal kummerċjanti ta’ prodotti bażiċi
(CON/2016/10)
(2016/C 130/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-12 ta' Jannar 2016 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjkoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għal kummerċjanti ta' prodotti bażiċi (1) (iktar 'il quddiem ir-“regolament propost”). Fit-8 ta' Frar 2016, il-BĊE ġie kkonsultat dwar l-istess proposta mill-Parlament Ewropew.
Il-Kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li r-regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta' kompetenza tal-BĊE, b'mod partikolari b'rabta mal-kompitu tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(5) li jikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li huma relatati mal-istabbiltà tas- sistema finanzjarja.
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1 |
L-objettiv tar-regolament propost huwa li jiżgura li l-kummerċjanti ta' prodotti bażiċi (“ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] (2) u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (3)”) ma jsirux so[[etti g]ar-rekwi\iti kollha li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali” jew “RRK”) (4) fir-rigward ta' skoperturi kbar u fondi proprji fl-1 ta' Jannar 2018 mingħajr deċiżjoni konxja u infurmata li dak it-trattament huwa xieraq għalihom. |
1.2 |
Waqt li r-rekwiżiti dwar l-iskoperturi l-kbar u l-fondi proprji tal-RRK a jidhrux li huma mfassla apposta għall-kummerċjanti ta' prodotti bażiċi, deċiżjoni biex tiġi estiża l-eżenzjoni minn dawn ir-rekwiżiti prudenzjali għandha tqis kwalunkwe riskju sistemiku potenzjali li jistgħu jippreżentaw il-kummerċjanti ta' prodotti bażiċi. Dawk ir-riskji jistgħu jirriżultaw minn numru ta' sorsi, b'mod partikolari:
|
1.3 |
Il-BĊE s'issa ma identifika ebda indikazzjoni konkreta ta' riskju sistemiku maħluq minn kummerċjanti ta' prodotti bażiċi li jagħmilha strettament neċessarja f'dan l-istadju li titneħħa l-eżenzjoni għal rekwiżiti li jikkonċernaw skoperturi kbar u fondi proprji li japplikaw fil-preżent. Kummerċjanti ta' komoditajiet attivi fl-Ewropa huma ġeneralment inqas ingranati u għandhom strutturi kapitali aktar reżiljenti minn banek. Huma, tipikament, għandhom proporzjonijiet ta' assi għall-ekwità relattivament baxxi u ma jidhrux li jinvolvu ruħhom fi trasformazzjonijiet ta' maturità u likwidità bħall-banek. Barra minn hekk, rabtiet mas-sistema bankarja permezz ta' dejn u rati ta' inadempjenza relatati jidhru li huma pjuttost limitati; L-iskopertura diretta tal-banek għall-kummerċjanti ta' komoditajiet tidher li hija relattivament minuri, u ttaffi r-riskji potenzjali ta' kontaġju. Finalment, minkejja t-tkabbir konsiderevoli tas-swieq tad-derivattivi ta' prodotti bażiċi matul dawn l-aħħar 15-il sena, m'hemm l-ebda evidenza konklużiva li l-kummerċ f'derivattivi ta' prodotti bażiċi għandu effetti negattivi fuq is-sistema finanzjarja aktar wiesgħa. Madankollu, analiżi dettaljata tal-impatt tidher li hija pass neċessarju sabiex tittieħed l-aktar deċiżjoni xierqa fir-rigward tat-tneħħija jew l-estensjoni temporanja tal-eżenzjoni. B'mod partikolari, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil kwistjonijiet ta' kundizzjonijiet ġusti relatati ma' istituzzjonijiet ta' kreditu li jinnegozjaw prodotti bażiċi. |
1.4 |
L-eżenzjoni għandha tabilħaqq tkun biss ta' natura temporanja. Il-Kummissjoni Ewropea hija mistennija li tippreżenta proposta għal reviżjoni komprensiva tar-regolazzjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment. Ir-raġunament u l-objettiv ta' estensjoni temporanja tal-eżenzjoni għandhom ikunu llimitati għall-evitar ta' bidliet regolatorji sinifikanti qabel dik ir-reviżjoni komprensiva, li għandha ssir kemm jista' jkun malajr. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Marzu 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2015) 648 finali.
(2) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 007 P. 263 - 306).
(3) Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 002 P. 43 - 62)
(4) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).