Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32003D0020(01)
2004/46/EC: Decision of the European Central Bank of 18 December 2003 laying down the terms and conditions for transfers of the European Central Bank's capital shares between the national central banks and adjustment of the paid-up capital (ECB/2003/20)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (CBE/2003/20)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (CBE/2003/20)
ĠU L 9, 15.1.2004, p. 32–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO)
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0025(01)
Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0032 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (CBE/2003/20) (2004/46/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU L-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu, Billi: (1) L-aġġustament tal-peżati assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fiċ-ċavetta għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewopew (BĊE) (minn issa "l quddiem imsejħa l-peżati ċavetta tal-kapital u ċ-ċavetta tal-kapital rispettivament) kif ipprovvdut fid-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fiċ-ċavetta għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew" [1] jeħtieġ lill-Kunsill li jirregola li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet tat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital bejn il-BĊNi sabiex jiġi żgurat illi d-distribuzzjoni ta' dawn l-ishma tikkorrispondi ma' l-aġġustamenti magħmula. (2) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jitħallas il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti [2] tistabbilixxi kif u safejn u sakemm il-BĊNi ta' l-Istati Membri illi adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem imsejħa l-BĊNi parteċipanti) għandhom iħallsu l-kapital ta' l-BĊE bil-ħsien taċ-ċavetta aġġustata tal-kapital. Id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tat-18 ta' Diċembru2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jitħllas il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonalin parteċipanti [3] tistabbilixxi kif u safejn u sakemm il-BĊNi ta' l-Istati membri illi adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem imsejħa l-BĊNi parteċipanti) għandhom iħallsu l-kapital ta' l-BĊE bil-ħsieb taċ-ċavetta aġġustata tal-kapital. (3) Il-BĊNi parteċipanti ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt ta' l-BĊE kif meħtieġa skond id-Deċiżjoni BĊE/1998/2 [4] u, fil-każ tal-Bank tal-Greċja, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2000/14 [5] u d-Deċiżjoni BĊE/1998/14 [6]. Fid-dawl ta' dan il-fatt, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/28 tiddikjara illi jew BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew l-BĊE għandu jittrasferixxi lura ammont lil BĊN parteċipanti, kif approprjat, sabiex jaslu għall-ammonti ddikjarati fil-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/18.. Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt ta' l-BĊE kif meħtieġa skond id-Deċiżjoni BĊE/1998/14. Fid-dawl ta' dan il-fatt, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tiddikjara illi jew BĊN mhux parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew l-BĊE għandu jittrasferixxi lura ammont lil BĊN mhux parteċipanti, kif approprjat, sabiex jaslu għall-ammonti ddikjarati fil-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/19, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-trasferiment ta' l-ishma Meta jiġu kkunsidrati s-sehem fil-kapital ta' l-BĊE li kull BĊN ikun issottoskriva fil-31 ta' Diċembru 2003 u s-sehem fil-kapital ta' l-BĊE li kull BĊN irid jissottoskrivi mill-1 ta' Jannar 2004 bħala konsegwenza ta' l-aġġustament tal-peżati ċavetta tal-kapital kif deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/200317, il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma fil-kapital bejniethom infushom permezz ta' l-BĊE u minn għandu sabiex jiġi żgurat illi d-distribuzzjoni ta' l-ishma fil-kapital tikkorrispondi mal-peżati aġġustati. Għal dan l-effett, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr ebda formalità iktar jew azzjoni jkun meħtieġ, jew li jitrasferixxi jew li jirċievi fl-1 ta' Jannar 2004 is-sehem fil-kapital sottoskritt ta' l-BĊE iddikjarat maġenb ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma din id-deċiżjoni li fiha "+" għandu jirreferi għal sehem mill-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u "−" għal sehem mill-kapital illi l-BĊN għandu ittrasferixxi lill-BĊE. Artikolu 2 L-Aġġustament tal-kapital imħallas 1. Meta jiġi kkunsidrat l-ammont tal-kapital ta' l-BĊE illi kull BĊN ikun ħallas u l-ammont tal-kapital ta' l-BĊE illi kull BĊN għandu jħallas sa l-1 ta' Jannar 2004, kif iddikjarat fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/19 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, kull BĊN għandu fit-2 ta' Jannar 2004 jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett (fl-euro) iddikjarati maġenb ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness II ma din id-Deċiżjoni, li fiha "+" għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u "−" għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dan il-BĊN. 2. Fit-2 ta' Jannar 2004, l-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jittrasferixxu ammont skond il-paragrafu 1 għandhom, kull wieħed separatament, jittrasferixxu kull imgħax li jakkumula fil-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta' Jannar 2004 sat-2 ta' Jannar 2004 fuq l-ammonti mistħoqqa mill-BĊE u minn dawn il-BĊNi skond il-paragrafu 1. It-trasferituri u r-riċevituri ta' dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħat-trasferituri u r-riċevituri ta' l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax. Artikolu 3 Dispożizzjonijiet ġenerali 1. It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom isiru permezz tas-sistema Trans-Ewropea tas-soluzzjoni Grossa Awtomatizzata fiż-Żmien Reali tat-Trasferiment bl-Espress (TARGET). 2. Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' kull jum, bl-użu tal-metodu attwali ta' 360 jum tal-kalkolu, b'rata ugwali għall-imgħax marġinali wżata mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-operat l-iktar reċenti u ewlieni tagħha ta' finanzjament mill-ġdid. 3. L-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, fiż-żmien f'waqtu, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa sabiex jesegwixxu kif mistħoqq dan it-trasferiment f'waqtu. Artikolu 4 Dispożizzjonijiet finali 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2003. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Jean-Claude Trichet [1] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 27. [2] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 29. [3] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 31. [4] ĠU L 8, ta' l-14.1.1999, p. 33. [5] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 110. [6] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 33. -------------------------------------------------- L-ANNESS I IL-KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi (EUR) | Il-BĊN | Is-Sehem sottoskritt fil-31 ta' Diċembru 2003 | Is-Sehem sottoskritt mill-1 ta' Jannar 2004 | Is-Sehem li jrid jiġi ttrasferit | In- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 143290000 | 141485000 | - 1805000 | Id- Deutsche Bundesbank | 1224675000 | 1170200000 | - 54475000 | Il-Bank of Greece | 102820000 | 108070000 | + 5250000 | Il-Banco de España | 444675000 | 439005000 | - 5670000 | Il-Banque de France | 841685000 | 825875000 | - 15810000 | Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 42480000 | 51270000 | + 8790000 | Il-Banca d'Italia | 744750000 | 728630000 | - 16120000 | Il-Banque centrale du Lussemburgu | 7460000 | 8540000 | + 1080000 | Id-De Nederlandsche Bank | 213900000 | 221615000 | + 7715000 | L-Österreichische Nationalbank | 117970000 | 115095000 | - 2875000 | Il-Banco de Portugal | 96160000 | 100645000 | + 4485000 | Is-Suomen Pankki | 69850000 | 71490000 | + 1640000 | Id-Danmarks Nationalbank: | 83545000 | 86080000 | + 2535000 | L-iSveriges Riksbank: | 132685000 | 133180000 | + 495000 | Il-Bank of England: | 734055000 | 798820000 | + 64765000 | Total: | 5000000000 | 5000000000 | 0 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II IL-KAPITAL IMĦALLAS TA' L-BĊNi (EUR) | Il-BĊN | Is-sehem sottoskritt fil-31 ta' Diċembru 2003 | Is-sehem sottoskritt mill-1 ta' Jannar 2004 | L-Ammont tal-ħlas tat-trasferiment | In- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 143290000 | 141485000 | - 1805000 | Id-Deutsche Bundesbank | 1224675000 | 1170200000 | - 54475000 | Il-Bank tal-Greċja | 102820000 | 108070000 | + 5250000 | Il-Banco de España | 444675000 | 439005000 | - 5670000 | Il-Banque de France | 841685000 | 825875000 | - 15810000 | Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 42480000 | 51270000 | + 8790000 | Il-Banca d'Italia | 744750000 | 728630000 | - 16120000 | Il-Banque centrale du Lussemburgu | 7460000 | 8540000 | + 1080000 | Id-De Nederlandsche Bank | 213900000 | 221615000 | + 7715000 | L-Österreichische Nationalbank | 117970000 | 115095000 | - 2875000 | Il-Banco de Portugal | 96160000 | 100645000 | + 4485000 | Is-Suomen Pankki | 69850000 | 71490000 | + 1640000 | Id-Danmarks Nationalbank: | 4177250 | 4304000 | + 126750 | L-iSveriges Riksbank: | 6634250 | 6659000 | + 24750 | Il-Bank of England: | 36702750 | 39941000 | + 3238250 | It-Total: | 4097229250 | 4032824000 | - 64405250 | --------------------------------------------------