EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32003D0022(01)
2004/48/EC: Decision of the European Central Bank of 18 December 2003 amending Article 1(f) of Decision ECB/2001/16 of 6 December 2001 on the allocation of monetary income of the national central banks of participating Member States from the financial year 2002 (ECB/2003/22)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 li temenda l-artikolu 1(f) tad-deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2003/22)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 li temenda l-artikolu 1(f) tad-deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2003/22)
ĠU L 9, 15.1.2004, p. 39–39
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 338 - 338
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 220 - 220
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 220 - 220
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 7 - 7
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2010; Imħassar b' 32010D0023
Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0039 - 0039
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li temenda l-artikolu 1(f) tad-deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2003/22) (2004/48/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 32, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-iStati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 [1], Billi: (1) L-Artikolu 1(f) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 "skema tal-kapital sottoskritt" jiddefiniha b' referenza għad-Deċiżjoni BĊE/1998/13 tal-1 ta' Diċembru, 1998, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [2]. (2) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru, 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [3] tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/1998/13 b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004, u tistabbilixxi l-proporzjonijiet il-ġodda assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali"). (3) L-Artikolu 1(f) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 għalhekk irid jiġi emendat għall-iskop biex jiġi allokat id-dħul monetarju tal-BĊNi ta' l-iStati Membri li addottaw l-ewro mis-sena finanzjarja 2004. Din l-emenda għandha tintroduċi definizzjoni ġenerali tat-terminu "skema tal-kapital sottoskritt" biex jiġu evitati emendi oħra lid-Deċiżjoni BĊE/2001/16 kull darba li l-iskema kapitali tal-BĊE tiġi aġġustata. (4) Biex tintlaħaq konsistenza bejn id-dħul li jagħmel il-BĊE fl-ewwel trimestru ta' l-ewwel sena, liema sena għandha tkun dik minn meta japplika kull aġġustament ta' kull ħames snin, u d-dħul tal-BĊE distribwit fl-aħħar ta' dak it-trimestru, huwa meħtieġ biex tidderoga mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 biex jiġi żgurat li d-dħul magħmul f' Jannar ta' dak it-trimestru huwa wkoll ikkalkulat abbażi tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali l-ġdida, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-emendi għad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 Id-Deċiżjoni BĊE/2001/16 hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1(f) huwa sostitwit b' li ġej: "(f) "l-iskema tal-kapital sottoskritt" għandha tfisser l-ishma tal-BĊNi (irrappreżentati bħala persentaġġi) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jirriżultaw mill-applikazzjoni, għall-BĊNi, tal-proporzjonijiet fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 ta' l-iStatut u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti." 2. Is-subparagrafu li ġej huwa sostitwit ma' l-Artikolu 2(1): "Il-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkulazzjoni, għandhom, għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar ta' l-ewwel sena, liema sena għandha tkun dik minn meta japplika kull aġġustament ta' kull ħames snin skond l-Artikolu 29.3 ta' l-iStatut, jiġu kkalkulati abbażi ta' l-iskema aġġustata tal-kapital sottoskritt applikata għall-bilanċi dwar it-total tal-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkulazzjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel." Artikolu 2 Dispożizzjonijiet Finali 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2004. 2. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Jean-Claude Trichet [1] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 55. [2] ĠU L 125, tad-19.5.1999, p. 33. [3] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 27. --------------------------------------------------