EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32003D0023(01)
2004/49/EC: Decision of the European Central Bank of 18 December 2003 amending Decision ECB/2001/15 of 6 December 2001 on the issue of euro banknotes (ECB/2003/23)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' diċembru, 2003 li temenda d-deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2003/23)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' diċembru, 2003 li temenda d-deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2003/23)
ĠU L 9, 15.1.2004, p. 40–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 339 - 340
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 221 - 223
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 221 - 223
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0029(01)
Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0040 - 0041
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li temenda d-deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2003/23) (2004/49/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(1), u l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 16, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro [1], Billi: (1) L-Artikolu 1(ċ) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 "l-iskema tal-kapital sottoskritt" jiddefiniha b'referenza għad-Deċiżjoni BĊE/1998/13 ta' l-1 ta' Diċembru, 1998, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [2]. (2) L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 "l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus" jiddefiniha b'referenza għall-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 li jispeċifika l-iskema li tapplika fl-1 ta' Jannar, 2002. (3) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [3], tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/1998/13 b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004, u tistabbilixxi l-proporzjonijiet il-ġodda assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE. (4) Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 trid tiġi emendata f'dan is-sens biex tiddetermina l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar, 2004. L-emenda għandha tintroduċi wkoll definizzjoni ġenerali tat-terminu "skema tal-kapital sottoskritt", biex tevita l-ħtieġa ta' emendi futuri għad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 kull darba li tiġi aġġustata l-iskema kapitali tal-BĊE, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Emendi għad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1(ċ) huwa sostitwit b' li ġej: "(ċ) "l-iskema tal-kapital sottoskritt" għandha tfisser l-ishma tal-BĊNi (irrappreżentati bħala persentaġġi) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jirriżultaw mill-applikazzjoni għall-BĊNi tal-proporzjonijiet fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 ta' l-iStatut u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti;" 2. L-Artikolu 1(d) huwa sostitwit b' li ġej: "(d) "l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus" għandha tfisser il-persentaġġi li jirriżultaw mill-kunsiderazzjoni tas-sehem tal-BĊE fil-ħarġa totali tal-karti tal-flus ewro u mill-applikazzjoni ta' l-iskema tal-kapital sottoskritt (aġġustat għall-eqreb multiplu ta' 0,0005 punt perċentwali) għas-sehem tal-BĊNi f'dan it-total. Meta l-persentaġġi riżultanti ma jammontawx għall-100 %, id-differenza għandha tiġi kumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0005 ta' punt perċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f'ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0005 ta' punt perċentwali f'ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti. L-Anness ma' din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar, 2004." 3. L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitiwit bit-test ipprovdut fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Dispożizzjonijiet Finali 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2004. 2. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Jean-Claude Trichet [1] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 52. [2] ĠU L 125, tad-19.5.1999, p. 33. [3] ĠU L 9, ta' l- 15.1.2004, p. 33 -------------------------------------------------- ANNESS SKEMA TAD-DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS FL-1 TA' JANNAR, 2004 (%) | Il-Bank Ċentrali Ewropew | 8,0000 | Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 3,2690 | Deutsche Bundesbank | 27,0365 | Bank of Greece | 2,4970 | Banco de España | 10,1430 | Banque de France | 19,0815 | Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 1,1845 | Banca d'Italia | 16,8345 | Banque centrale du Lussemburgu | 0,1975 | De Nederlandsche Bank | 5,1205 | Oesterreichische Nationalbank | 2,6590 | Banco de Portugal | 2,3255 | Suomen Pankki | 1,6515 | Total | 100,0000 | --------------------------------------------------