EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013D0027(01)

2014/29/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/27)

ĠU L 16, 21.1.2014, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/29(2)/oj

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/51


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2013/27)

(2014/29/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (2), b’mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (3) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (4) jiddefinixxi l-“iskema ta distribuzzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013. Peress li ser tapplika ponderazzjoni ġdida tal-iskema tal-kapital mill-1 ta’ Jannar 2014, u peress li l-Latvja ser tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2014, jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

1.   L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija mibdula b’dan li ġej:

“L-Anness ma’ din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014.”

2.   L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.

(3)  Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(4)  ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26.


ANNESS

“ANNESS I

SKEMA TAL-ALLOKAZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2014

Il-Bank Ċentrali Ewropew

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2575  %

Deutsche Bundesbank

23,6605  %

Eesti Pank

0,2535  %

Central Bank of Ireland

1,5260  %

Bank of Greece

2,6730  %

Banco de España

11,6230  %

Banque de France

18,6415  %

Banca d’Italia

16,1850  %

Central Bank of Cyprus

0,1990  %

Latvijas Banka

0,3710  %

Banque centrale du Lussemburgu

0,2670  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0850  %

De Nederlandsche Bank

5,2635  %

Oesterreichische Nationalbank

2,5810  %

Banco de Portugal

2,2920  %

Banka Slovenije

0,4540  %

Národná banka Slovenska

1,0155  %

Suomen Pankki

1,6520  %

TOTAL

100,0000  %”


Fuq