EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011O0027

2012/38/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2011/27)

ĠU L 19, 24.1.2012, p. 37–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 153 - 166

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016O0034

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2012/38/oj

24.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/37


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali

(BĊE/2011/27)

(2012/38/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju li jsir mill-banek ċentrali nazzjonali.

(2)

Minħabba d-diversità tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja, jeħtieġ li jiġġi ċċarat fl-Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 illi l-provvedimenti marbutin ma’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja jistgħu jvarjaw, jiġifieri provvedimenti rreġistrati taħt l-element tal-passiv 13, u msemmija taħt l-element tal-attiv 7.1, jistgħu mhux neċessarjament ikunu provvedimenti tal-Eurosistema.

(3)

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha għalhekk tiġi emendata,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 hija emendata kif ġej:

Anness IV għal Linja Gwida BĊE/2010/20 huwa sostitwit mill-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31.


ANNESS

“ANNESS IV

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ  (1)

ASSI

Element tal-karta ta’ bilanċ (2)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi fil-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Skop tal- applikazzjoni (3)

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal bilanċi f’sight accounts tad-deheb (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu fiss u talbiet għad-deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (i) tranżazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis; u (ii) lokazzjoni tad-deheb jew tpartit tal-purità fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur fis-suq

Obbligatorju

2

2

Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija

Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija

 

 

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)   Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f’euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt dan l-element jew taħt l-element ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona euro denominati f’euro’

(a)   Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)   SDRs)

Investimenti f’SDRs (gross)

(b)   SDRs)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(c)   Klejms ohrajn

Arranġamenti ġenerali għal self, self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)   Krediti ohrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

2.2

2.2

Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi barranin oħrajn

(a)   Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura

(a)   Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)   Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro

(i)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)   Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)   Strumenti ta’ ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(c)   elf barrani (depożiti) ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)   Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(d)   Assi barranin oħra

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona euro

(d)   Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

3

3

Klejms kontra residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija

(a)   Investimenti f’titoli fiż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona euro

(i)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)   Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)   Strumenti ta’ ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)   Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo b’lura, self varju

(b)   Klejms oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

4

4

Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f’euro

 

 

 

4.1

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self

(a)   Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus iddepożitati mil-lum għall-għada. Tranżazzjonijiet ta’ xiri temporanju ta’ assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f’euro

(a)   Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro

Valur nominali

Obbligatorju

(b)   Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta’ ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona euro

(i)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)   Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)   Strumenti ta’ ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

(c)   Self barra ż-żona euro li mhuwiex dak taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)   Self barra ż-żona euro

Depożiti skont il-valur nominali

Obbligatorju

(d)   Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’, maħruġin minn entitajiet barra ż-żona euro

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż il-Bank Ewropew għall-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(i)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)   Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

4.2

4.2

Klejms li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Obbligatorju

5

5

Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta’ politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (4)

 

 

5.1

5.1

Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament

Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.3

5.3

Operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni b’lura

Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ kalibrazzjoni

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.4

5.4

Operazzjonijiet strutturali b’lura

Transazzjonijiet b’lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.5

5.5

Faċilità ta’ self marġinali

Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.6

5.6

Krediti relatati ma’ sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

6

6

Klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv 7 ‘Titoli ta’ residenti taż-żona euro denominati f’euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona euro. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Kull klejm li tirriżulta minn operazzjonijiet ta’ politka monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

7

7

Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro

 

 

 

7.1

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja

Titoli maħruġin fiż-żona euro u miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja. Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta’ kalibrazzjoni

(a)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt l-element tal-passiv 13(b) ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(c)   Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

7.2

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta ’ politika monetarja ’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, denominati f’euro. Strumenti ta’ ekwità

(a)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(c)   Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(d)   Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

8

8

Dejn ġenerali tal-gvern denominat f’euro

Talbiet lill-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

Obbligatorju

9

Krediti intra-Eurosistema+)

 

 

 

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE+)

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Is-sehem ta’ kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ

Kost

Obbligatorju

9.2

Klejms ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+)

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Talbiet denominati f’euro fil-konfront tal-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizzjonali ta’ riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ

Valur nominali

Obbligatorju

9.3

Klejms marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+)

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss

Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta’ BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

9.4

Klejms nett marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+), (*)

Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif definita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (5)

Għall-BĊE: klejms marbutin mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

Obbligatorju

9.5

Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+)

Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin:

 

 

(a)

klejms nett li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, i.e. iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv 10.4 ‘Passiv ieħot fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

klejm li jirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi ppuljat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn ir-reġistrazzjoni tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u l-pagament tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f’Jannar ta’ kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(c)

klejms oħrajn intra-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (*)

(c)

Valur nominali

Obbligatorju

9

10

Elementi fil-proċess tal-ħlas

Bilanċi fil-kont għall-pagament (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

Obbligatorju

9

11

Assi oħrajn

 

 

 

9

11.1

Muniti taż-żona euro

Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali

Valur nominali

Obbligatorju

9

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Rati ta’ deprezzament:

kompjuters u ħardware/software relatat, u vetturi bil-mutur: 4 snin

tagħmir, għamara u impjanti fil-bini: 10 snin

nefqa f’bini u f’rinovazzjoni maġġuri kapitalizzata: 25 sena

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

Irrikkmandat

9

11.3

Assi finanzjarji ohrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta’ politika

Titoli, inklużi ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra (eż depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll immarkat

Transazzjonjiet repo b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt dan l-element

(a)   Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Irrikkmandat

(b)   Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta’ ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost soġġett għal indeboliment

Irrikkmandat

(c)   Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-attiv nett

Irrikkmandat

(d)   Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(e)   Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumink bħala investiment permanenti

Kost soġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Irrikkmandat

(f)   Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(g)   Bilanċi ma’ banek u self

Valur nominali, mibdulbir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f’valuti barranin

Irrikkmandat

9

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju barrani mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas

Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

9

11.6

Varji

Advances, self u elementi minuri oħra

Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni (l-uniku element tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta’ rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Muniti denominati f’unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta’ qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni

Valur nominali jew kost

Irrikkmandat

Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent

Valur fis-suq

Obbligatorju

Klejms pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema

Klejms pendenti (minn inadempjenzi)

Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara l-ħlas tat-telf)

Obbligatorju

Assi jew klejms (fil-konfront ta’ terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

Assi jew klejms (minn inadempjenzi)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f’valuti barranin)

Obbligatorju

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorju


PASSIV

Element tal-karta ta’ bilanċ (6)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi fil-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Skop tal- applikazzjoni (7)

1

1

Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni  (**)

(a)

Karti tal-flus euro, b’żieda/tnaqqis tal-aġġustamenti relatati mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 u d-Deċiżjoni BĊE/2001/29

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Karti tal-flus denominati f’unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona euro matul is-sena li nbidlu l-flus

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

2

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14

 

 

2.1

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

Obbligatorju

2.2

2.2

Faċilità ta’ depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

Obbligatorju

2.3

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni

Valur nominali

Obbligatorju

2.4

2.4

Operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni b’lura

Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

2.5

2.5

Depożiti relatati ma’ sejħiet marġinali

Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali

Obbligatorju

3

3

Passiv ieħor fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominat f’euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura simultanji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-assi 7 ‘Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro’. Operazzjonijiet oħra mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

4

4

Ċertifikati ta’ dejn li nħarġu

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss –għall-BĊNi element tranżitorju tal-karta tal-bilanċ

Ċertifikati ta’ dejn kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Karta ta’ skont, maħruġin għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

Obbligatorju

5

5

Passiv fil-konfront ta’ residenti ohra taż-żona euro denominati f’euro

 

 

 

5.1

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

Obbligatorju

5.2

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta’ kumpaniji u ta’ klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

Obbligatorju

6

6

Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro.

Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

7

7

Passiv fil-konfront ta’ residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija

Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8

8

Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija

 

 

 

8.1

8.1

Depoziti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju ta’ flus barranin

Obbligatorju

8.2

8.2

Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

9

Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lill-pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

Obbligatorju

10

Passiv intra-Eurosistema+)

 

 

 

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+)

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f’euro

Valur nominali

Obbligatorju

10.2

Passiv relatat mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+)

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

10.3

Passiv nett marbut mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+)  (**)

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23

Valur nominali

Obbligatorju

10.4

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+)

Pożizzjoni netta tas-subelementi li ġejjin:

 

 

(a)

passiv nett li jirriżulta minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tat-talbiet u l-passiv – ara wkoll l-element tal-attiv 9.5 ‘Talbiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

passiv dovut minħabba d-differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi ppuljat u mqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn l-entrata tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri ta’ tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f’Jannar ta’ kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(c)

passiv ieħor intra-Eurosistema ddenominat f’euro li jista’ jirriżulta, inkluż id-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE (**)

(c)

Valur nominali

Obbligatorju

10

11

Elementi fil-proċess tal-ħlas

Bilanċi fil-kont għall-pagamenti (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro

Valur nominali

Obbligatorju

10

12

Passiv ieħor

 

 

 

10

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas

Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

10

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f’perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu rrappurtat. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma’ perijodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba bir-rata tas-suq

Obbligatorju

10

12.3

Varji

Kontijiet provviżorji għat-taxxa Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Elementi minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Passiv fuq bażi ta’ fiduċja Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti fiċ-ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni denominati f’unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona euro li m’għadhomx valuta legali iżda li għadhom f’ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt l-element tal-passiv ‘Provvedimenti’ Passiv tal-pensjoni nett

Valur nominali jew kost (repo)

Irrikkmandat

Depożiti f’deheb tal-konsumatur

Valur fis-suq

Depożiti f’deheb tal-konsumatur: obbligatorju

10

13

Provvedimenti

(a)

Għal pensjonijiet, għar-rata tal-kambju, għar-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għal skopijiet oħra eż. spejjeż futuri mistennija, provvedimenti għal unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro li jkunu spiċċaw bħala valuta legali imma li jkunu għadhom f’ċirkolazzjoni wara s-sena tat-tibdil tal-flus kontanti jekk dawn il-karti tal-flus ma jidhrux taħt l-element tal-passiv 12.3 ‘Passiv ieħor/Diversi’

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

(a)

Prezz/valur nominali

Irrikkmandat

(b)

(b) Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

11

14

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli denominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ kambju barrani u SDRs

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

12

15

Kapital u riżervi

 

 

 

12

15.1

Kapital

Kapital imħallas – il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi

Valur nominali

Obbligatorju

12

15.2

Riżervi

Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Valur nominali

Obbligatorju

10

16

Profitt ghas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorju


(1)  L-iżvelar b’rabta mal-karti tal-flus euro f’ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-klejms/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. L-elementi li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.

(*)  Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja Gwida

(2)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(3)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema i.e. relevanti għall-operat tal-Eurosistema.

(4)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 35, 9.2.2011 p. 17.

(**)  Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja ta’ Gwida

(6)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b’+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(7)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”


Fuq