EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32008D0027(01)

2009/57/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (BĊE/2008/27)

ĠU L 21, 24.1.2009, p. 77–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 003 P. 179 - 182

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0015(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/57(1)/oj

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/77


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti

(BĊE/2008/27)

(2009/57/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 30,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali aġġustata (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali”).

(2)

L-aġġustamenti ta’ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali u t-tibdiliet riżultanti fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, jitolbu biex jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE ikkredita skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ‘l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”), u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ assi ta’ riżervi barranin mill-BĊNi parteċipanti lill-BĊE (minn issa ‘il quddiem “il-kejms”).

(3)

Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-ishma ta’ persentaġġ tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiżdiedu minħabba l-aġġustament, għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-ishma ta’ persentaġġ tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jonqsu.

(4)

Skond il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi wara l-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur propjetarju akkumulat tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmijin, għandhom jagħmlu wkoll trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jonqos.

(5)

L-ippeżar rispettiv ta’ l-iskema kapitali ta’ kull BĊN parteċipanti sal-31 ta’ Diċembru 2008 u b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 għandu jitfisser bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi parteċipanti kollha għall-finijiet biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta’ kull BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE.

(6)

Għaldaqstant, tinħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tabroga d-Deċiżjoni BĊE/2006/24 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE, u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ittrasferiti (2).

(7)

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (3), id-deroga favur is-Slovakja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (4) hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“valur proprjetarju akkumulat” ifisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif ikkalkulati mill-BĊE sal-31 ta’ Diċembru 2008. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur proprjetarju akkumulat”, il-fond tar-riżerva ġenerali u l-provvista ekwivalenti għar-riżervi kontra r-riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata ta’ l-imgħax u l-prezz tad-deheb;

(b)

“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta’ negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2008;

Artikolu 2

Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE

1.   Jekk sehem ta’ BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat jiżdied minħabba żieda fl-ippeżar tiegħu fl-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dak il-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi l-ammont iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2.   Jekk sehem ta’ BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat jonqos minħabba tnaqqis fl-ippeżar tiegħu fl-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi l-ammont iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

3.   Il-BĊE għandu, fil- jew qabel il-jum meta l-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN parteċipanti lill-BĊE meta japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi mill-BĊE meta japplika l-paragrafu 2. Bla ħsara għat-tqarrib, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jkun ikkalkolat billi l-valur proprjetarju akkumulat jiġi mmultiplikat bid-differenza assoluta, bejn l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali ta’ kull BĊN parteċipanti fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-ippeżar tiegħu ta’ l-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, u r-riżultat jiġi diviż b’100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’ewro fl-1 ta’ Jannar 2009, imma għandu jkun ittrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferiment, BĊN parteċipant jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll separatament, kull imgħax li jakkumula matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sad-data tat-trasferiment fuq kull ammont rispettiv dovut minn dan il-BĊN parteċipanti u l-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.

6.   Jekk il-valur proprjetarju akkumulat huwa anqas minn żero, l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 għandhom jitħallsu fid-direzzjonijiet opposti ta’ dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti

1.   Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti għan-Národná banka Slovenska ser ikun irregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kapital imħallas, it-trasferiment ta’ l-assi tar-riżervi barranin u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (5), dan l-Artikolu għandu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ittrasferiti mill-BĊNi parteċipanti oħra.

2.   Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom ikunu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 skond l-ippeżar aġġustat tagħhom ta’ l-iskema kapitali. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 jidher fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din d-Deċiżjoni.

3.   Kull BĊN parteċipanti għandu, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalita' jew xi att, jitqies li jew ikun ittrasferixxa jew irċieva b’effett fl-1 ta’ Jannar 2009, il-valur assolut tal-klejm (f’ewro) muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “-” għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN parteċipanti.

4.   Fl-ewwel jum ta’ operazzjoni tat-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (“TARGET2”) wara l-1 ta’ Jannar 2009, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta’ l-ammont (f’ewro) muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirriferi għal ammont li l-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jirrtrasferxxi lill-BĊN parteċipanti.

5.   Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati jittrasferixxu ammonti skond il-paragrafu 4, għandhom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu wkoll kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009, sad-data ta’ dan it-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   L-imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(5) għandu jkun ikkalkulat kuljum billi jintuża l-metodu ta’ kalkolu “attwali fuq matul-360-jum” (actual over-360-day), b’rata daqs ir-rata marġinali ta’ imgħax użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(1), (2) u (5) u l-Artikolu 3(4) u (5) għandu jsir b’mod separat permezz tat-TARGET2.

3.   Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma taħt obbligu li jagħmlu kull trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom, eventwalment, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu dawn it-trasferimenti fil-ħin.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2006/24 hija hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/24 għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 24, 31.1.2007, p. 9.

(3)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.

(4)  Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(5)  Ara paġna 83 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

KLEJMS EKWIVALLENTI GĦALL-ASSI TAR-RIŻERVI BARRANIN ITTRASFERITI LILL- BĊE

BĊN parteċipanti

Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta’ Diċembru 2008

(EUR)

Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009

(EUR)

Ammont ta’ trasferiment

(EUR)

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

1 423 341 995,63

1 397 303 846,77

–26 038 148,86

Deutsche Bundesbank

11 821 492 401,85

10 909 120 274,33

– 912 372 127,52

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

511 833 965,97

639 835 662,35

+ 128 001 696,38

Bank of Greece

1 046 595 328,50

1 131 910 590,58

+85 315 262,08

Banco de España

4 349 177 350,90

4 783 645 755,10

+ 434 468 404,20

Banque de France

8 288 138 644,21

8 192 338 994,75

–95 799 649,46

Banca d’Italia

7 217 924 640,86

7 198 856 881,40

–19 067 759,46

Central Bank of Cyprus

71 950 548,51

78 863 331,39

+6 912 782,88

Banque centrale du Luxembourg

90 730 275,34

100 638 597,47

+9 908 322,13

Bank Ċentrali ta’ Malta

35 831 257,94

36 407 323,18

+ 576 065,24

De Nederlandsche Bank

2 243 025 225,99

2 297 463 391,20

+54 438 165,21

Oesterreichische Nationalbank

1 161 289 917,84

1 118 545 877,01

–42 744 040,83

Banco de Portugal

987 203 002,23

1 008 344 596,55

+21 141 594,32

Banka Slovenije

183 995 237,74

189 410 251,00

+5 415 013,26

Národná banka Slovenska

0

399 443 637,59  (1)

+ 399 443 637,59

Suomen Pankki

717 086 011,07

722 328 204,76

+5 242 193,69

Total (2):

40 149 615 804,58

40 204 457 215,43

54 841 410,85


(1)  Biex jiġu ttrasferiti b’effett mid-dati stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2008/33.

(2)  Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.


Fuq