EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006D0024(01)

2007/45/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew tal-valur propjetarju akkumulat u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (BĊE/2006/24)

ĠU L 24, 31.1.2007, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0027(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/45(1)/oj

31.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2006

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew tal-valur propjetarju akkumulat u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti

(BĊE/2006/24)

(2007/45/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 30,

Billi:

(1)

Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u minħabba li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jissieħbu fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Jannar 2007, id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN li se jkun membru tas-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital imkabbar tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa 'l quddiem l-“ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament).

(2)

Għalhekk, il-klejms li l-BĊE ikkredita skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut lill-BĊNi ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi parteċipanti”), li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta' assi ta' riżervi barranin tal-BĊNi parteċipanti' lill-BĊE (iktar 'il quddiem il-“kejms”) għandhom bżonn jiġu aġġustati. Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba t-tkabbir ta' l-iskema kapitali fl-1 ta' Jannar 2007 għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, waqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kupensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba dan it-tkabbir.

(3)

Il-limitu fuq l-ammont ta' assi ta' riżervi barranin li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-BĊE ikun ekwivalent għal EUR 57 606 524 025,77 b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

(4)

Skond il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, trattament ugwali u l-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi fl-Istatut, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv fil-valur propjetarju akkumulat tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti fuq imsemmijin għandhom jagħmlu trasferiment kumpensatorju wkoll lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-seħem relattiv tagħhom jonqos.

(5)

L-ippeżar ta' l-iskema kapitali rispettiva ta' kull BĊN parteċipant sal-31 ta' Diċembru 2006 u b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 għandu jkun espress bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskrit mill-BĊNi parteċipanti kollha għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-valur ta' l-aġġustament ta' kull sehem ta' BĊN parteċipant fil-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE.

(6)

Għalhekk, l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2003/21 tat-18 ta' Diċembru 2003 li tippreskrivi miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni tar-riżervi tal-BĊE u dispożizzjonijiet għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ttrasferiti (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2004/8 tat-22 ta' April 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzjoni għall-valur proprjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ittrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati (3).

(7)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta' Lulju 2006 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni mis-Slovenja tal-valuta waħda fl-1 ta' Jannar 2007 (4), id-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (5) huwa abrogat b'effett mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

“valur proprjetarju akkumulat” ifisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, kontijiet ta' rivalutazzjoni u dispożizzjonijiet ekwivalenti għar-riżervi kif ikkalkulati mill-BĊE sa l-31 ta' Diċembru 2006. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk id-dispożizzjonijiet ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur proprjetarju akkumulat”, il-fond tar-riżerva ġenerali u d-dispożizzjoni ekwivalenti għar-riżervi għar-rata tal-kambju barrani, u r-riskji tar-rata ta' l-imgħax u l-prezz tad-deheb;

(b)

“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta' negozju wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006;

(ċ)

“dħul tal-BĊE minn karti tal-flus euro” ifsser l-istess bħal “dħul tal-BĊE minn karti tal-flus fiċ-ċirkulazzjoni” kif imfisser fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2005/11 tas-17 ta' Novembru 2005 fuq it-tqassim ta' dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew fuq karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw (6).

Artikolu 2

Kontribuzzjoni lir-riżervi u d-dispożizzjonijiet tal-BĊE

1.   Jekk sehem ta' BĊN fil-valur proprjetarju akkumulat jiżdied minħabba żieda fl-ippeżar fl-iskema kapitali b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, dak il-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi l-ammont determinat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2.   Jekk sehem ta' BĊN fil-valur proprjetarju akkumulat jonqos minħabba tnaqqis fl-ippeżar fl-iskema kapitali b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007, dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi l-ammont determinat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

3.   Il-BĊE għandu, fil- jew qabel il-ġurnata meta l-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipant jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN parteċipanti lill-BĊE meta japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li l-BĊN parteċipanti għandu jirċievi mill-BĊE meta japplika l-paragrafu 2. Bla ħsara għat-tqarrib, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jkun ikkalkolat bil-multiplikazzjoni tal-valur proprjetarju akkumulat bid-differenza assoluta bejn kull skema ta' ippeżar ta' l-iskema kapitali tal-BĊN fil-31 ta' Diċembru 2006 u l-ippeżar ta' l-iskema kapitali tiegħu b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 u r-riżultat jiġi diviż b'100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f'euro fl-1 ta' Jannar 2007 imma għandu jkun ttrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferiment, BĊN parteċipant jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll separatament kull imgħax li jakkumula matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sad-data tat-trasferiment fuq kull ammont rispettiv dovut minn dan il-BĊN parteċipanti u l-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dawn it-trasferimenti għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.

6.   Jekk il-valur proprjetarju akkumulat huwa anqas minn żero, l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 għandhom jitħallsu fid-direzzjonijiet opposti ta' dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ttrasferiti

1.   Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta' riżervi barranin ttrasferiti għall-Banka Slovenije ser ikun irregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2006/30 tat-30 ta' Diċembru 2006 fuq il-kapital imħallas, it-trasferiment ta' l-assi tar-riżervi barranin u l-kontribuzzjoni tal-Banka Slovenije lir-riżervi u dispożizzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (7), dan l-Artikolu għandu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊNi parteċipanti oħrajn.

2.   Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom ikunu aġġustati b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 skond l-ippeżar aġġustat ta' l-iskema kapitali tagħhom. Il-valur tal-klejms BĊNi parteċipanti b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 jidher fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta' din d-Deċiżjoni.

3.   Għal dan il-għan, kull wieħed minn dawn il-BĊNi għandu, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “-” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

4.   Fl-ewwel jum ta' operazzjoni tat-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (“TARGET”) wara l-1 ta' Jannar 2007, kull BĊN parteċipant għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta' l-ammont (f'euro) muri ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirriferi għall-ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jirrtrasferxxi lill-BĊN parteċipanti.

5.   Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET wara l-1 ta' Jannar 2007, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jittrasferixxu ammont taħt il-paragrafu 4 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi ta' l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax .

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   L-imgħax li jakkumula skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 2 u l-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 3 għandu jkun kkalkulat fuq bażi ta' kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkolu ta' matul 360-jum, b'rata daqs ir-rata ta' imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni l-aktar riċenti ta' rifinanzjament ewlieni.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa tal-paragrafi 1, 2 u 5 ta' l-Artikolu 2 u l-paragrafi 4 u 5 ta' Artikolu 3 għandu jsir b'mod separat permezz tat-TARGET.

3.   Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma taħt obbligu li jagħmlu kull trasferiment msemmi fil-paragrafu 2 għandhom, eventwalment, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu dawn it-trasferimenti fil-ħin.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

2.   Id-Deċiżjonijiet BĊE/2003/21 u BĊE/2004/8 huma b'dan imħassrin b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

3.   Referenzi għad-Deċiżjonijiet BĊE/2003/21 u BĊE/2004/8 għandhom jiftehmu li huma referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 36.

(3)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.

(5)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(6)  ĠU L 311, 26.11.2005, p. 41.

(7)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

KLEJMS EKWIVALLENTI GĦALL-ASSI TAR-RIŻERVI BARRANIN ITTRSFERITI LILL- BĊE

BĊN parteċipant

Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta’ Diċembru 2006

(EUR)

Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, b’seħħ mill- 1 ta’ Jannar 2007

(EUR)

Ammont ta’ trasferiment

(EUR)

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

1 419 101 951,42

1 423 341 995,63

+4 240 044,21

Deutsche Bundesbank

11 761 707 507,63

11 821 492 401,85

+59 784 894,22

Bank of Greece

1 055 840 342,96

1 046 595 328,50

-9 245 014,46

Banco de España

4 326 975 513,23

4 349 177 350,90

+22 201 837,67

Banque de France

8 275 330 930,88

8 288 138 644,21

+12 807 713,33

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

513 006 857,90

511 833 965,97

-1 172 891,93

Banca d’Italia

7 262 783 714,66

7 217 924 640,86

-44 859 073,80

Banque centrale du Luxembourg

87 254 013,80

90 730 275,34

+3 476 261,54

De Nederlandsche Bank

2 223 363 597,71

2 243 025 225,99

+19 661 628,28

Oesterreichische Nationalbank

1 157 451 203,42

1 161 289 917,84

+3 838 714,42

Banco de Portugal

982 331 062,21

987 203 002,23

+4 871 940,02

Banka Slovenije

0

183 995 237,74  (1)

+ 183 995 237,74

Suomen Pankki

717 118 925,89

717 086 011,07

-32 914,82

Total (2):

39 782 265 621,70

40 041 833 998,13

+ 259 568 376,43


(1)  Jiġi ttrasferit b’seħħ mid-data stabbilita fid-Deċiżjoni BĊE/2006/30.

(2)  Minħabba tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.


Fuq