EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32006D0026
2007/47/EC: Decision of the European Central Bank of 18 December 2006 laying down the measures necessary for the paying-up of the European Central Bank's capital by the non-participating national central banks ( ECB/2006/26 )
2007/47/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2006/26)
2007/47/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2006/26)
ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0028(01)
31.1.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
15 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Diċembru 2006
li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti
(BĊE/2006/26)
(2007/47/KE)
IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 48,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 tat-23 ta' April 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1), iddeterminat il-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li ma jkunux adottaw il-euro fl-1 ta' Mejju 2004, kellhom obbligazzjoni li jħallsu fl-1 ta' Mejju 2004, bħala kontribuzzjoni ta' l-ispejjeż operattivi tal-BĊE. |
(2) |
Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u minħabba li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jissieħbu fis-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN li se jkun membru tas-SEBĊ fl-1 ta' Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital imkabbar tal-BĊE (minn issa “l quddiem l-ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament). |
(3) |
Il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jkun EUR 5 760 652 402,58 b'effet mill-1 ta' Jannar 2007. |
(4) |
L-iskema kapitali teħtieġ l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2004/10 b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, u li tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro sa l-1 ta' Jannar 2007, (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom obbligazzjoni biex iħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. |
(5) |
Minħabba l-Artikoli 3.5 u 6.6 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernaturi tal-Bulgarian National Bank u tal-Banca Naţională a României kellhom l-opportunità biex jissottomettu osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Daqs u forma ta' kapital imħallas
Kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas 7 % tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. Wara li jitqies l-ippeżar ta' l-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/21, kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
BĊN mhux parteċipanti |
(EUR) |
Bulgarian National Bank |
3 561 868,99 |
Česká národní banka |
5 597 049,87 |
Danmarks Nationalbank |
6 104 332,92 |
Eesti Pank |
686 727,37 |
Central Bank of Cyprus |
503 653,84 |
Latvijas Banka |
1 134 330,06 |
Lietuvos bankas |
1 684 760,40 |
Magyar Nemzeti Bank |
5 299 051,33 |
Bank Ċentrali ta' Malta |
250 818,81 |
Narodowy Bank Polski |
19 657 419,83 |
Banca Naţională a României |
10 156 951,89 |
Národná banka Slovenska |
2 727 956,95 |
Sveriges Riksbank |
9 400 866,26 |
Bank of England |
56 187 041,67 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba li kull BĊN mhux parteċipanti, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, diġa ħallas 7 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2006, skond id-Deċiżjoni BĊE/2004/10, kull wieħed minnhom, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României, għandhom jew jittrasferixxu ammont addizjonali lill-BĊE, jew jirċievu ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.
2. Il-Bulgarian National Bank u l-Banca Naţională a României għandhom jittrasferixxu lill-BĊE l-ammont muri ħdejn isimhom fit-tabella fl-Artikolu 1.
3. It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 qed tiġi hawnhekk abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2004/10 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Diċembru 2006.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 205, 9.6.2004, p. 19.
(2) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.