Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32009O0001
Guideline of the European Central Bank of 20 January 2009 amending Guideline ECB/2000/7 on monetary policy instruments and procedures of the Eurosystem (ECB/2009/1)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema (BĊE/2009/1)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema (BĊE/2009/1)
ĠU L 36, 5.2.2009, p. 59–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014
5.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 36/59 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta’ Jannar 2009
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema
(BĊE/2009/1)
(2009/101/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem ’l-Istatut SEBĊ’) u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20,
Billi:
(1) |
Biex ikun hemm politika monetarja waħda hemm bżonn li jiġu ddefiniti l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), sabiex tiġi implimentata din il-politika b’mod uniformi ġewwa l-Istati Membri parteċipanti. |
(2) |
Minħabba żviluppi riċenti fis-swieq tat-titoli sostnuti minn assi, hemm bżonn ta’ ċertu tibdil fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħda tal-Eurosistema. B’mod partikolari, hemm bżonn li jinbidlu r-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni fir-rigward tat-titoli sostnuti minn assi, u biex tiġi eskluża ċerta kategorija ta’ titoli sostnuti minn assi milli jintużaw fl-operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema, sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ li l-operazzjonijiet ta’ kreditu mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn tas-suq għandhom ikunu bbażati fuq garanziji adegwati. |
(3) |
Waħda mill-miżuri tal-kontroll tar-riskju li tista’ tiġi applikata mill-Eurosistema biex ikun hemm protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ hija l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet dwar min jagħmel il-ħruġ jew assi użati bħala garanziji. Biex l-Eurosistema tiġi mħarsa kontra l-espożizzjoni tal-kreditu, jinħtieġ li tiġi limitata l-konċentrazzjoni ta’ min joħroġ bonds mhux koperti tal-banek bħala garanzija, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi ta’ Anness I
L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1) qed jiġi emendat skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Verifika
Il-BĊNi għandhom jibagħtu dettalji tat-testi u l-mezzi dwar kif fiħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida lill-BĊE mhux iktar tard mit-30 ta’ Jannar 2009.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Jannar 2009. L-Artikolu 1 għandu jgħodd mill-1 ta’ Marzu 2009.
Artikolu 4
Indirizzati
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
ANNESS
L-Anness I tal-Linja Gwida BCE/2000/7 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Taqsima 6.2.1 taħt l-intestatura “Tip ta’ Assi” punt c) ir-raba’ paragrafu jinbidel b’dan li ġej:
(*) B’mod partikolari, dan l-obbligu ma jeskludix titoli sostnuti minn assi fejn l-istruttura tal-ħruġ tinkludi żewġ vetturi ta’ għan speċjali u r-rekwiżit tal-‘bejgħ veru’ jiġi sodisfatt fir-rigward ta’ dawk il-vetturi ta’ għan speċjali biex l-istrumenti ta’ debitu maħruġin mit-tieni vettura ta’ għan speċjali ikunu sostnuti direttament jew indirettament mill-ġabra oriġinali ta’ assi mingħajr ma jkun hemm tranching. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ tranches ta’ titoli oħrajn sostnuti minn assi ma jinkludix bonds koperti li jikkonformaw mal-Artikou 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3).”;" |
(2) |
Fil-ħames paragrafu tat-taqsima 6.3.1, tiddaħħal is-sentenza li ġejja wara t-tieni sentenza: “Għal titoli sostnuti minn assi maħruġa mill-1 ta’ Marzu 2009 ’l quddiem, l-obbligu ta’ l-Eurosistema għal standards għolja ta’ kreditu tfisser skont valutazzjoni ta’ kreditu ‘AAA’ fil-ħruġ b’limitu ta’ kwalità ta’ kreditu minimu fuq il-ħajja ta’ titolu ffissat fil-livell ta’ valutazzjoni ta’ kreditu ‘single A (**). (**) ‘AAA’ tfisser klassifikazzjoni fit-tul ‘AAA’ minn Fitch, Standard & Poor jew DBRS jew ‘Aaa’ minn Moody.”;" |
(3) |
Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 6.4.2, jiddaħħal it-tielet inċiż li ġej:
|
(4) |
Il-kaxxa 7 fit-Taqsima 6.4.1 hija sostitwita b’li ġej: “KAXXA 7
Miżuri ta’ kuntroll tar-riskju
L-Eurosistema tapplika l-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju li ġejjin:
Il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju li ġejjin jistgħu jiġu applikati wkoll mill-Eurosistema f’kull żmien jekk ikun jinħtieġ biex tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata ta’ l-Eurosistema konformi ma’ l-Artikolu 18.1 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ:
|
(5) |
It-tabella f’Appendiċi 5 hija sostitwita b’li ġej: “IS-SITI ELETTRONIĊI TA’ L-EUROSISTEMA
|