EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007D0021(01)

2008/121/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2007/21)

ĠU L 42, 16.2.2008, p. 83–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/121(1)/oj

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 42/83


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2007/21)

(2008/121/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) (BĊE) ma tinkludix regoli speċifiċi dwar il-kapitalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati ma’ l-akkwist ta’ attiv intanġibbli. Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa mixtieq li tiddaħħal regola li tispeċifika l-prattika kurrenti.

(2)

L-Artikolu 14(2) tal-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) jistabbilixxi li s-sistema TARGET2 se tissostitwixxi s-sistema TARGET ta’ bħalissa. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) se jemigraw għat-TARGET2 skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja Gwida BĊE/2007/2. Barra minn dan, ċerti BĊNi ta’ l-Istati Membri li m’adottawx l-ewro se jikkunnettjaw mat-TARGET2 skond ftehim separat mal-BĊE u l-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti. Jinħtieġ għalhekk li jiġu emendati r-referenzi għat-“TARGET” fid-Deċiżjoni BĊE/2006/17,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 hija emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

Strumenti sintetiċi

It-trattament kontabilistiku ta’ strumenti sintetiċi għandu jkun skond l-Artikolu 9a tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.”

(2)

Jiġi emendat l-Anness I mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 skond l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Diċembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 38.

(2)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness I mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 jiġi emendat kif ġej:

1.

Fit-tabella ntitolata “Attiv”, fir-rigward tal-partita tal-karta tal-bilanċ 11.2 (“Attiv fiss tanġibbli w intanġibbli”), tiżdied is-sentenza li ġejja fl-aħħar tal-kolonna ntitolata “Prinċipju ta’ valutazzjoni”:

“L-ispiża ta’ l-attiv intanġibbli tinkludi l-prezz għall-akkwist ta’ l-attiv intanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jiġu kkalkulati.”

2.

Il-kelma “TARGET” tiġi sostitwita bil-kelmiet “TARGET/TARGET2” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fit-tabella ntitolata “Attiv”, fir-rigward tal-partita tal-karta tal-bilanċ 9.3; u

(b)

fit-tabella ntitolata “Passiv”, fir-rigward tal-partiti tal-karta tal-bilanċ 6 u 10.2.


Fuq