EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006D0003

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta’ Marzu, 2006 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/3)

ĠU L 89, 28.3.2006, p. 56–57 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 497–498 (MT)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0017(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/248/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

497


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Marzu, 2006

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2006/3)

(2006/248/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 26.2,

Billi:

Għal raġunijiet ta' livell ogħla ta' trasparenza, jinħtieġ li l-iskema tal-pensjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tiġi ppreżentata b'mod ċar fil-kontijiet tal-BĊE. L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 tal-5 ta’ Diċembru, 2002, dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) għandu jiġi emendat biex jirrifletti d-dħul ta' din il-partita fuq in-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE taħt partita 12 “Passivi oħra”,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi

L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 huwa emendat skond l-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih hija adottata.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-13 ta’ Marzu, 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 58, 3.3.2003, pġ. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2005/12 (ĠU L 311, 26.11.2005, pġ. 43).


ANNESS

Emendi ta, l-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11: Kompożizzjoni u regoli ta, valutazzjoni għall-karta tal-bilanċ

L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Attiv, Partita 11.3 Attiv finanzjarju ieħor,” taħt “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ”, is-sentenza li ġejja hija rrevokata:

“Portafolli ta, investiment relatati ma, fondi tal-pensjoni u skemi ta, tmiem ta, impjieg”.

(2)

Fl-ewwel linja tal-partita tal-karta tal-bilanċ “Passivi, Partita 12.3 Diversi”, taħt “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ”, is-sentenza li ġejja hija mdaħħla:

“Passiv nett ta, pensjoni”.

(3)

Fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Passivi, Partita 13 Provisions”, taħt “Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ”, is-sentenza li ġejja hija rrevokata:

“Għal pensjonijiet”.


Fuq