EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32013D0006(01)
2013/169/EU: Decision of the European Central Bank of 20 March 2013 on the rules concerning the use as collateral for Eurosystem monetary policy operations of own-use uncovered government-guaranteed bank bonds (ECB/2013/6)
2013/169/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2013/6)
2013/169/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2013/6)
ĠU L 95, 5.4.2013, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 006 P. 80 - 80
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/04/2015; Imħassar b' 32015D0009
5.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/22 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta’ Marzu 2013
dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema
(BĊE/2013/6)
(2013/169/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stipulati fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1). |
(2) |
Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
(3) |
L-użu dirett ta’ bonds bankarji għall-użu proprju skoperti ggarantiti mill-gvern u l-użu indirett ta’ dawn il-bonds fejn ikunu inklużi fil-pool ta’ bonds koperti maħruġin mill-istess kontroparti li ħarġet il-bonds tal-bank skoperti jew minn entitajiet li huma konnessi mill-qrib ma’ dik il-kontroparti għandhom ikunu kompletament esklużi bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema mill-1 ta’ Marzu 2015. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-kontropartijiet li jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Euroisistema jistgħu jingħataw derogi temporanji minn din il-projbizzjoni mill-Kunsill Governattiv. |
(4) |
Il-kundizzjonijiet ta’ din l-esklużjoni għandhom jiġu stipulati f’Deċiżjoni tal-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bidliet fir-regoli dwar l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern
1. Mill-1 ta’ Marzu tal-2015, bonds tal-bank skoperti maħruġin mill-kontroparti li qed tużahom jew minn entitajiet konnessi mill-qrib mal-kontroparti u ggarantiti bis-sħiħ minn entità jew aktar fis-settur pubbliku miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li għandhom id-dritt li jiġbru t-taxxi ma jistgħux jintużaw aktar bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema minn dik il-kontroparti kemm: (a) direttament; kif ukoll (b) indirettament fejn ikunu inklużi fil-pool ta’ bonds koperti maħruġin mill-istess kontroparti li ħarġet il-bonds tal-bank skoperti jew minn entitajiet konnessi mill-qrib ma’ dik il-kontroparti.
2. F’każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi dwar derogi temporanji mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għal massimu ta’ tliet snin. Talba għal deroga għandha tkun akkompanjata minn pjan ta’ finanzjament li jindika kif l-użu proprju ta’ bonds tal-bank skoperti ggarantiti mill-gvern mill-kontroparti li qed tagħmel it-talba ser jinqata’ b’mod gradwali sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-għoti tad-deroga.
3. F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni, il-Linja Gwida BĊE/2011/14 u l-Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (2), f’kull każ kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din id-Deċiżjoni għandha tipprevali.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2013.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Marzu 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(2) Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.