EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009O0009

Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar it-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (BĊE/2009/9)

ĠU L 123, 19.5.2009, p. 94–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2012; Imħassar b' 32012O0027

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2009/390/oj

19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/94


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar it-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2)

(BĊE/2009/9)

(2009/390/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar it-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (1) li tirregola t-TARGET2 li hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika waħda msejħa l-Pjattaforma Mqassma Waħda (Single Shared Platform) (SSP).

(2)

Għandhom isiru emendi għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2: (a) minħabba ħruġ ġdid tal-SSP u l-ħtieġa li jiġi ddefinit il-cross-system settlement ġdid; u (b) biex jiġi permess aċċess għat-TARGET2 minn istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ proprjetà pubblika li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt id-dritt Komunitarju, huma suġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

L-Annessi II, III u IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2009.

2.   L-Artikolu 1 għandu japplika mill-11 ta’ Mejju 2009.

Artikolu 3

Indirizzati u miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Din il-Linja ta’ Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro għandhom sal-11 ta’ Mejju 2009 jibagħtu lill-BĊE l-miżuri li bihom għandhom fiħsiebhom li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


ANNESS

1.

L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:

Id-definizzjoni ta’ ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ fl-Artikolu 1 tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 4(1)(a) u, jekk huwa rilevanti, l-Artikolu 2 tad-Direttiva Bankarja] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 101(2) tat-Trattat li hija suġġetta għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità nazzjonali kompetenti.”

2.

L-Anness III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:

Id-definizzjoni ta’ ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ fil-lista ta’ definizzjonijiet f'dan l-Anness tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)(a) tad-Direttiva Bankarja, kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li hija suġġetta għal superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 101(2) tat-Trattat li hija suġġetta għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti.”

3.

L-Anness IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“—

cross-system settlement’ tfisser is-settlement f’ħin reali ta’ struzzjonijiet ta’ debitu li taħthom isiru l-ħlasijiet minn bank tas-settlement ta’ AS wieħed bl-użu ta’ proċedura ta’ settlement 6 lil bank tas-settlement ta’ AS ieħor bl-użu ta’ proċedura ta’ settlement 6;

Static Data (Management) Module’ tfisser il-modulu SSP fejn data statiċi jinġabru u jiġu rrikordjati.”

(2)

Jiżdied il-paragrafu 3(7) li ġej:

“(7)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li l-ASs li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tal-AS li bihom fiħsiebhom jeżegwixxu cross-system settlement u d-data minn meta l-cross-system settlement b’AS partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module.”

(3)

Il-paragrafu 4(3) jinbidel b’dan li ġej:

“(3)

Struzzjoni ta’ ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:

(a)

l-istruzzjoni ta’ ħlas tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-provditur tas-servizz tan-netwerk;

(b)

l-istruzzjoni ta’ ħlas tikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar tas-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-ASCB;

(c)

il-bank tas-settlement huwa fil-lista ta’ banek ta’ settlement imsemmijin fil-paragrafu 3(1);

(d)

fil-każ ta’ cross-system settlement, l-AS rilevanti huwa fil-lista ta’ ASs li bihom jista’ jiġi eżegwit il-cross-system settlement;

(e)

fil-każ li l-parteċipazzjoni tal-bank tas-settlement fit-TARGET2 ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-SCB tal-bank tas-settlement sospiż.”

(4)

Il-paragrafu 6(1)(f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

Proċedura ta’ settlement 6 (likwidità ddedikata u cross-system settlement).”

(5)

Il-paragrafu 8(5) jinbidel b’dan li ġej:

“(5)

Meta ASCB joffri proċedura ta’ settlement 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta’ komponent TARGET2 għall-banek ta’ settlement, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għall-cross-system settlement. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x’jaqsmu, flimkien ma’ numru ta’ kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma’ mhux aktar minn 32 karattru (jiddependi fuq l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti).”

(6)

Il-paragrafu 14 jinbidel b’dan li ġej:

“14.   Proċedura ta’ settlement 6 - Likwidità ddedikata u cross-system settlement

(1)

Il-proċedura ta’ settlement 6 tista’ tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak integrat, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 13 u 14 sa 18 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell integrat, l-AS rilevanti għandu juża kont mera biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-settlement. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-settlement għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar AS speċifiku.

(2)

Jekk jitolbu hekk, il-banek tas-settlement għandhom jiġu nnotifikati pemezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 bl-ikkreditar jew l-iddebitar tal-kontijiet PM tagħhom u, jekk japplika, tas-subkontijiet tagħhom.

(3)

Meta joffru cross-system settlement taħt il-proċedura ta’ settlement 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet cross-system settlement, jekk jinbdew mill-ASs rilevanti. AS jista’ jibda cross-system settlement biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta’ settlement 6 għandha tkun qed taħdem fl-AS li jirċievi l-istruzzjoni ta’ ħlas. Cross-system settlement għandha tiġi offruta kemm għall-ipproċessar bin-nhar u bil-lejl taħt il-proċedura ta’ settlement 6. Il-possibbiltà li tiġi eżegwita cross-system settlement bejn żewġ ASs individwali għandha tiġi rrikordjata fl-iStatic Data (Management) Module.

(A)   Mudell interfaced

(4)

Meta joffru l-proċedura ta’ settlement 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-settlement ta’ bilanċi ta’ kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta’ tranżazzjonijiet AS billi:

(a)

jippermettu li bank tas-settlement jiffinanzja minn qabel l-obbligu tas-settlement prospettiv tiegħu permezz ta’ trasferimenti ta’ likwidità mill-kont PM tiegħu għal ġewwa s-subkont tiegħu (minn issa 'l quddiem ‘likwidità ddedikata’) qabel l-ipproċessar AS; u

(b)

l-istruzzjonijiet ta’ ħlas tal-AS jiġu settled wara li jitlesta l-ipproċessar AS: fir-rigward tal-banek tas-settlement qasir billi s-subkontijiet tagħhom jiġu ddebitati (fil-limiti tal-fondi pprovduti f’dak il-kont) u billi jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS, u fir-rigward tal-banek tas-settlement twal billi jiġu kkreditati s-subkontijiet tagħhom u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS.

(5)

Meta joffru l-proċedura ta’ settlement 6:

(a)

l-SCBs għandhom jiftħu mill-anqas subkont wieħed fir-rigward ta’ AS wieħed għal kull bank tas-settlement; u

(b)

l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għall-AS biex: (i) jiġu kkreditati fondi miġbura mis-subkontijiet tal-banek tas-settlement qasir; u (ii) jiġu ddebitati fondi meta jsiru krediti fis-subkontijiet iddedikati tal-banek tas-settlement twal.

(6)

Il-proċedura ta’ settlement 6 għandha tkun offruta kemm għal ipproċessar ta’ bi nhar u operazzjonijiet ta’ bil-lejl tal-ASs. Fil-każ tal-aħħar, il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju.

(7)

Fil-proċedura ta’ settlement 6 u fir-rigward tad-dedikazzjoni tal-likwidità, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta’ servizz ta’ trasferiment ta’ likwidità fil- u mis-subkont:

(a)

standing orders li banek tas-settlement jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f’kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ f’jum ta’ negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu settled fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl ta’ AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu settled wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet kurrenti, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-settlement (permezz tal-ICM) jew tal-AS rilevanti permezz ta’ messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ settlement 6 (identifikata bl-intervall ta’ bejn il-messaġġ ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ sa dak ta’ ‘tmien-ta’-proċedura’) u li jiġu settled biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ma jkunx għadu beda. Jekk l-AS jibgħat ordni kurrenti li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi settled parzjalment;

(c)

ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss waqt it-tħaddim ta’ proċedura ta’ settlement 6 u matul l-ipproċessar ta’ bi nhar biss. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu settled minnufih. Fil-każ ta’ ċiklu li jkun qed jaħdem, dan għandu jsir mingħajr ma jiġi nnotifikat l-AS.

(8)

Il-proċedura ta’ settlement 6 għandha tibda permezz ta’ messaġġ ta’ ‘bidu-ta’- proċedura’ u tispiċċa permezz ta’ messaġġ ta’ ‘tmiem-ta’-proċedura’, biż-żewġ messaġġi jintbagħtu mill-AS. Iżda, għall-operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari, il-messaġġ ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ jintbagħat mill-ASCB. Messaġġi ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ għandhom jibdew is-settlement ta’ standing orders għat-trasferiment ta’ likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta’ ‘tmiem-ta’-proċedura’ iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta’ likwidità mis-subkont għall-kont PM.

(9)

Fil-proċedura ta’ settlement 6, il-likwidità ddedikata fis-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ikun qed jaħdem (li jibda b’messaġġ ta’ ‘bidu-ta’-ċiklu’ u jispiċċa b’messaġġ ta’ ‘tmiem-ta’-ċiklu’, it-tnejn li huma jintbagħtu mill-AS) u rrilaxxata wara. Il-bilanċ iffriżat jista’ jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat ta’ ħlasijiet cross-system settlement.

(10)

F’kull ċiklu tal-ipproċessar AS, l-istruzzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu settled mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoritmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II).

(11)

F’kull ċiklu tal-ipproċessar AS, il-likwidità ddedikata ta’ bank tas-settlement tista’ tiżdied permezz tal-ikkreditar ta’ ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor (incoming) direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta’ fidi. F’dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM).

(12)

Cross-system settlement bejn żewġ ASs li jkunu interfaced jista’ jinbeda biss minn AS (jew l-ASCB tiegħu għan-nom tiegħu) li s-subkont tal-parteċipant jiġi ddebitat. L-istruzzjoni għall-ħlas tiġi settled bl-iddebitjar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni ta’ ħlas mis-subkont ta’ parteċipant tal-AS li jibda l-istruzzjoni ta’ ħlas u l-kkreditjar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ AS ieħor.

L-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-AS l-oħrajn għandhom jiġu nnotifikati meta jispiċċa s-settlement.

(13)

Cross-system settlement minn AS bl-użu ta’ mudell interfaced lil AS bl-użu ta’ mudell integrat jista’ jinbeda mill-AS bl-użu ta’ mudell interfaced (jew l-ASCB tiegħu f’ismu). L-istruzzjoni għall-ħlas tiġi settled bl-iddebitjar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni ta’ ħlas mis-subkont ta’ parteċipant tal-AS bl-użu ta’ mudell interfaced u jiġi kkreditat il-kont mera użat mill-AS bl-użu ta’ mudell integrat. Il-ħlas ma jistax jinbeda mill-AS bl-użu ta’ mudell integrat li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.

L-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-AS l-oħrajn għandhom jiġu nnotifikati meta jispiċċa s-settlement.

(B)   Mudell integrat

(14)

Meta joffru l-proċedura ta’ settlement 6 għall-mudelli integrati, il-ASCBs jew il-SCBs għandhom jappoġġjaw dak is-settlement. Fil-każ li tintuża l-proċedura ta’ settlement 6 għall-mudell integrat tal-ipproċessar ta’ bi nhar, tiġi offruta biss funzjonalità limitata.

(15)

Fil-proċedura ta’ settlement 6 u fir-rigward tal-mudell integrat, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta’ servizz ta’ trasferiment ta’ likwidità f’kont mera:

(a)

standing orders (għal ipproċessar ta’ bi nhar u operazzjonijiet ta’ bil-lejl tal-AS), li l-banek tas-settlement jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f’kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ f’jum ta’ negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu settled fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Jekk standing order għall-ipproċessar ta’ bi nhar mhix koperta, din tinċaħad. Matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl ta’ AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu settled wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet kurrenti, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-settlement (permezz tal-ICM) jew tal-AS rilevanti permezz ta’ messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ settlement 6 (identifikata bl-intervall ta’ bejn il-messaġġ ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ sa dak ta’ ‘tmien-ta’-proċedura’) u li jiġu settled biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ma jkunx għadu beda. Jekk l-AS jibgħat ordni kurrenti li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi settled parzjalment;

(c)

ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss waqt l-ipproċessar ta’ bi nhar biss. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu settled minnufih.

(16)

Ir-regoli rigward il-messaġġi ta’ ‘bidu-ta’-proċedura’ u ‘tmiem-ta’-proċedura’, kif ukoll rigward il-bidu u t-tmiem taċ-ċiklu għall-mudell interfaced, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(17)

Cross-system settlement bejn żewġ ASs li jużaw mudell integrat jista’ jinbeda biss minn AS (jew l-ASCB tieghu f’ismu) li l-kont mera tiegħu jigi ddebitat. L-istruzzjoni għall-ħlas tiġi settled bl-iddebitjar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni ta’ ħlas mill-kont mera użat mill-AS li jibda l-istruzzjoni ta’ ħlas u l-ikkreditjar tal-kont mera użat minn AS ieħor. L-istruzzjoni ta’ ħlas ma tistax tinbeda minn AS li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.

L-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-AS l-oħrajn għandhom jiġu nnotifikati meta jispiċċa s-settlement.

(18)

Cross-system settlement minn AS bl-uzu ta’ mudell interfaced lil AS bl-użu ta’ mudell interfaced jista’ jinbeda mill-AS bl-użu ta’ mudell interfaced (jew l-ASCB tiegħu għan-nom tiegħu). L-istruzzjoni għall-ħlas tiġi settled bl-iddebitjar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni ta’ ħlas minn kont mera użat mill-AS bl-użu ta’ mudell integrat u jiġi kkreditat is-subkont ta’ parteċipant ta’ AS ieħor. L-istruzzjoni tal-ħlas ma tistax tinbeda mill-AS bl-użu ta’ mudell interfaced li s-subkont tal-parteċipant tiegħu jiġi kkreditat.

L-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-AS l-oħrajn għandhom jiġu nnotifikati meta jispiċċa s-settlement.”


Fuq