EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0007(01)

2012/258/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/22 dwar il-proċedura għall-akkreditazzjoni tal-kwalità għall-manifatturi ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/7)

ĠU L 126, 15.5.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 018 P. 74 - 74

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 26/02/2015; Imħassar b' 32013D0054(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/258/oj

15.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/13


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ April 2012

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/22 dwar il-proċedura għall-akkreditazzjoni tal-kwalità għall-manifatturi ta’ karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2012/7)

(2012/258/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2010/22 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar il-proċedura għall-akkreditazjoni tal-kwalità għall-manifatturi ta’ karti tal-flus tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(4), 7 u 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kompetenza tal-Bord Eżekuttiv biex jiddeċìedi dwar akkreditazzjonijiet taħt Artikolu 2(4) ta’ Deċiżjoni BĊE/2010/22 hija ddelegata lilu mill-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 12.1, paragrafu 2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

Il-proċedura għall-għoti, it-tiġdid u l-estensjoni tal-akkreditazzjoni tal-kwalità stipulata fid-Deċiżjoni BĊE/2010/22 għandha tiġi emendata sabiex tippermetti l-ipproċessar aktar ta’ malajr ta’ talbiet għall-akkreditazzjoni tal-kwalità, u b’hekk tiżgura l-għoti, it-tiġdid jew l-estensjoni f’waqtha tal-akkreditazzjoni, u biex ittaffi l-piż amministrattiv fuq il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(3)

Għal dan il-għan, għandu jkun possibbli għall-Bord Eżekuttiv li jissubdelega l-kompetenza biex jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-akkreditazzjoni ta’ rutina lil wieħed jew aktar mill-membri tiegħu. Is-subdelega m’għandhiex, madankollu, tkopri l-kompetenza biex jingħataw eżenzjonijiet, jiġu miċħuda talbiet għall-akkreditazzjoni, u biex jiġu sospiżi jew revokati l-akkreditazzjonijiet.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/22 għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22 huwa mibdul b’dan li ġej:

“4.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti biex jieħu d-deċiżjonijiet kollha fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-kwalità ta’ manifattur, waqt li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Karti tal-Flus, u għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b'dan. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jissubdelega l-poteri biex jagħti, jġedded jew jestendi din l-akkreditazzjoni skont l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(3) u l-Artikoli 7 u 10 lil wieħed jew aktar mill-membri tiegħu.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ April 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  GU L 330, 15.12.2010, p. 14.


Fuq