EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32011D0006(01)
2011/342/EU: Decision of the European Central Bank of 9 May 2011 amending Decision ECB/2004/3 on public access to European Central Bank documents (ECB/2011/6)
2011/342/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/6)
2011/342/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/6)
ĠU L 158, 16.6.2011, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 004 P. 303 - 304
Fis-seħħ
16.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/37 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Mejju 2011
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2011/6)
(2011/342/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista’ jassenja kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jikkonċernaw il-politiki li jirrigwardaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-eċċezzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni. Il-Kunsill eżerċita din l-għażla u skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2) assenja lill-BĊE il-kompitu li jipprovdi s-Segretarjat lill- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u b’hekk jipprovdi sostenn analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv lill-BERS. F’dan il-kuntest, il-BĊE ser iħejji jew iżomm dokumenti relatati mal-attivitajiet u politiki u deċiżjonijiet tiegħu relatati mal-BERS li ser jikkwalifikaw bħala dokumenti tal-BĊE skont it-tifsira ta’ Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (3). |
(2) |
Filwaqt li skont l-Artikolu 7(1) ta’ Regament (UE) Nru 1096/2010, is-Segretarjat tal-BERS jiżgura l-applikazzjoni ta’ Deċiżjoni BĊE/2004/3 li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet u l-limiti skont liema l-BERS għandu jagħti aċċess lid-dokumenti tal-BERS, il-BĊE għandu jadatta Deċiżjoni BĊE/2004/3 biex tirrifletti l-fatt illi l-BĊE ser iħejji jew iżomm dokumenti relatati mal-attivitajiet tiegħu relatati mal-BERS u politiki jew deċiżjonijiet li ser jikkwalifikaw baħala dokumenti tal-BĊEskont it-tifsira tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3. |
(3) |
Hemm bżonn li jiġi żgurat illi l-BĊE jista’ jirrifjuta l-aċċess għal dokumenti relatati mal-attivitajiet tiegħu u politiki jew deċiżjonijiet skont l-Artikolu 127(5) u (6) tat-Trattat imħejjijin jew miżmumin minnu fil-qasam tal-istabbiltà finanazjarja, inklużi dawk relatati mal-appoġġ tiegħu lill-BERS, fejn l-iskopertura tagħhom xxekkel l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. |
(4) |
L-emendi neċessarji għandhom isiru wkoll lil Deċiżjoni BĊE/2004/3 sabiex jirriflettu bidliet fit-terminoloġija u r-rinumerazzjoni tal-artikoli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni BĊE/2004/3 hija emendata kif ġej:
1. |
Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 4(4) qed tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fir-rigward ta’ talbiet għall-aċess għal dokumenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tapplika Deċiżjoni BERS/2011/5 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-3 ta’ Ġunju 2011 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*), adottata abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (**). |
3. |
Fl-Artikolu 8 ir-referenzi għal Artikolu 230 huwa mibdul minn referenzi għal Artikolu 263 u referenzi għal Artikolu 195 minn referenzi għal Artikolu 228 tat-Trattat. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għdha tidħol fis-seħħ fit-18 June 2011.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Mejju 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.
(3) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42.