EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004D0005(01)
Decision of the European Central Bank of 22 April 2004 on the national central banks’ percentage shares in the key for subscription to the European Central Bank’s capital (ECB/2004/5)
2004/502/: 2004/502/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2004/5)
2004/502/: 2004/502/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2004/5)
ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0021
9.6.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
L 205/5 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ April, 2004
dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2004/5)
(2004/502/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.4 u 49.3,
Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 47.2 ta' l-Istatut,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), stabbiliet b’effett mill-1 ta' Jannar, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Jannar, 2004 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali” rispettivament). |
(2) |
Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE għandu jiżdied awtomatikament skond l-Artikolu 49.3 ta' l-iStatut. Din iż-żieda teħtieġ il-kalkulazzjoni tal-proporzjon fl-iskema kapitali ta' kull BĊNi li jkun parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, b’analoġija ma' l-Artikolu 29.1 u b’konformita' ma' l-Artikolu 29.2 ta' l-iStatut. L-iskema kapitali estiża tal-BĊE u l-proporzjon ta' l-iskema kapitali ta' kull BĊN japplika b' effett mill-1 ta' Mejju, 2004. |
(3) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju, 2003, dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni ta’ l-iskema kapitali estiża. |
(4) |
Minħabba l-Artikolu 3.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, u minħabba l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali għal din id-Deċiżjoni, il-Gvernaturi taċ-Česká národní banka, ta' l-Eesti Pank, tas-Central Bank of Cyprus, tal-Latvijas Banka, tal-Lietuvos bankas, tal-Magyar Nemzeti Bank, tal-Bank Ċentrali ta' Malta, tan-Narodowy Bank Polski, tal-Banka Slovenije u tan-Národná banka Slovenska kellhom l-opportunita' biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel ma tiġi addottata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Aġġustament
Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta biex tintuża fl-aġġustament ta' l-iskema kapitali u l-figuri ma jlaħħqux għall-100 %, id-differenza għandha tkun kumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt peċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt peċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.
Artikolu 2
Il-Proporzjonijiet fl-iskema kapitali
Il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta' l-Istatut, għandhom, b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, ikunu kif ġej:
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
2,5502 % |
Česká národní banka |
1,4584 % |
Danmarks Nationalbank |
1,5663 % |
Deutsche Bundesbank |
21,1364 % |
Eesti Pank |
0,1784 % |
Bank of Greece |
1,8974 % |
Banco de España |
7,7758 % |
Banque de France |
14,8712 % |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
0,9219 % |
Banca d’Italia |
13,0516 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1300 % |
Latvijas Banka |
0,2978 % |
Lietuvos bankas |
0,4425 % |
Banque centrale du Luxembourg |
0,1568 % |
Magyar Nemzeti Bank |
1,3884 % |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0647 % |
De Nederlandsche Bank |
3,9955 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,0800 % |
Narodowy Bank Polski |
5,1380 % |
Banco de Portugal |
1,7653 % |
Banka Slovenije |
0,3345 % |
Národná banka Slovenska |
0,7147 % |
Suomen Pankki |
1,2887 % |
Sveriges Riksbank |
2,4133 % |
Bank of England |
14,3822 % |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.