EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004D0008(01)
Decision of the European Central Bank of 22 April 2004 laying down the measures necessary for the contribution to the European Central Bank’s accumulated equity value, for adjusting the national central banks claims equivalent to the transferred foreign reserve assets, and for related financial issues (ECB/2004/8)
2004/505/: 2004/505/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat ta' l-ekwita tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati (BĊE/2004/8)
2004/505/: 2004/505/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat ta' l-ekwita tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati (BĊE/2004/8)
ĠU L 205, 9.6.2004, p. 13–16
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0024(01)
9.6.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
L 205/13 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ April, 2004
li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat ta' l-ekwita tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati
(BĊE/2004/8)
(2004/505/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 30,
Billi:
(1) |
Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-BĊNi ta' l-iStati Membri li addottaw l-ewro (minn issa' l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) fl-iskema kapitali tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali rispettivament”) għandhom jiġu assenjati, kif stabbilit fid-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1). |
(2) |
Dan l-aġġustament jirriżulta wkoll għall-ħtieġa li jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE ikun ikkredita lill-BĊNi parteċipanti skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut, u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta' l-assi barranin ta' riżerva tal-BĊNi parteċipanti lill-BĊE, (minn issa' l quddiem “il-klejms”). |
(3) |
Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba l-estenzjoni ta' l-iskema kapitali fl-1 ta' Mejju, 2004, għandhom minħabba f’hekk iwettqu trasferiment ta' kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba din l-estenzjoni. |
(4) |
Mill-1 ta' Mejju, 2004, il-limitu ta' l-ammont ta' assi barranin ta' riżerva li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-BĊE se jkun ta'55 646 692 471,89 ewro. |
(5) |
Skond il-prinċipji ġenerali tas-sens ġust, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta' l-aspettazzjonijiet leġittimi li huma l-bażi ta' l-Istatut, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmija, għandhom ukoll iwettqu trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jiċkien. |
(6) |
Il-proporzjonijiet rispettivi ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali sal-30 ta' April, 2004, u mill-1 ta' Mejju, 2004, għandhom jiġu rrappreżentati bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt għalih mill-BĊNi parteċipanti kollha, għall-iskop biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta' kull BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
Il-“valur akkumulat ta' l-ekwita” għandha tfisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, il-kontijiet ta' rivalutazzjoni u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif imsemmi fil-kontijiet annwali tal-BĊE u approvati mill-Kunsill Governattiv għas-sena finanzjarja 2003. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita' tal-“valur akkumulat ta l-ekwita”, il-fond ta' riżerva ġenerali, u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għal telf ta' valutazzjoni fir-rigward tar-rati tal-kambju u l-prezzijiet tas-suq. |
(b) |
Id-“data tat-trasferiment” għandha tfisser id-19 ta' Mejju, 2004. |
(c) |
“Id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro” għandha jkolha l-istess tifsira bħall-frażi “id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro ċċirkulati” kif iddefinita fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2002/9 tal-21 ta' Novembru, 2002, dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-iStati Membri parteċipanti (2). |
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE
1. Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiżdied minħabba t-tkabbir fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali fl-1 ta' Mejju, 2004, dak il-BĊN fid-data tat-trasferiment għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 3.
2. Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiċkien minħabba t-tnaqqis fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali fl-1 ta' Mejju, 2004, dak il-BĊN fid-data tat- trasferiment għandu jirċievi mill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 3.
3. Fl-14 ta' Mejju, 2004, jew qabel, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN għandu jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Salv xi aġġustament li jkun meħtieġ, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jiġi kkalkulat bil-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat ta' l-ekwita' bid-differenza assoluta bejn il-proporzjon ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali fil-30 ta' April, 2004, u l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Mejju, 2004, u bid-diviżjoni tar-riżultat b’100.
4. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut fl-ewro fil-1 ta’ Mejju, 2004, imma għandu jiġi ttrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.
5. Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN parteċipanti jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi xi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, għandu wkoll jittrasferixxi separatament kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sad-data tat-trasferiment, dwar kull ammont dovut rispettiv minn dak il-BĊN parteċipanti u mill-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.
6. Jekk il-valur akkumulat ta' l-ekwita' jkun anqas minn zero, l-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5, għandhom jiġu rregolati fid-direzzjonijiet opposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u fil-paragrafu 5.
Artikolu 3
Aġġustament tal-klejms li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta’ riżerva ttrasferiti
1. Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom jiġu aġġustati fl-1 ta' Mejju, 2004, skond il-proporzjonijiet tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti mill-1 ta' Mejju, 2004, qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
2. Kull BĊN parteċipanti, bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita' jew atti, għandu jitqies li jkun jew ittrasferixxa jew irċieva fl-1 ta' Mejju, 2004, il-valur assolut tal-klejm (f’ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “-” għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN.
3. Fit-3 ta' Mejju, 2004, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta' l-ammont (f’ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' olonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN.
4. Fit-3 ta' Mejju, 2004, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jittrasferixxu xi ammonti skond il-paragrafu 3, għandhom ukoll jittrasferixxu separatament kull imgħax akkumulat matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sat-3 ta' Mejju, 2004, dwar l-ammonti dovuti rispettivi mill-BĊE u minn dawk il-BĊNi. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkunu l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.
Artikolu 4
Kwistjonijiet finanzjarji relatati
1. B' deroga mit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-iStati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja, 2002 (3), il-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewro ċċirkulati għandhom, għall-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Mejju, 2004, jiġu kkalkulati abbażi ta' l-iskema kapitali estiża applikabbli mill-1 ta' Mejju, 2004, u li hi applikata għall-bilanċi dwar it-total tal-karti tal-flus ewro li jkunu fiċ-ċirkulazzjoni fit-30 ta' April, 2004. Ir-rata medja tad-dħul, kif deskritta fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16, għandha tiġi kkalkulata separatament għall-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, u għall-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Diċembru, 2004. Għall-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Diċembru, 2004, l-ammonti ta' kumpens u l-entrati tal-kontabilita' biex jibbilanċjaw dawk l-ammonti, kif deskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16, għandhom jiġu rreġistrati fil-kotba ta' kull BĊN bid-data tal-valur ta' l-1 ta' Mejju, 2004. B’deroga mit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16, kull erba' xhur il-BĊE għandu jinforma lill-BĊNi bl-ammonti ta' dħul monetarju kumulattiv dwar il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, u kull xahrejn dwar il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sat-30 ta' Ġunju, 2004.
2. Dwar il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, id-dħul monetarju tal-BĊNi, ir-remunerazzjoni tal-klejms tal-BĊNi ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, u r-remunerazzjoni dwar il-bilanċi interni għall-Ewrosistema mill-karti tal-flus ewro ċċirkulati għandhom jiġu allokati u distribwiti skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fit-30 ta' April, 2004. Id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro, għall-ewwel trimestru ta' l-2004 għandu jiġi allokat skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fit-30 ta' April, 2004, u għat-tieni trimestru ta' l-2004 skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli mill-1 ta' Mejju, 2004.
3. Il-profitt jew telf nett tal-BĊE, skond kif ikun il-każ, għas-sena finanzjarja 2004, għandu jkun allokat abbażi tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli mill-1 ta’ Mejju, 2004.
4. Jekk fl-aħħar ta' l-2004, il-BĊE jikkalkula li x’aktarx jagħmel telf ġenerali għas-sena finanzjarja 2004, jew jekk il-profitt nett tiegħu x’aktarx ikun anqas mill-ammont tad-dħul tiegħu mill-karti tal-flus ewro għal dik is-sena, il-BĊE għandu jżomm id-dħul tiegħu mill-karti tal-flus għar-raba' trimestru ta' l-2004. Skond kemm jestima li se jkun it-telf, il-BĊE għandu wkoll jeżiġi r-riversjoni ta' l-ammont sħiħ jew parti minnu ta' kwalunkwe distribuzzjoni inetrim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro magħmul fit-tielet, fit-tieni u fl-ewwel trimestru ta' l-2004, f’dik l-ordni, sakemm dan it-telf jiġi kopert. Fil-każ li l-BĊE jagħmel telf fis-sena finanzjarja 2004, u d-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro għal dik is-sena ma jkunx biżżejjed biex ikopri dak it-telf, il-BĊE għandu jpaċi t-telf b' dan li ġej:
(a) |
kontro-provvediment ta' flus mill-fond ta' riżerva ġenerali tal-BĊE; |
(b) |
suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skond l-Artikolu 33 ta' l-iStatut, il-dħul monteraju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Diċembru, 2004; |
(c) |
suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skond l-Artikolu 33 ta' l-iStatut, id-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004. |
5. Jekk ikun jinħtieġ li xi parti mid-dħul distribwit tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro għall-ewwel trimestru ta' l-2004 jiġi mħallas lura skond il-paragrafu 4, u jekk ikun jinħtieġ li d-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, jiġi ttrasferit lura lill-BĊE, minbarra l-ħlasijiet deskritti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3, għandhom isiru ħlasijiet ta' kumpens. Kull BĊN parteċipanti li l-proporzjoni tiegħu fl-iskema kapitali jiżdied fl-1 ta' Mejju, 2004, għandu jagħmel dan il-ħlas lill-BĊE, u l-BĊE għandu jagħmel dan il-ħlas lil kull BĊN parteċipanti li l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali jiċkien fl-1 ta' Mejju, 2004. L-ammont ta' ħlasijiet ta' kumpens għandhom jiġu kkalkulati kif ġej. Id-dħul totali u ripagabbli tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro għall-ewwel trimestru ta' l-2004 għandu jiġi mmultiplikat, bid-differenza assoluta bejn il-proporzjon tal-BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali fit-30 ta' April, 2004 u l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali fil-31 ta' Diċembru, 2004, bir-riżultat diviż b’100. Dwar il-ħlasijiet ta' kumpens dwar id-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Jannar, 2005, sad-data tal-pagament ta' dawn il-ħlasijiet, għandu jiddekorri l-imgħax.
6. Il-ħlasijiet ta' kumpens addizzjonali dwar id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro kif deskritt fil-paragrafu 5 għandu jitħallas fl-4 ta' Jannar, 2005. Il-ħlasijiet ta' kumpens addizzjonali dwar id-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien kif deskritt fil-paragrafu 5, kif ukoll l-imgħax akkumulat, għandu jitħallas fit-tieni jum ta' xogħol wara t-tieni laqgħa tal-Kunsill Governattiv f' Marzu, 2005.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 2, skond il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 3 u skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 4, għandu jiġi kkalkukat ġurnata b'ġurnata, permezz tal-metodu tal-kalkulazzjoni ta' 360-jum attwali, b’rata ekwivalenti għar-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-SEBĊ fl-operazzjoni prinċipali ta' rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.
2. Kull trasferiment skond il-paragrafi 1, 2 u 5 ta' l-Artikolu 2, skond il-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 3, u skond il-paragrafi 5 u 6 ta' l-Artikolu 4, għandu jseħħ separatament permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET).
3. Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jagħmlu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jeżegwixxu dawn it-trasferimenti fil-ħin u kif għandu jkun.
Artikolu 6
Dispożizzjoni Finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.
(2) ĠU L 323, 28.11.2002, p. 49.
(3) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2003/22 (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 39).
ANNESS
Klejms li huma ekwivalenti gĦall-assi barranin ta’ riŻerva ttrasferiti lill-bĊe (*)
(EUR) |
|||
BĊN parteċipanti |
Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, fit- 30 ta' April, 2004 |
Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta' Mejju, 2004 |
Ammont ta’ ħlas ittrasferit |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
1 414 850 000 |
1 419 101 951,42 |
+4 251 951,42 |
Deutsche Bundesbank |
11 702 000 000 |
11 761 707 507,63 |
+59 707 507,63 |
Bank of Greece |
1 080 700 000 |
1 055 840 342,96 |
–24 859 657,04 |
Banco de España |
4 390 050 000 |
4 326 975 513,23 |
–63 074 486,77 |
Banque de France |
8 258 750 000 |
8 275 330 930,88 |
+16 580 930,88 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
512 700 000 |
513 006 857,90 |
+306 857,90 |
Banca d’Italia |
7 286 300 000 |
7 262 783 714,66 |
–23 516 285,34 |
Banque centrale du Luxembourg |
85 400 000 |
87 254 013,80 |
+1 854 013,80 |
De Nederlandsche Bank |
2 216 150 000 |
2 223 363 597,71 |
+7 213 597,71 |
Oesterreichische Nationalbank |
1 150 950 000 |
1 157 451 203,42 |
+6 501 203,42 |
Banco de Portugal |
1 006 450 000 |
982 331 062,21 |
–24 118 937,79 |
Suomen Pankki |
714 900 000 |
717 118 925,89 |
+2 218 925,89 |
Total |
39 819 200 000 |
39 782 265 621,70 |
–36 934 378,30 |
(*) Minħabba xi aġġustament, it-totali jistgħu ma jaqblux mat-total tal-figuri kollha li qed jintwerew.