EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004D0009(01)
Decision of the European Central Bank of 22 April 2004 amending Decision ECB/2001/15 of 6 December 2001 on the issue of euro banknotes (ECB/2004/9)
2004/506/: 2004/506/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2004/9)
2004/506/: 2004/506/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2004/9)
ĠU L 205, 9.6.2004, p. 17–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0029(01)
9.6.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
L 205/17 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ April, 2004
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro
(BĊE/2004/9)
(2004/506/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(1), u l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 16,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (1),
Billi:
(1) |
Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet il-ġodda assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(2) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 “l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus” jiddefiniha b’referenza għall-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 li jispeċifika l-iskema applikabbli fl-1 ta' Jannar, 2004. Jinħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li se tapplika mill-1 ta' Mejju, 2004, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2001/15
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b' li ġej: “L-Anness ma' din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li se tapplika mill-1 ta' Mejju, 2004.” |
(2) |
L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitiwit bit-test ipprovdut fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni Finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2003/23 (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 40).
(2) Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.
ANNESS
Skema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus mill-1 TA’ MEJJU, 2004
Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,2820 % |
Deutsche Bundesbank |
27,2000 % |
Bank of Greece |
2,4415 % |
Banco de España |
10,0065 % |
Banque de France |
19,1375 % |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
1,1865 % |
Banca d’Italia |
16,7960 % |
Banque centrale du Luxembourg |
0,2020 % |
De Nederlandsche Bank |
5,1415 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,6765 % |
Banco de Portugal |
2,2715 % |
Suomen Pankki |
1,6585 % |
TOTAL |
100,0000 % |