EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0015(01)

2012/458/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Lulju 2012 dwar is-subdelega ta’ setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi l-akkreditazzjonijiet (BĊE/2012/15)

ĠU L 209, 4.8.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 11/11/2016; Imħassar b' 32016D0039

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/458/oj

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/17


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Lulju 2012

dwar is-subdelega ta’ setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi l-akkreditazzjonijiet

(BĊE/2012/15)

(2012/458/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2011/8 tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar il-proċeduri għall-akkreditazjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2010/22 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar il-proċedura għall-akkreditazjoni tal-kwalità għall-manifatturi ta’ karti tal-flus tal-euro (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord Eżekuttiv huwa kompetenti biex jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà ta’ manifattur skont l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8 u mal-akkreditazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22 (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa l-“akkreditazzjonijiet”) kif ukoll biex jissubdelega s-setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi akkreditazzjonijiet lil wieħed jew aktar mill-membri tiegħu,

(2)

Hemm numru kbir ta’ akkreditazzjonijiet individwali li huma mogħtija jew imġedda fuq bażi annwali li huma suġġetti għal Deċiżjonijiet BĊE/2011/8 u BĊE/2010/22. Għaldaqstant, sabiex tiġi mtejba aktar il-proċedura ta’ akkreditazzjoni, il-Bord Eżekuttiv iqis illu huwa neċessarju u xieraq illi jissubddelega is-setgħa biex biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi akkreditazzjonjiet lill-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus.

(3)

Biex tiġi salvagwardjata r-responsabbiltà kollettiva tal-Bord Eżekuttiv, il-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu tingħata s-subdelega għandu jagħti rapport annwali fuq id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni lill-Bord Eżekuttiv,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Subdelega ta’ setgħat

Il-Bord Eżekuttiv għandu jissubdelega s-setgħat tiegħu biex iwettaq il-kompiti li ġejjin lill-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus:

(a)

li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22;

(b)

li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni tal-kwalità temporanja skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22;

(c)

li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni ambjentali skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8;

(d)

li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni tas-saħħa u sigurtà skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8.

Artikolu 2

Obbligu ta’ rappurtar

Il-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus għandu jippreżenta rapport annwali lill-Bord Eżekuttiv fuq id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni meħudin skont l-Artikolu 1.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 176, 5.7.2011, p. 52.

(2)  ĠU L 330, 15.12.2010, p. 14.


Fuq