EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32002O0006

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Settembru 2002 dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni ta' l-assi ta' riserva estera tal-BĊE (BĊE/2002/6)

ĠU L 270, 8.10.2002, p. 14–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 180 - 182
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 118 - 120
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 118 - 120
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 003 P. 68 - 70

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/06/2015; Imħassar b' 32015O0011 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2002/777/oj

32002O0006



Official Journal L 270 , 08/10/2002 P. 0014 - 0016


Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas-26 ta' Settembru 2002

dwar standards minimi għall-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta jwettqu operazzjonijiet ta' politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-ġestjoni ta' l-assi ta' riserva estera tal-BĊE

(BĊE/2002/6)

(2002/777/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari, it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien ma' l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 3.1, ta' l-Artikolu 18.2 u l-Artikolu 30.6,

Billi:

(1) Skond l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tat-Trattat, fost il-kompiti bażiċi li jridu jitwettqu mill-SEBĊ hemm id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Komunità, it-twettiq ta' l-operazzjoni ta' kambju internazzjonali b' mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 111 tat-Trattat u ż-żamma u l-amministrazzjoni tar-riservi esteri uffiċjali ta' l-Istati Membri.

(2) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jqis li huwa meħtieġ għall-BĊE u kull bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru parteċipanti (BĊN) li japplika l-istandards minimi meta: (i) iwettaq operazzjonijiet ta' politika monetarja; (ii) iwettaq operazzjoni ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE, u, and (iii) jamministra l-assi ta' valuta estera sa fejn il-BĊNi jaġixxu bħala aġent għall-BĊE skond il-Linja gwida BĊE/2000/1 tat-3 ta' Frar 2000 dwar l-amministrazzjoni ta' assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew lill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], kif l-aħħar emendata bil-Linja gwida BĊE/2001/12 [2].

(3) L-Artikolu 38.1 ta' l-Istatut jipprovdi li l-membri tal-korpijiet regolatorji u l-impjegati tal-BĊE u l-BĊN għandhom ikunu meħtieġa, ukoll wara li jkunu spiċċaw il-kompiti tagħhom, li ma jiżvelawx informazzjoni tat-tip koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.

(4) Il-membru tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE ftiehmu dwar Memorandum ta' Ftehim fuq materji simili fil-laqgħa tal-Kunsill Regolatorju tas-16 ta' Mejju 2002 [3].

(5) Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut, il-Gwidi tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mil-liġi Komunitarja,

ADDOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

L-istandards minimi tal-BĊE u l-BĊN meta jwettqu l-operazzjonijiet ta' politika monetarja, l-operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u jamministraw l-assi ta' valuta estera tal-BĊE

Meta jwettqu attivitajiet jew operazzjonijiet relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja, operazzjonijiet tal-kambju mar-riservi barranin tal-BĊE meta jamministraw l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, il-BĊE u kull BĊN għandu jaċċerta li r-regoli interni tiegħu relatati ma' tali operazzjonijiet jew ma' tali amministrazzjoni, kemm jekk huma kodiċi tal-kondotta, regolamenti tal-persunal jew kwalunkwe tip ieħor ta' regoli interni, iħarsu l-istandards minimi li ġejjin, fil-qafas tal-liġijiet nazzjonali applikabbli u l-prattiki fis-swieq tax-xogħol.

1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Ir-regoli li jinsabu hawn għandhom jgħoddu għal dawn:

- il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE meta mhux qed jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom bħala membri tal-Kunsill Regolatorju,

- il-membri tal-korpijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-BĊN, minbarra dawk li huma membri tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE (u l-alternati tagħhom maħtura skond l-Artikolu 4.4 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew) filwaqt li jeserċitaw il-kompiti tagħhom bħala membri tal-Kunsill Regolatorju,

- l-impjegati kollha tal-BĊE involuti f'attivitajiet jew operazzjonijiet relatati mal-politika monetarja operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE, u

- l-impjegati kollha tal-BĊN involuti f'attivitajiet jew operazzjonijiet relatati mal-politika monetarja, operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali mar-riservi esteri tal-BĊE u l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE

2. SORVELJANZA TA' L-AMMINISTRAZZJONI TA' L-OPERAZZJONIJIET MAL-KONTROPARTIJIET FIS-SUQ

3. EVITAR TA' KUNFLITTI TA' INTERESS POTENZALI

4. PROJBIZZJONI TA' NEGOZJU MINN ĠEWWA

5. DIVERTIMENT U RIGALI

Artikolu 2

Emendi lill-Linja gwida BĊE/2000/1

L-Artikolu 3a ta' u l-Anness 4 tal-Linja gwida BĊE/2000/1 għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 3

Verifika

Il-BĊNi għandhom jibagħtu dettalji tat-testi u l-metodi li bihom huma jridu jħarsu din il-Linja gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2002 sa fejn għadhom m' għamlux dan fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-Linja gwida BĊE/2001/5 [4].

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1. Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-BĊN ta' l-Istati Membri li addottaw il-munita unika skond it-Trattat.

2. Din il-Linja gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-31 ta' Novembru 2002.

3. Din il-Linja gwida għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-26 ta' Settembru 2002.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 207, tas-17.8.2000, p. 24.

[2] ĠU L 310, tat-28.11.2001, p. 31.

[3] ĠU C 123, ta' l-24.5.2002, p. 9.

[4] ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 26.

--------------------------------------------------

Fuq