EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32008R1052
Regulation (EC) No 1052/2008 of the European Central Bank of 22 October 2008 amending Regulation (EC) No 1745/2003 (ECB/2003/9) on the application of minimum reserves (ECB/2008/10)
Regolament (KE) Nru 1052/2008 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) tat- 12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2008/10)
Regolament (KE) Nru 1052/2008 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) tat- 12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2008/10)
ĠU L 282, 25.10.2008, p. 14–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 005 P. 78 - 80
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 25/06/2021; Imħassar b' 32021R0378
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 282/14 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1052/2008 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi
(BĊE/2008/10)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) u b’mod partikolari l-Artikolu 19.1,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet (2),
Whereas:
(1) |
L-Artikolu 19.1 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jistabbilixxi li l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jistabbilixxi regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 jistabbilixxi li l-BĊE jista’, fuq bażi mhux diskriminatorja, jeżenta istituzzjonijiet mill-obbligu li jżommu riżervi minimi skond kriterji stabbiliti mill-BĊE. |
(3) |
Il-BĊE jikkunsidra li jinħtieġ li jiġu ristretti l-kriterji biex jingħataw eżenzjonijiet mill-obbligi tar-riżerva u, minbarra dan, li jiżdied kriterju ġdid fir-rigward tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni lil dawk l-istituzzjonijiet li jkunu suġġetti għal miżuri imposti mill-Komunità jew minn xi Stat Membru, liema miżuri jirriżultaw fl-iffriżar ta’ fondi jew fir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ fondi ta’ istituzzjoni, jew inkella li jkunu suġġetti għal deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, liema deċiżjoni tissospendi jew teskludi l-aċċess ta’ l-istess istituzzjonijiet għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities ta’ l-Ewrosistema. |
(4) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza passata, jinħtieġ ukoll li r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) (3) jiġi emendat biex jirfina d-definizzjoni tal-komponenti tal-bażi tar-riżerva, skond liema definizzjoni jiġu kkalkulati r-riżervi minimi, u d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ eżenzjoni mill-obbligi ta’ rappurtar separat lill-istituzzjonijiet li jżommu riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu jipprovdi wkoll għal kriterji ġenerali li jirregolaw perijodi tranżitorji ta’ manteniment għall-istituzzjonijiet li jkunu saru suġġetti għall-obbligi tar-riżerva tal-BĊE minħabba l-adozzjoni ta’ l-ewro mill-Istati Membri li fihom huma jinsabu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2(2) u (3) huwa sostitwit b’li ġej: “2. Mingħajr ma tkun obbligata tippreżenta talba, istituzzjoni għandha tkun eżentata mill-obbligi tar-riżerva mill-bidu tal-perjodu ta’ manteniment li fih tiġi rtirata jew miċħuda l-awtorizzazzjoni tagħha, jew li fih tittieħed deċiżjoni, biex l-istituzzjoni titqiegħed fi proċedimenti ta’ xoljiment, minn awtorità ġudizzjarja jew kull awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru parteċipanti. Il-BĊE jista’ jeżenta lill-istituzzjonijiet li ġejjin mill-obbligi tar-riżerva fuq bażi mhux diskriminatorja:
3. Il-BĊE għandu jippubblika lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva. Il-BĊE għandu jippubblika wkoll lista ta’ istituzzjonijiet eżenti mill-obbligi tiegħu ta’ riżerva għal raġunijiet oħra milli jkunu suġġetti għal:
L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq dawn il-listi meta jiddeċiedu jekk il-passivi tagħhom humiex dovuti lil xi istituzzjoni oħra li hija nnifisha suġġetta għall-obbligi tar-riżerva. Dawn il-listi m’għandhomx jiddeterminaw jekk l-istituzzjonijiet humiex suġġetti għall-obbligi tar-riżerva skond l-Artikolu 2.” |
(2) |
L-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’li ġej: “2. Il-passivi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-bażi tar-riżerva:
Meta tapplika din id-dispożizzjoni, l-istituzzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-BĊN parteċipanti relevanti, ta’ l-ammont attwali tal-passivi tagħha dovuti lil kull istituzzjoni oħra mhux imniżżla bħala eżenti mis-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE, u tal-passivi tagħha dovuti lill-BĊE jew lil xi BĊN parteċipanti, sabiex teskludihom mill-bażi tar-riżerva. Jekk din l-evidenza ma tistax tiġi ppreżentata fir-rigward ta’ titoli ta’ dejn maħruġa b’maturità oriġinali ta’ mhux aktar minn sentejn u maturità li tinkludi sentejn, l-istituzzjoni tista’ tapplika tnaqqis standard għall-ammont dovut tat-titoli ta’ dejn tagħha maħruġa b’maturità oriġinali ta’ mhux aktar minn sentejn u maturità li tinkludi sentejn mill-bażi tar-riżerva. L-ammont ta’ dan it-tnaqqis standard għandu jkun ippubblikat mill-BĊE bl-istess mod tal-pubblikazzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 2(3).” |
(3) |
L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’li ġej: “1. Għandu japplika proporzjon ta’ riżerva ta’ 0 % għall-kategoriji ta’ passivi li ġejjin (kif iddefinit ġewwa l-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE għall-istatistika bankarja u tal-flus fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13):
|
(4) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’li ġej: “Artikolu 11 Holding ta’ riżerva fuq bażi kkonsolidata L-istituzzjonijiet li jitħallew jirrappurtaw data statistika dwar il-bażi tar-riżerva kkonsolidata tagħhom bħala grupp (kif iddefinit ġewwa l-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE għall-istatistika bankarja u tal-flus fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) għandhom iżommu riżervi minimi permezz ta’ waħda mill-istituzzjonijiet fil-grupp, li taġixxi esklussivament bħala intermedjarju għal dawn l-istituzzjonijiet u skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10. Malli tirċievi awtorizzazzjoni mill-BĊE biex twettaq rappurtar statistiku dwar il-bażi tar-riżerva kkonsolidata għall-istituzzjonijiet fil-grupp, l-istituzzjoni li taġixxi bħala intermedjarju għall-grupp għandha tkun awtomatikament eżentata mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10(6), u l-grupp sħiħ biss għandu jkun intitolat jirċievi l-benefiċċju msemmi fl-Artikolu 5(2).” |
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej: “Artikolu 13a Tkabbir taż-żona ta’ l-Ewro 1. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddelega lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE is-setgħa biex jiddeċiedi, f’każijiet fejn Stat Membru jadotta l-ewro skond it-Trattat, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin, wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tas-SEBĊ għall-Operazzjonijiet tas-Suq, fejn applikabbli:
Il-Bord Eżekuttiv għandu jippubblika stqarrija dwar id-deċiżjoni tiegħu ta’ lanqas xahrejn qabel id-data ta’ l-adozzjoni ta’ l-ewro f’dak l-Istat Membru. 2. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddelega wkoll lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, is-setgħa li jawtorizza lill-istituzzjonijiet li jkunu fi Stati Membri parteċipanti oħra, biex inaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom għall-perijodi ta’ manteniment li jikkoinċidu ma’ u li jsegwu l-perjodu tranżitorju ta’ manteniment, passivi dovuti lill-istituzzjonijiet li jinsabu fl-Istat Membru li jadotta l-ewro, minkejja li fil-ħin li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3). F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet li l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE joħroġ skond dan il-paragrafu jistgħu jispeċifikaw aktar il-mod li bih għandu jsir it-tnaqqis ta’ dawn il-passivi. 3. Kull deċiżjoni li l-Bord Eżekuttiv joħroġ skond il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun innotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, u l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jaderixxi ma’ kull deċiżjoni dwar dan adottata mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE.” |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il–Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.
(3) ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.