EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012O0023

2012/641/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/23)

ĠU L 284, 17.10.2012, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 02/05/2013; Imħassar b' 32013O0004

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2012/641/oj

17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/14


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2012/23)

(2012/641/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 tiegħu u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq fuq kollateral xieraq. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stipulati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1). Miżuri temporanji addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tal-kollaterali huma stipulati fil-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 6.3.1, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew garanti jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tikkunsidra bħala rilevanti.

(3)

Sabiex tissaħħaħ il-provvista ta’ kapital lil kontropartijiet għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwessa’ b’mod temporanju l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ assi li ser jintużaw bħala kollateral f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema sabiex jaċċettaw strumenti ta’ dejn negozjabbli ddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala assi eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja. Tnaqqis fil-valutazzjoni li jirrifletti l-volatilità storika tar-rati tal-kambju relevanti għandu jiġi applikat li dawn l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli.

(4)

Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom japplikaw b’mod temporanju. Sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi m’għadhomx aktar neċessarji, biex jiżguraw mekkaniżmu xieraq għat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Għalhekk, huma għandhom ikunu implimentati permezz ta’ emenda lil-Linja Gwida BĊE/2012/18,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BCE/2012/18 hija emendata kif gej:

1.

Artikolu 1 huwa mibdul b’ li gej:

“Artikolu 1

Miżuri addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament u kollateral eliġibbli

1.   Ir-regoli għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral stipulati f’din il-Linja Gwida, kif speċifikati aktar fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw flimkien mal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   L-Artikoli 3, 5 u 5a biss ta’ din il-Linja Gwida għandhom japplikaw lil-kollateral iddenominat f’munita barranija.

3.   F’każ ta’ kwalunkwe diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u l-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din il-Linja Gwida għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 mingħajr tibdil sakemm mhux stipulat mod ieħor f’din il-Linja Gwida.”

2.

l-Artiklu 5a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 5a

Ammissjoni ta’ certi assi ddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala kollateral eliġibbli

1.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli kif deskritti f’Taqsima 6.2.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, jekk iddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, sakemm: (a) huma jinħarġu u jinżammu/jiġu ssaldati fiż-żona tal-euro; (b) l-emittent ikun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea; u (c) huwa jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha inklużi f’Taqsima 6.2.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   L-Eurosistema tapplika t-tnaqqis fil-valutazzjoni li ġej lil dawn l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli: (a) tnaqqis ta’ 16 % fuq assi ddenominati f’lira sterlina jew dollaru Amerikan; u (b) tnaqqis ta’ 26 % fuq assi ddenominati f’yen.”.

Artikolu 2

Verifika

Il-BCNi għandhom jibagħtu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida lill-BĊE, sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2.   L-Artikolu 1 japplika mid-9 ta’ Novembru 2012.

Artikolu 4

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20.


Fuq