EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32011D0018(01)
2011/788/EU: Decision of the European Central Bank of 3 November 2011 amending Decision ECB/2010/23 on the allocation of monetary income of the national central banks of Member States whose currency is the euro (ECB/2011/18)
2011/788/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro (BĊE/2011/18)
2011/788/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro (BĊE/2011/18)
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 116–116
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 003 P. 254 - 254
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/116 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Novembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro
(BĊE/2011/18)
(2011/788/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 32,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom il-munita euro (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ippuljar u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju li jirriżulta mill-operazzjonijiet tal-politika monetarja. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (2) tipprovdi għat-twaqqif tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti għall-finijiet tal-politika monetarja. |
(3) |
Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li bħal fil-każ tax-xiri skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (3), bonds iggarantiti mixtrija skont id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul skont ir-rata ta’ referenza kif iddefinit fid-Deċiżjoni BĊE/2010/23. |
(4) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha tiġi dlonk emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 huwa sostitwit b’li ġej:
“1. L-ammont tad-dħul monetarju ta’ kull BĊN għandu jkun iddeterminat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-attiv assenjat u rreġistrat fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet ta’ dan, id-deheb m’għandux jitqies li jiġġenera dħul, u t-titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (*) u skont id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (**), għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul monetarju skont ir-rata ta’ referenza.
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2011.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Novembru 2011.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(2) ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70.
(3) ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18.