EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007R1489

Regolament (KE) Nru 1489/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2007/18)

ĠU L 330, 15.12.2007, p. 20–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1489/oj

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/20


REGOLAMENT (KE) Nru 1489/2007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

(BĊE/2007/18)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji BĊE/2001/13 (2) jeħtieġ li l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) jirrappurtaw data statistika trimestrali kklassifikata pajjiż b’pajjiż. Għandu jiġi emendat biex iqis is-sħubija ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jimponi wkoll obbligu biex jirrappurtaw data trimestrali dwar pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro. Għandu bżonn jiġi emendat biex jikkunsidra l-adozzjoni ta’ l-ewro minn Stati Membri oħra.

(3)

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jitħallew jagħtu, fuq bażi mhux diskriminatorja, derogi mill-obbligi ta’ rappurtar lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi f’ċerti sitwazzjonijiet. F’każijiet fejn l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet, l-iskop wara l-ġbir tad-data statistika skond ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jista’ jiġi sodisfatt mingħajr l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ statistika fuq dawn l-istituzzjonijiet. L-għan tal-Bank Ċentrali Ewropew hu li jiżgura t-trattament ugwali billi josserva l-għoti ta’ dawn id-derogi.

(4)

Il-kundizzjonijiet li skondhom għandhom jiġu kklassifikati l-ishma maħruġa mill-MFIs bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi, għandhom jiġu ċċarati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-aħħarnett ta’ l-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini ‘istituzzjoni ta’ flus elettroniċi’ u ‘flus elettroniċi’ għandhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, is-segwiment u s-superviżjoni prudenti tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (*).

(*)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.”;"

(2)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (recast) (**) u l-Artikolu 2 tar-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (***), il-BĊNi jistgħu, salvi l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ l-Anness III, jagħtu derogi lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness III kmieni biżżejjed sabiex jagħtu jew ineħħu, jekk meħtieġ, xi deroga. Kull BĊN li jagħti din id-deroga għandu jinforma lill-BĊE.

(**)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1."

(***)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.”"

(3)

L-Anness I huwa emendat skond l-Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness III huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness III ma’ dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness V huwa emendat skond l-Anness IV ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 4/2007 (BĊE/2006/20) (ĠU L 2, 5.1.2007, p. 3).


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

(i)

Qed tiżdied is-sentenza li ġejja fit-tmiem tal-paragrafu 4:

“Dawn il-kriterji ta’ kemm id-depożiti jistgħu jiġu sostitwiti huma applikati wkoll biex jiġi ddeterminat jekk il-passivi għandhomx jiġu kklassifikati bħala depożiti, sakemm ikun hemm kategorija separata għal dawk il-passivi.”

(ii)

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 5 hija sostitwita b’li ġej:

“Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat kemm id-depożiti huma sostitwibbli skond il-paragrafu ta’ qabel u kemm biex jiġu kklassifikati l-passivi bħala depożiti:”

(b)

Is-Sezzjoni IV hija emendata kif ġej:

(i)

Il-paragrafu 6a huwa sostitwit b’li ġej:

“6a.

Fil-każ li xi pajjiż jeċċedi għall-UE wara l-31 ta’ Diċembru 2007, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw minn hemm ’il quddiem il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti f’dak l-Istat Membru ġdid skond it-Tabella 3 ta’ Parti 2.

Jekk iċ-ċifri miġbura f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni juru li l-pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti f’xi Stat Membru li m’adottax l-ewro huma insinifikanti, BĊN jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx rappurtar fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. Il-BĊN għandu jinforma lill-aġenti ta’ rappurtar tiegħu b’din id-deċiżjoni.”

(ii)

Il-paragrafu 7a huwa sostitwit b’li ġej:

“7a.

Fil-każ li xi Stat Membru jadotta l-ewro wara l-31 ta’ Diċembru 2007, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw minn hemm ’il quddiem il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-valuta ta’ dak l-Istat Membru parteċipanti ġdid skond it-Tabella 4 ta’ Parti 2.

F’dawn il-każijiet, ma tapplikax aktar il-kolonna fit-Tabella 4 ta’ Parti 2 li tikkorrispondi mal-valuta l-qadima ta’ l-Istat Membru parteċipanti ġdid.

Fil-każ li xi pajjiż jissieħeb fl-UE wara l-31 ta’ Diċembru 2007, l-aġenti ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw minn hemm ’il quddiem il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-valuta ta’ dak l-Istat Membru ġdid skond it-Tabella 4 ta’ Parti 2.

Jekk il-figuri miġbura f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni juru li l-pożizzjonijiet fil-konfront tal-valuta ta’ xi Stat Membru li m’adottax l-ewro huma insinifikanti, BĊN jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx rappurtar fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. Il-BĊN għandu jinforma lill-aġenti ta’ rappurtar tiegħu b’din id-deċiżjoni.”

(iii)

Il-paragrafu 9a huwa sostitwit b’li ġej:

“9a.

Fejn il-pożizzjonijiet fir-rigward ta’ ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li m’adottawx l-ewro huma insinifikanti imma xorta waħda l-BĊNi jiġbruhom, dawn jistgħu jintbagħtu mill-BĊNi lill-BĊE b’dewmien ta’ xahar ieħor mill-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirreferu l-pożizzjonijiet. Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu meta huma għandhom bżonn li jirċievu d-data mill-aġenti ta’ rappurtar sabiex jissodisfaw din l-iskadenza.”

(2)

Fil-parti 2: It-tabelli 3 u 4 qed jiġu sostitwiti bit-Tabelli stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

(3)

Fil-parti 3, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kategorija ta’ l-attiv 2 (self), it-tieni inċiż wara l-ewwel paragrafu qed jiġi sostitwit b’li ġej:

“—

depożiti, kif iddefiniti skond il-kategorija tal-passivi 9 (depożiti)”.

(b)

Fil-kategoriji tal-passivi 9 (depożiti):

(i)

L-ewwel sentenza hija sostitwita b’li ġej:

“Ammonti (ishma, depożiti jew oħrajn), li huma dovuti lil kredituri minn aġenti ta’ rappurtar u li jikkonformaw mal-karatteristiċi deskritti fil-paragrafu 5 tas-Sezzjoni I ta’ Parti 1, ħlief dawk li jqumu mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli jew ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF.”

(ii)

Qed jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu finali:

“Ishma maħruġa minn MFIs huma kklassifikati bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi jekk: (a) hemm relazzjoni ekonomika ta’ debitur-kreditur bejn l-MFI tal-ħruġ u d-detentur (irrispettivament minn kull drittijiet ta’ proprjeta' f’dawn l-ishma); u (b) l-ishma jistgħu jiġu kkonvertiti f’valuta jew mifdija mingħajr restrizzjonijiet sinifikanti jew penali. Perijodu ta’ notifika m’huwiex ikkunsidrat li huwa restrizzjoni sinifikanti.

Barra minn dan, dawn l-ishma għandhom jikkonformaw ma’ li ġej:

id-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali relevanti ma jistabbilixxu l-ebda dritt inkundizzjonali lill-MFI tal-ħruġ biex din tirrifjuta l-fidi ta’ l-ishma tagħha;

l-ishma huma ‘value certain’, jiġifieri taħt ċirkostanzi normali dawn jitħallsu skond il-valur nominali tagħhom fil-każ ta’ fidi; u

fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ l-MFI, id-detenturi ta’ l-ishma tagħha ma huma suġġetti legalment la għall-obbligu li jkopru passivi dovuti minbarra l-valur nominali ta’ l-ishma (jiġifieri l-parteċipazzjoni ta’ l-azzjonisti fil-kapital sottoskritt), u lanqas għal obbligi oħra onerużi supplimentari. Is-subordinazzjoni ta’ l-ishma għal kull strument ieħor maħruġ mill-MFI ma jikkwalifikax bħala obbligu oneruż supplimentari.

Il-perijodi ta’ notifika għall-konverżjoni ta’ dawn l-ishma f’valuta huma wżati sabiex jiġu kklassifikati dawn l-ishma skond il-klassifikazzjoni skond il-perijodu ta’ notifika ġewwa l-kategorija ta’ l-istrumenti ‘depożiti’. Dawn il-perijodi ta’ notifika japplikaw ukoll meta jiġi iddeterminat il-proporzjon ta’ riżerva skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Kull ishma assenjati u relatati mas-self magħmula mill-MFI għandhom ikunu kklassifikati bħala passivi ta’ depożiti, bl-istess klassifikazzjoni tal-maturita' oriġinali bħal dik tas-self, jiġifieri ‘depożiti b’maturita' miftiehma’ jew ‘depożiti li jinfdew b’notifika’, dejjem skond id-dispożizzjonijiet tal-maturita' tal-kuntratt tas-self.

Meta miżmuma minn MFIs, dawn l-ishma maħruġa mill-MFIs u kklassifikati bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi għandhom ikunu kklassifikati mill-holding MFI bħala self fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ tagħha.”


ANNESS II

It-tabelli 3 u 4 ta' Parti 2 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huma sostitwiti b’li ġej:

“Tabella 3

Klassifikazzjoni tal-pajjiż

Data li għandha tingħata kull trimestru

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

Kull Stat Membru parteċipanti ieħor (jiġifieri eskluż is-settur domestiku) u kull Stat Membru ieħor ta' l-UE

Il-bqija tad-dinja (eskluża l-UE)

Stat Membru

Stat Membru

Stat Membru

Stat Membru

PASSIVI

8.

Valuta fiċ-ċirkolazzjoni

 

9.   

Depożiti

a.

minn MFIs

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex MFIs

 

 

 

 

 

10.

Ishma/unitajiet ta' MMF

 

11.

Titoli ta' dejn maħruġa

 

12.

Kapital u riżervi

 

13.

Passiv li jifdal

 

ATTIV

1.

Flus kontanti

 

2.   

Self

a.

lil MFIs

 

 

 

 

 

b.

lil dawk li m'humiex MFIs

 

 

 

 

 

3.   

Titoli minbarra ishma

a.

maħruġa minn MFIs

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex MFIs

 

 

 

 

 

4.

Ishma/unitajiet ta' MMF

 

 

 

 

 

5.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

 

 

 

 

 

6.

Attiv fiss

 

7.

Attiv li jifdal

 


Tabella 4 (1)

Klassifikazzjoni skond il-valuta

Data li għandha tingħata kull trimestru

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

Il-valuti kollha flimkien

Ewro

Valuta ta' kull Stat Membru ieħor ta' l-UE

Valuti minbarra dawk ta' l-Istati Membri ta' l-UE flimkien

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE

Total

USD

JPY

CHF

Valuti li jifdal flimkien

PASSIVI

9.   

Depożiti

A.   

Domestiċi

a.

minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex MFIs

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   

Stati Membri parteċipanti oħra

a.

minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex MFIs

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   

II-bqija tad-dinja

i.

sa sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ii.

aktar minn sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

a.

minn banek

Ċifri trimestrali minn Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

minn dawk li m'humiex banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Ishma/unitajiet ta' MMF

 

 

11.

Titoli ta' dejn maħruġa

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12.

Kapital u riżervi

M

 

 

13.

Passiv li jifdal

M

 

 

ATTIV

2.   

Self

A.   

Domestiċi

a.

lil MFIs

M

 

 

b.

lil dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   

Stati Membri parteċipanti oħra

a.

lil MFIs

M

 

 

b.

lil dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   

Il-bqija tad-dinja

i.

sa sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ii.

aktar minn sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

a.

lil banek

Ċifri trimestrali minn Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

lil dawk li m'humiex banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.   

Titoli minbarra ishma

A.   

Domestiċi

a.

maħruġa minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   

Stati Membri parteċipanti oħra

a.

maħruġa minn MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex MFIs

M

M

 

 

 

 

 

 

 

 

 

C.   

Il-bqija tad-dinja

a.

maħruġa minn banek

Ċifri trimestrali minn Tabella 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

b.

maħruġa minn dawk li m'humiex banek

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   

Ishma/unitajiet ta' MMF

A.

Domestiċi

M

 

 

B.

Stati Membri parteċipanti oħra

M

 

 

C.

Il-Bqija tad-dinja

M

 

 

5.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

M

 

 

6.

Attiv fiss

M

 

 

7.

Attiv li jifdal

M

 

 


(1)  ‘M’ tfisser obbligi tad-data ta' kull xahar (ara t-Tabella 1).”


ANNESS III

“L-ANNESS III

OBBLIGI TA’ RAPPURTAR TA’ STATISTIKA GĦAL MFIs ŻGĦAR LI MHUMIEX ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU U PRINĊIPJI TA’ KLASSIFIKA GĦAL ISTITUZZJONIJIET INDIVIDWALI TA’ FLUS ELETTRONIĊI

1.

Fir-rigward ta’ MFIs żgħar li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊNi li jiddeċiedu li jserrħu MFIs żgħar mill-obbligi kollha ta’ rappurtar għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet rispettivi, imma jibqgħu, ta’ lanqas, jiġbru data li għandha x’taqsam mal-karta tal-bilanċ sħiħa, ta’ lanqas kull sena, ħalli d-daqs tat-‘tail’ tar-rappurtar jkun jista’ jiġi osservat.

2.

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(4), il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mill-obbligi tagħhom ta’ rappurtar ta’ statistika lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi jekk ta’ lanqas tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-flus elettroniċi li huma joħorġu huma aċċettati bħala ħlas min-numru limitat ta’ impriżi, li jistgħu jiġu distinti b’mod ċar minn:

(i)

il-pożizzjoni tagħhom fl-istess bini jew żona lokali limitata oħra, u/jew

(ii)

ir-relazzjoni finanzjarja jew kummerċjali mill-qrib tagħhom ma’ l-istituzzjoni tal-ħruġ, bħal struttura ta’ proprjeta' konġunta, ta’ reklamar jew ta’ distribuzzjoni,

anke jekk l-istituzzjoni tal-ħruġ u l-impriża li taċċetta huma stabbiliti bħala entitajiet legali separati.

(b)

aktar minn tliet kwarti tal-karta tal-bilanċ totali tagħhom m’hijiex relatata mal-ħruġ jew l-amministrazzjoni tal-flus elettroniċi, u l-passivi relatati mal-flus elettroniċi dovuti ma jaqbżux il-EUR 100 miljun.

3.

Jekk xi istituzzjoni individwali tal-flus elettroniċi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 m’hijiex eżentata mill-obbligi tar-riżervi minimi, tinħtieġ li tirrapporta, ta’ lanqas, id-data trimestrali meħtieġa biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżerva, kif stabbilita fl-Anness II. L-istituzzjoni tista’ tagħżel li tirrapporta s-sett ristrett ta’ data tal-bażi tar-riżerva kull xahar.

4.

Kull meta istituzzjoni individwali ta’ flus elettroniċi tingħata deroga skond l-Artikolu 2(4), il-BĊE, għal finijiet ta’ statistika, jirreġistra l-istituzzjoni fil-lista ta’ MFIs bħala korporazzjoni mhux finanzjarja. L-istituzzjoni se tkun ittrattata wkoll bħala korporazzjoni mhux finanzjarja f’sitwazzjonijiet fejn hija l-kontroparti ta’ MFI. L-istituzzjoni se tibqa’ tiġi ttrattata bħala istituzzjoni ta’ kreditu għall-finijiet ta’ l-obbligi tar-riżervi minimi ta’ l-Eurosistema.”


ANNESS IV

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’li ġej:

“1a.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtar skond dan ir-Regolament fir-rigward taċ-ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li m’adottawx l-ewro fit-Tabelli 3 u 4 ta’ Parti 2 ta’ l-Anness I, jibda bl-ewwel data trimestrali wara d-data tas-sħubija tagħhom fl-UE.”

2.

Il-paragrafu 1b huwa sostitwit b’li ġej:

“1b.

Jekk il-BĊN rilevanti jiddeċiedi li m’għandux bżonn l-ewwel rappurtar ta’ data insinifikanti li tibda bl-ewwel data trimestrali wara d-data tas-sħubija ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri relevanti fl-UE, ir-rappurtar jibda 12-il xahar wara li l-BĊN jinforma lill-aġenti ta’ rappurtar li tinħtieġ id-data.”

3.

Il-paragrafu 1c huwa sostitwit b’li ġej:

“1c.

Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel rappurtar skond dan ir-Regolament fir-rigward taċ-ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li adottaw l-ewro fit-Tabella 3 ta’ Parti 2 ta’ l-Anness I, jibda bl-ewwel data trimestrali wara d-data ta’ l-adozzjoni tagħhom ta’ l-ewro.”

4.

Jitħassru l-paragrafi 1d u 1e.

5.

Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’li ġej:

“2a.

Għall-ewwel 12-il xahar li hija rrappurtata, id-data sinifikanti fir-rigward ta’ ċelel li jikkorrispondu ma’ Stati Membri li m’adottawx l-ewro fit-Tabelli 3 u 4 ta’ Parti 2 ta’ l-Anness I tista’ tiġi rrappurtata lill-BĊE b’dewmien ta’ xahar ieħor mill-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-data. Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu meta huma għandhom bżonn jirċievu d-data mill-aġenti ta’ rappurtar sabiex jissodisfaw din l-iskadenza.”


Fuq