EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32001D0016(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2001/16)

ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 57 - 63

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2010; Imħassar b' 32010D0023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/914/oj

32001D0914



Official Journal L 337 , 20/12/2001 P. 0055 - 0061


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas-6 ta' Diċembru 2001

dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002

(BĊE/2001/16)

(2001/914/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ bħala "Statut"), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 32.1 ta'l-Istatut, dħul monetarju hu d-dħul li jakkumula għall-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-attività tal-funzjoni tal-politika monetarja. Taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 32.2 ta' l-Istatut, l-ammont ta' dħul monetarju ta' kull BĊNi irid ikun daqs id-dħul annwali tiegħu li ġej mill-assi miżmuma kontra biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni u depożiti tal-passiv lil istituzzjonijiet ta' kreditu. Dawn l-assi jridu jiġu assenjat minn BĊNi skond il-linji ta' gwidi tal-Kunsill Regolatorju. Mis-sena finanzjarja 2003, BĊNi għandhom jassenjaw l-assi li ġejjin mill-attività tal-funzjoni tal-politika monetarja bħala assi miżmuma kontra biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni u depożiti tal-passiv lil istituzzjonijiet ta' kreditu. Skond l-Arikolu 32.4 ta' l-Istatut, l-ammont ta' dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jkun imnaqqas b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax imħallas minn dak il-BĊN fuq id-depożitu tal-passiv tiegħu lil istituzzjonijiet ta' kreditu skond l-Artikolu 19 ta' l-Istatut.

(2) Skond l-Artikolu 32.5 ta' l-Istatut, is-somma tad-dħul monetarju tal-BĊNi għandha tkun allokata lilhom bi proporzjon għall-ishma tagħhom imħallsa fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(3) Skond l-Artikoli 32.6 u l-Artikoli 32.7 ta' l-Istatut, il-Kunsill Regolatorju ta' l-BĊE hu awtorizzat li jistabbilixxi linji ta' gwidi għall-clearing u għall-ħlas mill-BĊE tal-bilanċi ġejjin mill-allokazzjoni ta' dħul monetarju u li jieħu l-miżuri l-oħra kollha neċessarji għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32 ta' l-Istatut.

(4) Skond l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro [1] mill-1 ta' Jannar 2002, l-BĊE u l-BĊNi hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa bħala "Eurosistema" għandhom jitfgħu fiċ-ċirkulazzjoni biljetti ta' flus denominati f'euro. L-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament isemmi l-kontinwazzjoni ta' l-istatut tal-valuta legali ta' biljetti ta' flus denominati fl-unitajiet tal-munita nazzjonali matul perijodu massimu ta' sitt xhur wara t-tmiem tal-perijodu transizzjonali. Is-sena 2002 għandha għalhekk tiġi mħarsa bħala sena speċjali, peress li biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni denominati fl-unitajiet tal-munita nazzjonali jistgħu jiġġustifikaw għall-proporzjon konsiderabbli fil-valur totali tal-biljetti ta' flus ta' l-"Eurosistema" fiċ-ċirkulazzjoni li jippreżentaw mudelli differenti fi Stati Membri. Din is-sitwazzoni hi mqabbla mas-sitwazzjoni li seħħet mill-1999 sa' l-2001 u, għalhekk, għas-sena finanzjarja 2002 dħul monetarju għandu jkun ikkalkolat b'metodu analogu għal dak imsemmi fid-Deċiżjoni BĊE/2000/19 tat-3 ta' Novembru 1998 kif emendat bid-Deċiżjoni ta' l-14 ta' Diċembru 2000 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti u telf ta' l-BĊE għas-snin finanzjarji 1999 sa' l-2001 [2] biex jiġi żgurat li tibdil fil-modi taċ-ċirkulazzjoni ta' biljetti ta' flus ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-posizzjonijiet relattivi ta' dħul tal-BĊNi. Għal 2002, l-Artikoli 32.3 ta' l-Istatut iħallu lill-Kunsill Regolatorju jiddeċiedi, permezz tad-deroga mill-Artikolu 32.2, li dħul monetarju jiġi kkalkolat skond metodu alternattiv.

(5) L-Artikolu 9(1) tal-Linja ta' Gwidi BĊE/2001/1 ta' l-10 ta' Jannar 2001 li jadotta ċerti dispożizzjonijiet dwar il-bdil ta' flus 2002 [3] jipprevedi li biljetti ta' flus ta' l-euro imqassma minn qabel lil istituzzjonijiet ta' kreditu jew lill-aġenti appuntati minnhom għandhom ikunu debitati fil-kontijiet rispettivi tagħhom mal-BĊNi, skond il-każ, għall-valur stampat, skond il-"mudell ġenerali ta' tnaqqis": terz tas-somma imqassma minn qabel fit-2 ta' Jannar 2002, terz fit-23 ta' Jannar 2002, u l-aħħar terz fit-30 ta' Jannar 2002. Il-kalkolazzjoni ta' dħul monetarju għas-sena 2002 għandha tikkunsidra dan il-"mudell ġenerali ta' tnaqqis".

(6) Din id-Deċiżjoni hi relatata mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-materja ta' biljetti ta' flus euro [4] li tipprevedi li l-BĊE u l-BĊNi għandhom joħorġu biljetti ta' flus euro. Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tistabbilixxi li l-allokazzjoni għall-BĊNi ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazjoni hi bi proporzjon għall-ishma mħallsa fil-kapital tal-BĊE. L-istess Deċiżjoni talloka lill- BĊE 8 % tal-valur totali tal-biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni. L-allokazzjoni ta' biljetti ta' flus f'euro bejn il-membri ta' l-Eurosistema tagħti bidu għall-bilanċi interni ta' l-Eurosistema. Ir-rimunerazzjoni ta' dawn il-bilanċi interni ta' l-Eurosistema fil-biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni għandha effett dirett fuq id-dħul ta' kull membru ta' l-Eurosistema, u għalhekk għandha tkun irregolata taħt din id-Deċiżjoni. Id-dħul li jakkumula fl-BĊE dwar ir-rimunerazzjoni tal-krediti interni tagħha ta' l-Eurosistema, rigward l-ishma tagħha ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom fil-prinċipju jkunu mqassma lill-BĊNi skond id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Regolatorju, proporzjonalment għall-ishma tagħhom imżamma fl-iskema tal-kapital sottoskritt fl-istess sena finanzjarja li fiha jimmatura d-dħul.

(7) Il-bilanċ nett tal-krediti u d-debiti interni ta' l-Eurosistema fuq biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom ikunu rimunerati billi tiġi applikata kriterja oġġettiva li tiddefinixxi l-valur tal-flus. F'dan il-kuntest, ir-rata applikata għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali użata mill-Eurosistema fl-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta' rifinazzjament prinċipali hi meqjusa bħala xierqa.

(8) Il-passiv nett intern għall-Eurosistema fuq biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni għandu jiġi nkluż fil-bażi tal-passiv għall-iskop ta' kalkolazzjoni tad-dħul monetarju tal-BĊNi taħt l-Artikolu 32.2 ta' l-Istatut kif inhuma ekwivalenti għal biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni. Il-ħlas ta' imgħax fuq bilanċi interni għall-Eurosistema fuq biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni se jirriżulta għalhekk f'distribuzzjoni ta' ammont sostanzjali tad-dħul monetarju ta' l-Eurosistema fost il-BĊNi proporzjonalment għall-ishma tagħhom imħallsa fil-kapital tal-BĊE. Dawn il-bilanċi interni għall-Eurosistema għandhom ikunu aġġustati b'mod li jitħalla aġġustament tal-karti ta' bilanċ u tal-kont ta' qligħ u telf tal-BĊNi. L-aġġustament għandhom ikunu bbażati fuq il-valur tal-biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni ta' kull BĊN matul perjodu qabel l-introduzzjoni tal-biljetti ta' flus f'euro. Dawn l-aġġustamenti għandhom jikkonsidraw iċ-ċirkostanżi speċjali tas-sena 2002, li matulha Stati Membri għandhom sitwazzjonijiet differenti ta' tibdil ta' flus, u li matulha istituzzjonijiet ta' kreditu se jżidu għal-livelli differenti l-likwiditià normali tagħhom, u għandhom japplikaw fuq bażi annwali b'mod konformi għal formula fissa għal perijodu ta' mhux aktar mill-ħames snin suċċessivi.

(9) L-aġġustamenti għall-bilanċi interni għall-Eurosistema għall-biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni ġew ikkalkolati biex jiġi kkumpensat xi tibdil sinifikanti fil-posizzjonijiet ta' dħul tal-BĊNi bħala konsegwenza għall-introduzzjoni tal-biljetti ta' flus f'euro u l-allokazzjoni sussegwenti tad-dħul monetarju. Il-Kunsill Regolatorju għandu għalhekk jiddeċiedi li ma jagħmilx rikors għad-deroga mill-Artikolu 3.2 ta' l-Istatut, permess bl-Artikolu 51 ta' l-Istatut.

(10) L-aġġustamenti fil-bilanċi interni għall-Eurosistema tal-biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazjoni għandhom jikkonsidraw is-sitwazzjoni speċjali tad-Dukat il-Kbir tal-Lussemburgu, li joħroġ mill-istorja monetarja riċenti tiegħu.

(11) Il-Kunsill Regolatorju ta' l-BĊE adotta din id-Deċiżjoni bit-tama li r-riżultati ekonomiċi tagħha u l-bilanċ finanzjarju li riżultat ekonomiku bħal dan iġib miegħu jibqgħu mhux mibdula matul il-perijodu ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni u, għalhekk, hu l-impenn sod tal-Kunsill Regolatorju ta' l-BĊE li jiżgura l-manteniment tar-regime stabbilit f'din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Diċembru 2007,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a) "Stati Membri parteċipanti" għandha tfisser l-Istati Membri li adottaw il-munita waħdanija skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea';

(b) "BĊNi" għandha tfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti;

(ċ) "aggregat tal-passiv" għandha tkun l-ammont ta' passiv li hu meħud fil-konsiderazzjoni, fil-karta ta' bilanċ ta' kull BĊN, speċifikat skond l-Anness I ma' din id-Deċiżjoni;

(d) "assi assenjati" għandha tkun l-ammont ta' assi miżmuma kontra l-aggregat tal-passiv, fil-karta ta' bilanċ ta' kull BĊN, speċfikat skond l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni;

(e) "bilanċi interni għall-Eurosistema ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni" għandha tfisser il-krediti u d-debiti li jinħolqu bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊNi l-oħra bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-materja ta' biljetti ta' flus f'euro;

(f) "skema ta' kapital sottoskritt" għandha tfisser il-perċentaġġi li jinħolqu mill-applikazzjoni lill-BĊNi tal-kalkolu fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 ta' l-Istatut u kif imniżżla fid-Deċiżjoni BĊE/1998/13 ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [5];

(g) "istituzzjonijiet ta' kreditu" għandha tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għal ħtiġiet ta' rsiervi minimi skond ir-Regolament BĊE/1998/15 [6] dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi, kif emendata bir-Regolament BĊE/2000/8 [7];

(h) "HBS" għandha tfisser il-karta ta' bilanċ armonizzata kif strutturata fl-Anness IX mal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/18 dwar il-qafas legali tal-kontabilità u r-rappurtaġġ tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali kif emendata fil-15 ta' Diċembru 1999 u fl-14 ta' Diċembru 2000 [8];

(i) "rata ta' referenza" għandha tkun l-aħħar rata ta' imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet tagħha għall-operazzjoni ta' rifinanzjar prinċipali għas-sens tal-paragrafu 3.1.2 ta' l-Anness I mal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 tal-31 t'Awissu 2000 dwar strumenti u proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema [9]. Fejn każ li fl-istess ġurnata hemm iktar minn operazzjoni ta' rifinanzjar prinċipali għall-ħlas, tintuża medja sempliċi tar-rati marġinali ta' l-operazzjonijiet effetwati fl-istess ħin.

Artikolu 2

Bilanċi interni għall-Eurosistema ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni

1. Il-bilanċi interni għall-Eurosistema ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom ikunu kkalkolati fuq bażi ta' kull xahar u għandhom jiġu reġistrati fil-kotba ta' l-BĊEs u l-BĊNi fl-ewwel ġuranta ta' xogħol tax-xahar b'data ta' valur ta' l-aħħar ġurnata ta' xogħol tax-xahar ta' qabel.

L-ewwel kalkolazzjoni tal-bilanċi interni għall-Eurosistema ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni skond il-paragrafu ta' qabel għandha sseħħ, għall-biljetti ta' flus diġà mħallsa, fit-2 ta' Jannar 2002 b'data ta' valur ta' l-1 ta' Jannar 2002.

2. Il-bilanċi interni għall-Eurosistema ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni, li jinkludu dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu rimunerati bir-rata ta' referenza.

3. Ir-rimunerazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' qabel għandha tiġi mħallsa fuq bażi ta' kull kwart ta' sena bil-pagamenti Target.

4. Fid-deroga mill-paragrafu ta' qabel, għas-sena finanzjarja 2002, ir-rimunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi mħallsa fl-aħħar tas-sena.

Artikolu 3

Metodu biex jiġi kkalkolat id-dħul monetarju

1. Fl-2002, l-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jiġi ddeterminat skond il-formula li ġejja:

fejn:

MI hu l-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN li jkun komuni,

LB hu l-aggregat tal-passiv ta' kull BĊN,

RR hi r-rata ta' referenza.

2. Mill-2003 l-ammonti tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jkun iddeterminat bil-kalkolazzjoni tad-dħul attwali li joħroġ mill-assi assenjati reġistrati fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjoni għal dan, deheb għandu jkun ikkonsidrat bħala li ma jiġġenerax dħul.

3. Fejn il-valur ta' l-assi assenjati ta' l-BĊN jaqbeż jew ma jirrispondix għall-valur tal-aggregat tal-passiv tiegħu, id-differenza għandha tiġi kkumpensata billi tiġi applikata mal-valur tad-differenza r-rata ta' ritorn medja fuq l-assi assenjati tal-BĊNi kollha meħudha flimkien.

Din ir-rata ta' ritorn medja għandha tkun ikkalkolata bil-manjiera li ġejja. Id-dħul totali akkumulat mill-BĊNi kollha fuq l-assi assenjati tagħhom, li jeskludi d-dħul kollu li ġej mill-krediti netti interni għall-Eurosistema li ġejjin mit-transazzjonijiet TARGET (L-Anness II, A.3) u krediti netti interni għall-Eurosistema fuq biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni li jinkludu dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 (L-Anness II, A.4), għandu jkun diviż bl-ammont medju ta' l-assi assenjati totali ta' l-Eurosistema. Ir-rata ta' ritorn medja għandha tiġi applikata fuq bażi ta' 360 ġurnata.

Artikolu 4

Aġġustamenti lill-bilanċi interni għall-Eurosistema

1. Għall-iskopijiet ta' kalkolazzjoni ta' dħul monetarju, il-bilanċi interni għall-Eurosistema ta' kull BĊN tal-biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom jiġu aġġustati b'ammont li jikkumpensa ddeterminat skond il-formula li ġejja:

,

fejn:

CA hu l-ammont li jikkumpensa,

K hu l-ammont għal kull BĊN li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-iskema sottoskritta tal-kapital għall-valur medju ta' biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Ġunju 2001,

A hu l-valur medju għal kull BĊN tal-biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Ġunju 2001,

C hu l-ko-effiċjenti għal kull sena finanzjarja:

Sena Finazjarja | Koeffiċjenti |

2002 | 1 |

2003 | 0,8606735 |

2004 | 0,7013472 |

2005 | 0,5334835 |

2006 | 0,3598237 |

2007 | 0,1817225 |

2. Is-somma ta' l-ammonti li jikkumpensaw tal-BĊNi għandha tkun 0.

3. L-ammonti li jikkumpensaw u l-punti tal-kontabilità biex jibbilanċjaw dawn l-ammonti li jikkumpensaw għandhom ikunu reġistrati f'kontijiet separati interni għall-Eurosistema fil-kotba ta' kull BĊN b'data ta' valur ta' l-1 ta' Jannar fl-ewwel ġuranta ta' xogħol ta' kull sena. Il-punti ta' kontabilità biex jibbilanċjaw l-ammonti li jikkumpensaw m'għandhomx ikunu rimunerati.

4. Fil-każ li l-valur tal-biljetti ta' flus f'euro mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni mill-Banque centrale du Lussemburgu fl-2002 jaqbeż b'25 % jew iktar il-valur medju tal-biljetti ta' flus tagħha fiċ-ċirkulazzjoni matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Ġunju 2001, ittra "A" fil-formula tal-paragrafu 1 għandha tikkorrespondi għall-Banque centrale du Lussemburgu mal-valur tal-biljetti ta' flus imqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni mill-Banque centrale du Lussemburgu fl-2002 sa' limitu massimu ta' 2.2 biljuni ta' EUR. Ma' l-applikazzjoni ta' din id-deroga, l-ammonti li jikkumpensaw kollha kkalkolati skond l-Artikolu 4(1) għandhom ikunu bla ħsara għal aġġustament retroattivi fl-aħħar ta' l-2002, biex tiġi żgurata konformità mal-paragrafu 2. Aġġustamenti retroattivi bħal dawn għandhom ikunu proporzjonalment ma' l-iskema tal-kapital sottoskritt.

5. Fid-deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta' okkorrenza speċifika relattiva ma' tibdil fil-mudelli tal-biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni kif deskritt fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, il-bilanċi interni għall-Eurosistema ta' biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni ta' kull BĊN għandhom ikunu aġġustati skond id-dispożizzjonijiet f'dak l-Anness.

6. L-aġġustamenti għall-bilanċi intern għall-Eurosistema msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jieqfu milli japplikaw mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 5

Kalkolazzjoni u allotazzjoni tad-dħul monetarju

1. Il-kalkolazzjoni u l-allotazzjoni tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jseħħ mill-BĊE kull ġurnata fis-sena. Il-kalkolazzjoni għandha tiġi bbażata fuq informazzjoni ta' kontabilità rraportata mill-BĊNi lill-BĊE. L-BĊE għandu jinforma lill-BĊNi bl-ammonti kumulattivi fuq bażi ta' kull kwart ta' sena.

2. L-ammonti tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandhom jiġi mnaqqsa b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax akkumulat jew imħallas fuq passivi li huma nklużi fl-aggregat tal-passiv, u skond kull deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju ta' l-BĊEskond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 32.4 ta' l-Istatut.

3. L-allokazzjoni tas-somma tad-dħul monetarju ta' kull BĊN proporzjonalment ma' l-iskema tal-kapital sottoskritt għandha sseħħ fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet finali

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fis-6 ta' Diċembru 2001.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 139, tal-11.5.1998, p. 1.

[2] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 119.

[3] ĠU L 55, ta' l-24.2.2001, p. 80.

[4] Ara paġna 52 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 125, tad-19.5.1999, p. 33.

[6] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1.

[7] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34.

[8] ĠU L 33, tat-2.2.2001, p. 21.

[9] ĠU L 310, tal-11.12.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KOMPOSIZZJONI TA' L-AGGREGAT TAL-PASSIV

A. L-aggregat tal-passiv għandu jinkludi, bl-esklużjoni ta' kull punt ieħor:

1. biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni

Fis-sena finanzjarja 2002, għall-iskopijiet ta' dan l-Anness u għal kull BĊN, "biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni":

(i) għandhom jinkludu wkoll biljetti ta' flus maħruġa minnha u denominati fl-unità ta' munita nazzjonali tagħha; u

(ii) għandhom jitnaqqsu bil-valur ta' self mhux rinumerat relatati mal-biljetti ta' flus f'euro diġà mħallsa li għadhom ma ġewx debitati (parti mill-punt ta' ass 6 tal-karta ta' bilanċ armonizzata (HBS)).

Mis-sena finanzjarja 2003, għall-iskopijiet ta' dan l-Anness u għal kull BĊN, "biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni" għandha tinkludi biljetti ta' flus denominati f'euro, li jeskludu kull biljett ta' flus ieħor

2. passiv għall-istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona euro relatati mal-operazzjonijiet dwar politika monetarja denominati f'euro li jinkludu:

(a) kontijiet kurrenti li jinkludu ħtiġiet ta' riservi minimi skond l-Artikolu 19.1 ta' l-Istatut (punt ta' passiv 2.1 ta' l-HBS);

(b) ammonti f'depożiti skond il-faċilità ta' depożitu fl-Eurosistema (punt ta' passiv 2.2 ta' l-HBS);

(ċ) depożiti b'terminu fiss (punt ta' passiv 2.3 ta' l-HBS);

(d) passivi li jinħolqu minn operazzjonijiet temporanji ta' fine-tuning (punt ta' passiv 2.4 ta' l-HBS);

(e) depożiti li jirrelataw ma' sejħa ta' marġini (punt ta' passiv 2.5 ta' l-HBS);

3. passivi interni għall-Eurosistema tal-BĊNi li jinħolqu mill-ħruġ favur l-BĊE ta' noti promittenti li jappoġġjaw il-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn ta' l-BĊE skond il-Kapitolu 3.3 ta' l-Anness I mal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 (punt ta' passiv 10.2 ta' l-HBS);

4. passivi netti interni għall-Eurosistema li joħorġu mit-transazzjonijiet TARGET (parti mill-punt ta' passiv 10.3 ta' l-HBS);

5. passivi netti interni għall-Eurosistema fuq biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni, li jinkludu dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

B. L-ammont ta' l-aggregat tal-passiv ta' kull BĊN għandu jiġi kkalkolat skond il-prinċipji u regoli ta' kontabilità stabbiliti fil-Linja ta' Gwida BĊE/2000/18 dwar il-qafas legali ta' kontabilità u rappurtaġġ fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali kif emendata fil-15 ta' Diċembru 1999 u l-14 ta' Diċembru 2000. [1]

[1] ĠU L 33, tat-2.2.2001, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ASSI ASSENJATI

A. Assi assenjati għandhom jinkludu, bl-esklużjoni ta' kull materja oħra:

1. self denominat f'euro lill-istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona ta' l-euro relatati ma' l-operazzjoni dwar politika monetarja (punt ta' ass 5 tal-karta ta' bilanċ armonizzata (HBS);

2. kreditu intern għall-Eurosistema ekwivalenti għat-trasferiment ta' assi ta' riserva barranin għajr deheb lill-BĊE skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut (parti mill-punt ta' ass 9.2 ta' l-HBS);

3. krediti netti interni għall-Eurosistema li jirriżultaw minn transazzjonijiet TARGET (parti mill-punt ta' ass 9.4 ta' l-HBS);

4. krediti netti interni għall-Eurosistema dwar biljetti ta' flus f'euro fiċ-ċirkulazzjoni li jinkludu dawk li ġejjin mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni;

5. deheb, li jinkludu krediti rigward deheb trasferit lill-BĊE, f'ammont li jawtorizza lil kull BĊN biex jassenja proporzjoni tad-deheb tiegħu li jikkorespondi ma' l-applikazzjoni ta' l-ishma tiegħu fl-iskema tal-kapital sottoskritt ma' l-amont ta' deheb assenjat mill-BĊNi. (punt ta' ass 1 u parti mill-punt ta' ass 9.2 ta' l-HBS).

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, u għall-inqas sal-kalkolazzjoni tad-dħul monetarju għas-sena finanzjarja 2007, deheb għandu jkun ivvalutat fuq il-bażi tal-prezz tad-deheb f'euro kull uqija ta' deheb fin, fil-31 ta' Diċembru 2002.

B. ll-valur ta' l-assi assenjati ta' kull BĊN għandu jiġi kkalkolat skond il-prinċipji ta' kontabilità armonizzati u r-regoli stabbiliti fil-Linja ta' Gwida BĊE/2000/18 dwar il-qafas legali ta' kontabilità u rappurtaġġ fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali kif emendata fil-15 ta' Diċembru 1999 u fl-14 ta' Diċembru 2000 [1].

[1] ĠU L 33, tat-2.2.2001, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI KONTINĠENTI

A. L-ewwel aġġustament kontinġenti

Fil-każ li l-medja totali ta' biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni fl-2002 hu anqas mill-medja totali ta' biljetti ta' flus, denominati fil-munita nazzjonali ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro, fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Ġunju 2001, il-ko-effiċjenti "C" li japplika għas-sena finanzjarja 2002 skond l-Artikolu 4(1) għandu jiġi mnaqqas b'effet retroattiv fl-istess proporzjoni bħat-tnaqqis fil-medja totali ta' biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni.

It-tnaqqis m'għandux jirriżulta f'ko-effiċjenti anqas minn 0.8606735. Bl-applikazzjoni ta' din id-deroga, kwart tat-tnaqqis ta' l-ammonti li jikkumpensaw tal-BĊNi "CA" li jirriżulta applikabbli fis-sena 2002 għandu jiżdied ma' l-ammonti li jikkumpensaw ta' kull BĊNi applikabbli fl-2004, fl-2005, fl-2006, u fl-2007 skond l-Artikolu 4(1).

B. It-tieni aġġustament kontinġenti

Fil-każ li dawk il-BĊNi li għalihom jirreferi l-ammont li jikkumpensa fl-Artikolu 4(1) li hu figura pożittiva, titħallas rimunerazzjoni netta fuq il-bilanċi interni għall-Eurosistema dwar il-biljetti ta' flus fiċ-ċirkulazzjoni li, meta tiżdied mal-punt "riżultat nett tad-dħul monetarju komuni" fil-kont ta' qligħ u telf fl-aħħar tas-sena, tirriżulta fi spiża netta, il-ko-effiċjenti "C" li japplika għas-sena finanzjarja 2002 skond l-Artikolu 4(1) għandu jiġi mnaqqas sal-miżura neċessarja għall-eliminazzjoni ta' din il-kondizzjoni.

It-tnaqqis m'għandux jirriżulta f'ko-effiċjenti anqas minn 0.8606735. Bl-applikazzjoni ta' din id-deroga, kwart tat-tnaqqis ta' l-ammonti li jikkumpensaw tal-BĊNi "CA" li jirriżulta applikabbli fis-sena 2002 għandu jiżdied ma' l-ammonti li jikkumpensaw ta' kull BĊNi applikabli fl-2004, fl-2005, fl-2006, u fl-2007 skond l-Artikolu 4(1).

--------------------------------------------------

Fuq