EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32006D0019(01)
2006/889/EC: Decision of the European Central Bank of 24 November 2006 on the approval of the volume of coin issuance in 2007 (ECB/2006/19)
2006/889/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 24 ta’ Novembru, 2006 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2007 (BĊE/2006/19)
2006/889/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 24 ta’ Novembru, 2006 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2007 (BĊE/2006/19)
ĠU L 348, 11.12.2006, p. 52–52
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 008 P. 54 - 54
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 008 P. 54 - 54
Fis-seħħ
11.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-24 ta’ Novembru, 2006
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2007
(BĊE/2006/19)
(2006/889/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(2),
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw il-euro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”). |
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta’ Lulju, 2006, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovenja tal-munita waħdanija fl-1 ta’ Jannar, 2007 (1), id-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (2) hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar, 2007. |
(3) |
It-tnax-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa u s-Slovenja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2007, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2007
Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2007 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(miljuni f’EUR) |
|
|
Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkulazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2007 |
Il-Belġju |
117,5 |
Il-Ġermanja |
635,0 |
Il-Greċja |
76,9 |
Spanja |
480,0 |
Franza |
362,0 |
L-Irlanda |
81,0 |
L-Italja |
366,9 |
Il-Lussemburgu |
45,0 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
71,2 |
L-Awstrija |
166,0 |
Il-Portugall |
110,0 |
Is-Slovenja |
104,7 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Dispożizzjoni Finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-24 ta' Novembru, 2006.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.